This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013L0062
Council Directive 2013/62/EU of 17 December 2013 amending Directive 2010/18/EU implementing the revised Framework Agreement on parental leave concluded by BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP and ETUC, following the amendment of the status of Mayotte with regard to the European Union
Direttiva tal-Kunsill 2013/62/UE tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Direttiva 2010/18/UE li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea
Direttiva tal-Kunsill 2013/62/UE tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Direttiva 2010/18/UE li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea
ĠU L 353, 28.12.2013, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 01/08/2022; Impliċitament imħassar minn 32019L1158
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32010L0018 | Emenda | artikolu 3.2 | 01/01/2014 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32019L1158 | 02/08/2022 |
28.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 353/7 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/62/UE
tas-17 ta’ Diċembru 2013
li temenda d-Direttiva 2010/18/UE li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxi f'konformità ma' proċedura leġislattiva speċjali,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE (2), il-Kunsill Ewropew iddeċieda li jemenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni b'effett mill-1 ta' Jannar 2014. Minn dik id-data, il-Majott mhux ser tibqa' pajjiż jew territorju extra-Ewropew u ser issir reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 349 u l-Artikolu 355(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). B'segwitu għal din l-emenda tal-istatus legali tal-Majott, id-dritt tal-Unjoni ser japplika għall-Majott mill-1 ta' Jannar 2014. B'kont meħud tas-sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomika partikolari tal-Majott, għandhom jiġu stabbiliti ċerti miżuri speċifiċi li jimmiraw li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. |
(2) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomikaspeċifika tal-Majott, b'mod partikolari l-fatt li s-suq tax-xogħol huwa sottożviluppat u li r-rata tal-impjiegi hi baxxa minħabba d-distanza, l-insularità, it-topografija diffiċli u l-klima tagħha, għandu jiġi previst perijodu addizzjonali għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (3) sabiex tiġi żgurata l-kisba progressiva tat-trattament indaqs fil-qasam partikolari tal-leave tal-ġenituri b'mod li ma jiġix destabilizzat l-iżvilupp ekonomiku gradwali tal-Majott. Dak il-perijodu addizzjonali ta' implimentazzjoni għandu jippermetti li titjieb is-sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomika, żvantaġġata speċifika tal-Majott, bħala reġjun ultraperiferiku ġdid. |
(3) |
Id-Direttiva 2010/18/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2010/18/UE, is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:
“B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-perijodu addizzjonali msemmi fih għandu jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2018 fir-rigward tal-Majott bħala reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 349 TFUE,.”.
Artikolu 2
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014.
Artikolu 3
Din id-Direttiva hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
L. LINKEVIČIUS
(1) Opinjoni tat-12 ta' Diċembru 2013 (għandha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE tal-11 ta’ Lulju 2012 li temenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131).
(3) Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li tħassar id-Direttiva 96/34/KE (ĠU L 68, 18.3.2010, p. 13).