This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31978L0055
Council Directive 78/55/EEC of 19 December 1977 amending Directives 66/400/EEC, 66/401/EEC, 66/402/EEC, 68/193/EEC, 69/208/EEC, 70/458/EEC and 70/457/EEC on the marketing of beet seed, fodder plant seed, cereal seed, material for the vegetative propagation of the vine, seed of oil and fibre plants, vegetable seed and on the common catalogue of varieties of agricultural plant species
Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1977 li temenda d-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 69/208/KEE, 70/458/KEE u 70/457/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tax-xitla tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-materjali għall-propagazzjoni veġetali tad-dwieli, taż-żerriegħa tal-pjanta taż-żejt u tal-fibra, taż-żerriegħa tal-ħxejjex u tal-katalogu komuni tal-varjetajiet ta' l-ispeċi tal-pjanti agrikoli
Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1977 li temenda d-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 69/208/KEE, 70/458/KEE u 70/457/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tax-xitla tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-materjali għall-propagazzjoni veġetali tad-dwieli, taż-żerriegħa tal-pjanta taż-żejt u tal-fibra, taż-żerriegħa tal-ħxejjex u tal-katalogu komuni tal-varjetajiet ta' l-ispeċi tal-pjanti agrikoli
ĠU L 16, 20.1.1978, p. 23–29
(DA, DE, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31966L0400 | Tlestija | anness 3 | 29/12/1977 | |
Modifies | 31966L0400 | Tlestija | artikolu 11 TER | 29/12/1977 | |
Modifies | 31966L0400 | Sostituzzjoni | artikolu 11 | 29/12/1977 | |
Modifies | 31966L0400 | Emenda | artikolu 14.1 | 29/12/1977 | |
Modifies | 31966L0401 | Tlestija | artikolu 2 | 29/12/1977 | |
Modifies | 31966L0401 | Tlestija | artikolu 10 TER | 29/12/1977 | |
Modifies | 31966L0401 | Tlestija | anness 4 | 29/12/1977 | |
Modifies | 31966L0401 | Sostituzzjoni | artikolu 10 | 29/12/1977 | |
Modifies | 31966L0401 | Emenda | artikolu 14.1 | 29/12/1977 | |
Modifies | 31966L0402 | Emenda | artikolu 14.1 | 29/12/1977 | |
Modifies | 31966L0402 | Sostituzzjoni | artikolu 10 | 29/12/1977 | |
Modifies | 31966L0402 | Tlestija | anness 4 | 29/12/1977 | |
Modifies | 31966L0402 | Tlestija | artikolu 2 | 29/12/1977 | |
Completion | 31968L0193 | Żieda | artikolu 10.1 BI | ||
Modifies | 31969L0208 | DATE artikolu 2.2 | |||
Modifies | 31969L0208 | Tlestija | artikolu 2 | 29/12/1977 | |
Modifies | 31969L0208 | Sostituzzjoni | artikolu 10.1 | 29/12/1977 | |
Modifies | 31969L0208 | Sostituzzjoni | artikolu 10.2 | 29/12/1977 | |
Modifies | 31969L0208 | Emenda | artikolu 13.1 | 29/12/1977 | |
Modifies | 31969L0208 | Tlestija | anness 4 | 29/12/1977 | |
Completion | 31970L0457 | Tlestija | artikolu 21.2 | ||
Modifies | 31970L0458 | Tlestija | artikolu 32.2 | 29/12/1977 | |
Modifies | 31970L0458 | Emenda | artikolu 30.1 | 29/12/1977 | |
Modifies | 31970L0458 | Tlestija | artikolu 2 | 29/12/1977 | |
Modifies | 31970L0458 | Żieda | artikolu 26.1 BI | 29/12/1977 | |
Modifies | 31970L0458 | Sostituzzjoni | artikolu 26.1 | 29/12/1977 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31978L0055R(01) | ||||
Corrected by | 31978L0055R(02) | ||||
Implicitly repealed by | 32002L0053 | Revoka parzjali | artikolu 6 | 2002-08-9 | |
Implicitly repealed by | 32002L0054 | Revoka parzjali | artikolu 1 | 09/08/2002 | |
Implicitly repealed by | 32002L0055 | Revoka parzjali | artikolu 7 | 08/08/2002 | |
Implicitly repealed by | 32002L0057 | Revoka parzjali | artikolu 5 | 09/08/2002 |
Official Journal L 016 , 20/01/1978 P. 0023 - 0029
Greek special edition: Chapter 03 Volume 19 P. 0253
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 13 P. 0185
