This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0485
Commission Implementing Decision of 29 July 2011 amending Decision 2005/50/EC on the harmonisation of the 24 GHz range radio spectrum band for the time-limited use by automotive short-range radar equipment in the Community (notified under document C(2011) 5444) Text with EEA relevance
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5444) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5444) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 198, 30.7.2011, p. 71–72
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32005D0050 | Sostituzzjoni | artikolu 2.5 | ||
Modifies | 32005D0050 | Emenda | artikolu 3 | ||
Modifies | 32005D0050 | Emenda | artikolu 5 |
30.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/71 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Lulju 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5444)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/485/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Fis-7 ta’ Novembru 2008, il-Kummissjoni ħarġet mandat lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), biex din tagħmel studji tekniċi dwar sistemi tar-radar b’medda qasira għall-vetturi b’appoġġ għar-reviżjoni fundamentali kif meħtieġ skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/50/KE (2) u biex din tagħmel studji dwar il-kompatibbiltà tar-radju fir-rigward ta’ approċċi alternattivi possibbli għall-użu tal-medda ta’ frekwenza ta’ 24 GHz. |
(2) |
Ir-rapporti 36 u 37 tas-CEPT li saru skont dan il-mandat u r-reviżjoni fundamentali li twettqet skont id-Deċiżjoni 2005/50/KE tal-iżviluppi fir-rigward tal-meded ta’ frekwenza ta’ 24 GHz u 79 GHz jindikaw li d-data ta’ referenza tat-30 ta’ Ġunju 2013 prevista fl-Artikolu 2(5) ta’ dik id-Deċiżjoni għadha valida, u li meta titqies l-assenza attwali ta’ impatt dannuż fuq utenti oħra tal-medda ta’ frekwenza ta’ 24 GHz, ma hemm ebda ħtieġa li din titressaq ’il quddiem. |
(3) |
L-iżvilupp fit-teknoloġija ta’ tagħmir tar-radar b’medda qasira b’medda ta’ frekwenza ta’ 79 GHz għall-vetturi miexi ’l quddiem. Madakollu, hemm indikazzjonijiet ċari li l-integrazzjoni tal-applikazzjonijiet ta’ din it-teknoloġija fil-manifattura tal-karrozzi mhux se sseħħ sad-data limitu stabbilita għat-teknoloġija tar-radar b’medda qasira fil-medda ta’ frekwenza ta’ 24 GHz u li, meta jitqies it-tul ta’ żmien li għadu meħtieġ għall-fażijiet tal-iżvilupp, l-integrazzjoni u l-ittestjar, x’aktarx li l-integrazzjoni tar-radars b’medda ta’ 79 GHz fil-karrozzi għal distribuzzjoni fis-suq bil-massa tkun fattibbli għall-2018 jew l-iktar kmieni xi ftit snin qabel. |
(4) |
Barra minn hekk, ikun meħtieġ perjodu addizzjonali biex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni mit-teknoloġija ta’ 24 GHz għat-teknoloġija ta’ 79 GHz tkun possibbli fuq mudelli ta’ karrozzi li jużaw it-teknoloġija ta’ 24 GHz li jkunu għadhom jeżistu meta jibdew jinħarġu mudelli ta’ karrozzi li jużaw it-teknoloġija ta’ 79 GHz. |
(5) |
Huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-karozzi eżistenti u dawk prodotti fil-ġejjieni li jkunu mgħammra b’radars ta’ 24 GHz ikunu jistgħu jibqgħu jintużaw, peress li dawn huma importanti għas-sikurezza tat-traffiku u biex jiġi inkuraġġit l-iżvilupp ta’ dawn l-applikazzjonijiet fl-akbar għadd possibbli ta’ vetturi eżistenti; għalhekk, għandha tiġi evitata d-diskontinwità tal-ispettru utilizzabbli għar-radars u trid tinsab soluzzjoni biex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni bejn l-1 ta’ Lulju 2013 u l-1 ta’ Jannar 2018 tkun possibbli. Biex ikun possibbli perjodu ta’ tranżizzjoni addizzjonali, id-data tal-1 ta’ Jannar 2018 għandha tiġi estiża b’erba’ snin għat-tagħmir tar-radar b’medda qasira għall-vetturi li jkun immuntat fuq vetturi li jkunu kisbu approvazzjoni tat-tip qabel l-1 ta’ Jannar 2018. |
(6) |
Meta titqies il-protezzjoni internazzjonali li tingħata lis-servizzi tar-radjuastronomija, servizzi satellitari għal-esplorazzjoni tad-Dinja u servizzi passivi tar-riċerka spazjali fil-medda ta’ bejn 23.60 GHz u 24 GHz, flimkien man-natura eċċezzjonali tad-desinjazzjoni ta’ dik il-medda għal radars b’medda qasira permezz tad-Deċiżjoni 2005/50KE, l-estenzjoni ta’ din id-desinjazzjoni mhix alternattiva fattibbli. Barra minn hekk, il-medda ta’ bejn 24 GHz u 24,25 GHz ġiet iddesinjata għal skopijiet industrijali, xjentifiċi u mediċinali (il-medda ISM). |
(7) |
L-istudji tas-CEPT dwar il-kompatibbiltà, inkluż xi sistemi militari, jindikaw li l-medda ta’ bejn 24,25 GHz u 27,50 GHz tista’ tkun soluzzjoni alternattiva teknikament fattibbli. Il-medda minn 26,50 GHz ’il fuq ġiet identifikata min-NATO bħala medda militari prevista għal sistemi mobbli u sistemi fissi. |
(8) |
Għandu jinżamm il-limitu ta’ 7 % għar-rata ta’ penetrazzjoni kif impost mid-Deċiżjoni 2005/50/KE, peress li ma hemm ebda indikazzjoni li dan il-limitu se jinqabeż qabel ma sseħħ it-tranżizzjoni għall-medda ta’ 79 GHz u biex jiġi enfasizzat li l-medda ta’ 24 GHz tibqa’ soluzzjoni tranżitorja. |
(9) |
Il-Kummissjoni, assistita mill-Istati Membri, għandha tkompli timmonitorja l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-valur limitu, tal-assenza ta’ interferenza dannuża għal utenti oħra tal-medda jew għal meded viċini, u ta’ jekk il-limitu ta’ 7 % inqabiżx jew le. |
(10) |
Id-Deċiżjoni 2005/50/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma b’mod konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2005/50/KE hija emendata kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 2, il-punt 5 jinbidel b’dan li ġej:
|
2. |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
3. |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Viċi-President
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.
(2) ĠU L 21, 25.1.2005, p. 15.