Odaberite eksperimentalnu funkciju koju želite isprobati

Ovaj je dokument isječak s web-mjesta EUR-Lex

Dokument 32013R0201

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 201/2013 tat- 8 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward ta’ estensjoni tal-użi li għalihom hija approvata s-sustanza attiva fluważifop-P Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 67, 9.3.2013., str. 6–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 03 Volum 067 P. 140 - 143

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra ()

9.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 201/2013

tat-8 ta’ Marzu 2013

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward ta’ estensjoni tal-użi li għalihom hija approvata s-sustanza attiva fluważifop-P

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2011 tal-5 ta’ Awwissu 2011 li japprova s-sustanza attiva fluważifop-P, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE (2) is-sustanza attiva fluważifop-P ġiet approvata. L-approvazzjoni kienet tinkludi d-dispożizzjoni speċjali “użijiet biss bħala erbiċida għall-ġonna tas-siġar tal-frott (applikazzjoni bażali) b’applikazzjoni waħda kull sena tista’ tiġi awtorizzata”.

(2)

Fid-29 ta’ Ġunju 2011 Syngenta Crop Protection AG, li permezz tat-talba tagħha kienet ġiet approvata il-fluważifop-P, ressqet applikazzjoni għall-emenda tal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva fluważifop-P biex jiġi permess li l-użu bħala erbiċida jkun awtorizzat mingħajr restrizzjoni. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata minn tagħrif relatat mat-talba tal-estensjoni tal-użu. L-applikazzjoni tressqet lil Franza, li kienet inħatret mill-Kummissjoni bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 (3).

(3)

Franza vvalutat it-tagħrif imressaq mill-applikant u ppreparat addendum mal-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni. Hija ressqet dak l-addendum quddiem il-Kummissjoni, u kopja quddiem l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) fit-2 ta’ April 2012.

(4)

L-Awtorità bagħtet l-addendum lill-applikant u lill-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tal-Istat Membru relatur, u għamlitu disponibbli għall-pubbliku, filwaqt li tat perjodu ta’ 60 jum għas-sottomissjoni ta’ kummenti bil-miktub.

(5)

L-Awtorità organizzat konsultazzjoni tal-esperti dwar it-tossikoloġija tal-mammiferi.

(6)

Fid-dawl tal-addendum mal-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni, l-Awtorità adottat il-konklużjoni tagħha dwar il-fluważifop-P fit-18 ta’ Ottubru 2012 (4), fir-rigward tal-użu mhux ristrett bħala erbiċida. Hija bagħtet dik il-konklużjoni lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni filwaqt li għamlitha disponibbli għall-pubbliku. L-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni, l-addendum tiegħu u dik il-konklużjoni tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fl-1 ta’ Frar 2013 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-fluważifop-P. L-applikant ingħata l-possibbiltà jressaq kummenti dwar ir-rapport ta’ reviżjoni.

(7)

Mit-tagħrif imressaq mill-applikant deher li l-awtorizzazzjoni tal-użu bħala erbiċida mingħajr restrizzjoni ma tikkawża l-ebda riskji aktar minn dawk meqjusa diġà fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2011 u fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni li fuqu kien ibbażat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(8)

Abbażi tar-rapport ta’ reviżjoni, kif iffinalizzat fl-1 ta’ Frar 2013 u tal-konklużjoni tal-Awtorità adottata fit-18 ta’ Ottubru 2012, huwa xieraq li l-approvazzjoni tal-fluważifop-P tiġi estiża biex tkopri użi bħala erbiċida mingħajr restrizzjoni.

(9)

Sabiex tiġi kkunsidrata l-inċertezza li jibqa’ dwar il-kalkolu taż-żmien ta’ semidegradazzjoni tal-metabolit Kompost X (5) l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lis-sikurezza tal-konsumatur fir-rigward tal-okkorrenza ta’ dak il-metabolit fl-ilma ta’ taħt l-art.