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 13 P. 0185
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0158
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0158
Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1977 li temenda d-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 69/208/KEE, 70/458/KEE u 70/457/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tax-xitla tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-materjali għall-propagazzjoni veġetali tad-dwieli, taż-żerriegħa tal-pjanta taż-żejt u tal-fibra, taż-żerriegħa tal-ħxejjex u tal-katalogu komuni tal-varjetajiet ta' l-ispeċi tal-pjanti agrikoli (78/55/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1]; Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2], Billi, għar-raġunijiet mogħtija hawn taħt, ċerti Direttivi dwar il-kummerċ taż-żrieragħ u l-materjal propagat għandhom ikunu emendati; Billi d-dispożizzjonijiet preżenti tad-Direttivi rigward l-immarkar taż-żerriegħa u l-materjal propagat ma jikkunsidrawx il-progress tekniku rigward il-metodi ta' l-ittikkettjar; billi għandhom għalhekk ikunu aġġornati; Billi fil-każ ta' ċerti Direttivi proċedura mgħaġġla għandha tkun ipprovduta biex temenda l-lista ta' l-ispeċi rigward id-deskrizzjonijiet u l-ibridi li joħorġu minn taħlit ta' speċi; Billi, bħala prinċipju, iż-żerriegħa intiża għaċ-ċertifikazzjoni bħala "żerriegħa ċċertifikata" għandha tkun prodotta minn żerriegħa bażika; billi, iżda, bħala deroga, l-imsemmija Direttivi jippermettu, fil-każ taż-żerriegħa ta' ċerti speċi, ċertifikazzjoni bħala "żerriegħa ċċertifikata" meta ż-żerriegħa kienet prodotta minn żerriegħa pri-bażika li kienet soġġetta għall-eżaminazzjoni uffiċjali; billi din il-faċilità ta' l-aħħar mhux biżżejjed għal xi speċi, partikolarment rigward l-ispeċi li għalihom hija permissibbli ċ-ċertifikazzjoni bħala "żerriegħa ċċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni"; billi, għalhekk din il-faċilità għandha tkun estiża sakemm biżżejjed garanziji ikunu stabbiliti; Billi l-esperjenza rigward il-provvisti taż-żerriegħa tal-fibra tal-kittien turi li hemm bżonn li tinżamm il-kategorija ta' "żerriegħa ċċertifikata tat-tielet ġenerazzjoni" għal erba' snin oħra; billi din l-estensjoni għandha tippermetti lill-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jassiguraw fil-futur qrib provvisti taż-żerriegħa tal-fibra tal-kittien tal-kategoriji "żerriegħa ċċertifikata ta' l-ewwel ġenerazzjoni" u "żerriegħa ċċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni"; Billi d-Direttiva tal-Kunsill 70/457/KEE tad-29 ta' Settembru 1970 dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet ta' l-ispeċi tal-pjanti agrikoli [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 73/438/KEE [4], u d-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE tad-29 ta' Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħxejjex [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 76/307/KEE [6], jipprovdu li mill-1 ta' Lulju 1977 l-ekwivalenza ta' l-eżaminazzjoni uffiċjali tal-varjetajiet u l-ispezzjonijiet fuq il-prattiċi għall-manteniment tal-varjetajiet imwettqa f'pajjiżi terzi m'għandhomx ikunu stabbiliti nazzjonalment mill-Istati Membri; billi d-Direttiva 70/458/KEE tipprovdi li mill-1 ta' Lulju 1977 l-ekwivalenza taż-żrieragħ maħsuda f'pajjiżi terzi m'għadhomx ikunu stabbiliti nazzjonalment mill-Istati Membri; Billi, iżda, x'aktarx li l-eżaminazzjonijiet rigward l-għoti ta' dawn l-ekwivalenzi fuq bażi tal-Komunità ma jitlestewx fil-perjodi msemmija hawn fuq fil-każi kollha fejn l-ekwivalenzi nazzjonali jkunu ngħataw; billi għandu għalhekk ikun possibbli li tkun deċiża proċedura mgħaġġla tal-possibbiltà ta' l-estensjoni ta' dawn il-perjodi f'ċerti każi sabiex ikunu evitati li jitfixxklu n-normi tradizzjonali