Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1029

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1029/2008 ta’ l- 20 ta' Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jaġġorna referenza għal ċerti standards Ewropej Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 278, 21.10.2008, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32017R0625

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1029/oj

    21.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 278/6


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1029/2008

    ta’ l-20 ta' Ottubru 2008

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jaġġorna referenza għal ċerti standards Ewropej

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 64(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi qafas armonizzat ta’ regoli ġenerali għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf tal-bhejjem u l-ikel, saħħet l-annimali u r-regoli tal-beneseri tal-annimali.

    (2)

    Skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 l-awtorità kompetenti tinnomina laboratorji li jistgħu jwettqu l-analiżi ta’ kampjuni li jittieħdu matul kontrolli uffiċjali. Dawk il-laboratorji jridu jkunu akkreditati skond ċerti standards Ewropej.

    (3)

    Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) żviluppa standards Ewropej (standards EN) xierqa għall-fini tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, u b’mod partikolari għall-akkreditazzjoni ta’ laboratorji.

    (4)

    CEN biddel l-istandards Ewropej EN 45002 dwar “Kriterji Ġenerali għall-valutazzjoni ta’ laboratorji għall-ittestjar” u EN 45003 dwar “Kalibrazzjoni u sistema ta’ akkreditazzjoni għal-laboratorji tal-ittestjar - Rekwiżiti ġenerali għall-operazzjoni u l-għarfien” bl-istandard EN ISO/IEC 17011 dwar “Rekwiżiti ġenerali għall-korpi ta’ akkreditazzjoni li jakkreditaw korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità.” Għalhekk huwa xieraq li tiġi aġġornata r-referenza għal dawk l-istandards Ewropej fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    (5)

    Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandu għalhekk ikun emendat skond dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 12, huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 12(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jinbidel bit-test li ġej:

    “(b)

    EN ISO/IEC 17011 ‘Rekwiżiti ġenerali għall-korpi ta’ akkreditazzjoni li jakkreditaw korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità’,”

    (2)

    L-Artikolu 12 (2) (c) huwa mħassar.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Ottubru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 165, 30.4.2004 p. 1.


    Top