(10)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2011 u Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (6) għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2011

L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2011 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 203, 6.8.2011, p. 21.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance fluazifop-P. EFSA Journal 2012;10(11):2945. [18 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2945. Jinsab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.

(5)  5-(trifluworometil)-2(1H)-piridinon.

(6)  ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.


ANNESS I

Il-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2011 tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI A

Jista’ jiġi awtorizzat biss l-użu bħala erbiċida.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-fluważifop-P, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-1 ta’ Frar 2013.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom:

għandhom jagħtu kas partikolari tas-sikurezza tal-konsumatur fir-rigward tal-okkurenza tal-metabolit kompost X (*) fl-ilma ta’ taħt l-art,

għandhom jagħtu kas partikolari tas-sikurezza tal-operaturi u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet għall-użu jinkludu l-applikazzjoni ta’ tagħmir personali protettiv adegwat, fejn xieraq,

għandhom jagħtu kas partikolari tal-protezzjoni tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art f’żoni vulnerabbli,

għandhom jagħtu kas partikolari tar-riskju ta’ pjanti li mhumiex fil-mira.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju.

L-applikant għandu jressaq informazzjoni li tikkonferma fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:

(1)

l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku, kif kummerċjalment manifatturat, inkluż it-tagħrif dwar ir-rilevanza tal-impurità R154719;

(2)

l-ekwivalenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tekniku, kif immanifatturat kummerċjalment, u l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tat-test li ntuża fl-istudji tat-tossiċità;

(3)

ir-riskju fit-tul potenzjali għall-mammiferi erbivori;

(4)

id-destin u l-imġiba fl-ambjent tal-metaboliti komposti X (*) u IV (**);

(5)

ir-riskju potenzjali għall-ħut u għall-invertebri akkwatiċi mill-metabolit kompost IV (**).

L-applikant għandu jressaq lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità l-informazzjoni stabbilita fil-punti (1) u (2) sat-30 ta’ Ġunju 2012 u l-informazzjoni stabbilita fil-punti (3), (4) u (5) sal-31 ta’ Diċembru 2013.



ANNESS II

Il-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tar-ringiela 15, fluważifop-P, tal-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 tinbidel b’dan li ġej:

“PARTI A

Jista’ jiġi awtorizzat biss l-użu bħala erbiċida.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-fluważifop-P, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-1 ta’ Frar 2013.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom:

jagħtu kas tas-sikurezza tal-konsumatur fir-rigward tal-okkurenza tal-metabolit kompost X (*) fl-ilma ta’ taħt l-art,

għandhom jagħtu kas partikolari għas-sikurezza tal-operaturi u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet għall-użu jinkludu l-applikazzjoni ta’ tagħmir personali protettiv adegwat, fejn xieraq,

għandhom jagħtu kas partikolari tal-protezzjoni tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art f’żoni vulnerabbli,

għandhom jagħtu kas partikolari tar-riskju ta’ pjanti li mhumiex fil-mira.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, fejn xieraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju.

L-applikant għandu jressaq informazzjoni li tikkonferma fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:

(1)

l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku, kif kummerċjalment manifatturat, inkluż it-tagħrif dwar ir-rilevanza tal-impurità R154719;

(2)

l-ekwivalenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tekniku, kif immanifatturat kummerċjalment, u l-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal tat-test li ntuża fl-istudji tat-tossiċità;

(3)

ir-riskju fit-tul potenzjali għall-mammiferi erbivori;

(4)

id-destin u l-imġiba fl-ambjent tal-metaboliti komposti X (*) u IV (**);

(5)

ir-riskju potenzjali għall-ħut u għall-invertebri akkwatiċi mill-metabolit kompost IV (**).

L-applikant għandu jressaq lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità l-informazzjoni stabbilita fil-punti (1) u (2) sat-30 ta’ Ġunju 2012 u l-informazzjoni stabbilita fil-punti (3), (4) u (5) sal-31 ta’ Diċembru 2013.



Vrh