tal-kummerċ, ADDOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva tal-Kunsill 66/400/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tax-xitla tal-pitravi [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 76/331/KEE [8], għandha tkun emendata kif ġej: 1. Li ġej għandu jkun mibdul għall-Artikolu 11: "Artikolu 11 1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa ċċertifikata, ħlief meta ż-żerriegħa tal-kategorija ta' l-aħħar tieħu l-forma ta' pakketti żgħar tal-KEE: (a) jkunu ttikkettjati min-naħa ta' barra b'tikketta uffiċjali li ma tkunx intużat qabel, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III (A) u l-informazzjoni fuqha hija mogħtija f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Il-kulur tat-tikketta għandu jkun abjad għaż-żerriegħa bażika u ikħal għaż-żerriegħa ċċertifikata. Meta tikketta b'toqba għal qafla hija wżata, it-twaħħil tagħha għandu jkun assigurat fil-każi kollha b'siġill uffiċjali. Jekk, fil-każi ta' l-Artikolu 4 (a), iż-żerriegħa bażika ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I rigward il-ġelbien, dan il-fatt għandu jkun elenkat fuq it-tikketta. L-użu ta' tikketti uffiċjali li jeħlu għandu jkun meqjus bħala awtorizzat. Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21, l-istampar li ma jitħassarx taħt is-superviżjoni uffiċjali ta' l-informazzjoni elenkata fuq il-pakkett bi qbil mal-mudell tat-tikketta jista' jkun awtorizzat; (b) ikun fihom dokument uffiċjali, bl-istess kulur tat-tikketta, li jipprovdi mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa mill-Anness III (A) (I) (3), (4), (5), (10) u (11). Dan id-dokument għandu jkun imħejji b'tali mod li ma jkunx imfixkel mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarha taħt (a). Dan id-dokument mhux meħtieġ jekk l-informazzjoni hija stampata b'mod li ma titħassarx fuq il-pakkett jew jekk, bi qbil mad-dispożizzjonijiet taħt (a), it-tikketta li teħel jew it-tikketta magħmula minn materjal li ma jitqattax tkun użata. 2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet mill-paragrafu 1 fil-każ ta' pakketti żgħar taż-żerriegħa bażika meta jkunu mmarkati: "mgħoddi għall-kummerċ fi… (l-Istat Membru kkonċernat) biss"." 2. Fl-Artikolu 11b, li ġej għandu jkun mibdul għal "issiġillat u mmarkat uffiċjalment": "magħluq u mmarkat uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali". 3. Fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 14 (1), li ġej għandu jkun mibdul għal "immarkat u ssiġillat uffiċjalment": "immarkat u magħluq uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali". 4. Fl-Anness III (A) (I), li ġej għandu jkun miżjud: "12. Meta mill-inqas il-ġelbien kien ittestjat mill-ġdid, il-kelma "ittestjat mill-ġdid… (ix-xahar u s-sena)" u s-servizz responsabbli minn dan l-ittestjar mill-ġdid jista' jkun indikat. Din l-informazzjoni tista' tingħata fuq sticker uffiċjali mwaħħal mat-tikketta uffiċjali." Artikolu 2 Id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tax-xtieli ta' l-għalf [9], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 75/444/KEE [10], għandha tkun emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 2, il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda: "1a. L-emendi li għandhom isiru fuq il-lista ta' l-ispeċi li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 (A) minħabba l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku u tekniku rigward id-deskrizzjonijiet u l-ibridi li jirriżultaw minn taħlit ta' l-ispeċi koperti mid-Direttiva jkunu addottati b'mod konformi mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21. 1b. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21 biex jippermettu, b'derogi mill-paragrafu 1 (C) (a), li jkunu ċċertifikati bħala żerriegħa ċċertifikata, iż-żerriegħa ta' l-ispeċi li jraxxu t-trab tad-dakkari minnhom infushom jew apomiktiċi li ddaħħlu għaċ-ċertifikazzjoni bħala żerriegħa bażika u li kienu prodotti direttament minn ġenerazzjoni qabel iż-żerriegħa bażika imma ma kinux eżaminati uffiċjalment. Din id-dispożizzjoni ma tgħoddx għal żerriegħa ibrida. Iċ-ċertifikazzjoni bħala żerriegħa ċċertifikata għandha ssir biss jekk mitluba mill-applikant taċ-ċertifikazzjoni bi ftehim ma' min ikabbar u jekk l-eżami uffiċjali ta' wara l-kontroll ibbażat fuq il-kampjuni miġbur uffiċjalment u mwettqa l-aktar tard matul l-staġun tat-tkabbir taż-żerriegħa ppreżentata juri li ż-żerriegħa tal-ġenerazzjoni ta' qabel jilħqu l-ħtiġiet għaż-żerriegħa bażika rigward l-identità tal-varjetà u l-purità. F'dan il-każ, min ikabbar, meta l-kampjuni jkunu miġbura, għandu jistqarr iż-żona kollha li kienet taħt il-produzzjoni taż-żerriegħa tal-ġenerazzjoni ta' qabel. Dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jkunu emendati minħabba l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku u tekniku bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li t-tikketti uffiċjali għaż-żerriegħa kkummerċjalizzata bi qbil ma' l-awtorizzazzjoni li hemm referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu jkunu mmarkati: "mgħoddi għall-kummerċ fi… (L-Istat Membru kkonċernat) biss"; barra minn hekk l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu f'dan il-każ li t-tikketti uffiċjali jkunu mmarkati wkoll: "intiżi biss għal aktar multiplikazzjoni"." 2. Is-segwenti għandu jkun mibdul minflok l-Artikolu 10: "Artikolu 10 1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa bażika, taż-żerriegħa ċċertifikata u taż-żerriegħa kummerċjali, apparti miż-żerriegħa ta' l-aħħar żewġ kategoriji tieħu l-forma ta' pakketti żgħar tal-KEE B: (a) ikunu ttikkettjati min-naħa ta' barra b'tikketta uffiċjali li ma tkunx intużat qabel, li tkun konformi mal-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness IV (A) u li l-informazzjoni ta' fuqha tkun mogħtija f'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Il-kulur tat-tikketta għandu jkun abjad għaż-żerriegħa bażika, ikħal għaż-żerriegħa ċċertifikata ta' l-ewwel ġenerazzjoni qabel iż-żerriegħa bażika, aħmar għall-ġenerazzjonijiet ta' wara u kannella għaż-żerriegħa kummerċjali. Meta tikketta b'toqba għal qafla tkun użata, it-twaħħil tagħha għandu jkun assigurat fil-każi kollha b'siġill uffiċjali. Jekk, fil-każi permezz ta' l-Artikolu 4 (a), iż-żerriegħa bażika jew iż-żerriegħa ċċertifikata ma jkunux konformi mal-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness II rigward il-ġelbien, dan il-fatt għandu jkun iddikjarat fuq it-tikketta. L-użu tat-tikketti uffiċjali li jeħlu għandu jkun awtorizzat. Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21, l-istampar li ma jitħassarx taħt is-superviżjoni uffiċjali ta' l-informazzjoni preskritta fuq il-pakkett bi qbil mal-mudell tat-tikketta jista' jkun awtorizzat; (b) ikun fihom dokument uffiċjali, bl-istess kulur tat-tikketta, li jipprovdi mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa permezz ta' l-Anness IV (A) (I) (a), (3), (4) u (5) u, fil-każ taż-żerriegħa kummerċjali, permezz ta' (b), (2), (4) u (5). Dan id-dokument għandu jkun imħejji b'tali mod li ma jkunx imfixkel mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarha taħt (a). Dan id-dokument mhux meħtieġ jekk l-informazzjoni tkun stampata b'mod li ma titħassarx fuq il-pakkett jew jekk, bi qbil mad-dispożizzjonijiet taħt (a), it-tikketta li teħel jew it-tikketta magħmula minn materjal li ma jitqattax tkun użata. 2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet mill-paragrafu 1 fil-każ ta' pakketti żgħar taż-żerriegħa bażika meta jkunu mmarkati: "mgħoddi għall-kummerċ fi:… (l-Istat Membru kkonċernat) biss"." 3. Fl-Artikolu 10b, li ġej għandu jkun mibdul għal "issiġillat u mmarkat uffiċjalment": "magħluq u mmarkat uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali". 4. Fl-ewwel u t-tieni inċiżi ta' l-Artikolu 14 (1), li ġej għandu jkun mibdul għal "immarkat u ssiġillat uffiċjalment": "immarkat u magħluq uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali". 5. Fl-Anness IV (A) (I), li ġej huwa miżjud taħt (a): "12. Fejn mill-anqas ġelbien ikun ittestjat mill-ġdid, il-kelma "ittestjat mill-ġdid… (ix-xahar u s-sena)" u s-servizz responsabbli mit-tali ttestjar mill-ġdid jista' jkun indikat. Din l-informazzjoni tista' tingħata fuq sticker uffiċjali mwaħħal mat-tikketta uffiċjali." 6. Fl-Anness IV (A) (I), li ġej huwa miżjud taħt (b): "9. Fejn mill-anqas il-ġelbien kien ittestjat mill-ġdid, il-kelma "ittestjat mill-ġdid… (ix-xahar u s-sena)" u s-servizz responsabbli mit-tali ttestjar mill-ġdid jista' jkun indikat. Din l-informazzjoni tista' tingħata fuq sticker uffiċjali mwaħħal mat-tikketta uffiċjali." 7. Fl-Anness IV (A) (I), li ġej huwa miżjud taħt (c): "7. Meta mill-anqas il-ġelbien tal-komponenti kollha tat-taħlita jkun ittestjat mill-ġdid, il-kliem "ittestjat mill-ġdid… (ix-xahar u s-sena)" u s-servizz responsabbli mit-tali ttestjar mill-ġdid jista' jkun indikat. Din l-informazzjoni tista' tingħata fuq sticker uffiċjali mwaħħal mat-tikketta uffiċjali." Artikolu 3 Id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali [11], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 75/444/KEE, għandha tkun emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 2, il-paragrafi li ġejjin għandhom ikunu miżjuda: "1a. L-emendi li għandhom isiru fuq il-lista ta' l-ispeċi li hemm referenza fil-paragrafu 1 (A) minħabba l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku u tekniku rigward id-deskrizzjonijiet u l-ibridi li jirriżultaw minn taħlit ta' l-ispeċi koperti mid-Direttiva jkunu addottati b'mod konformi mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21. 1b. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21 li jippermettu, b'deroga mill-paragrafu 1 (F) (a) jew G (a), li jkunu ċċertifikati bħala żerriegħa ċċertifikata ta' l-ewwel ġenerazzjoni jew ta' żerriegħa ċċertifikata taż-żerriegħa tat-tieni ġenerazzjoni ta' l-ispeċi li jraxxu t-trab dakkari minnhom infushom jew apomiktiċi li ddaħħlu għaċ-ċertifikazzjoni bħala żerriegħa bażika u, li kienu prodotti minn ġenerazzjoni qabel iż-żerriegħa bażika imma li ma kenux eżaminati uffiċjalment. Din id-dispożizzjoni ma tgħoddx għal żerriegħa ibrida. Iċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa ċertifikata ssir biss jekk mitluba mill-applikant taċ-ċertifikazzjoni bi ftehim ma' min ikabbar u jekk eżami uffiċjali ta' wara l-kontroll ikun ibbażat fuq il-kampjuni miġbura uffiċjalment u mwettqa l-aktar tard matul l-istaġun tat-tkabbir taż-żerriegħa mdaħħla juri li ż-żerriegħa mill-ġenerazzjonijiet ta' qabel iħarsu l-ħtiġiet taż-żerriegħa bażika rigward l-identità tal-varjetà u l-purità. F'dan il-każ, min ikabbar, meta l-kampjuni jinġabru, jiddikjara ż-żona kollha li kienet taħt il-produzzjoni taż-żerriegħa tal-ġenerazzjoni ta' qabel. Dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jkunu emendati minħabba l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku u tekniku bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li t-tikketti uffiċjali għaż-żerriegħa kkummerċjalizzata bi qbil ma' l-awtorizzazzjoni li hemm referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu jkunu mmarkati: "mgħoddi għall-kummerċ fi… (L-Istat Membru konċernat) biss"; apparti minn hekk l-Istati Membri jistgħu jkollhom bżonn f'dan il-każ li t-tikketti uffiċjali wkoll ikunu mmarkati "intiżi biss għal aktar multiplikazzjoni"." 2. Is-segwenti għandu jkun mibdul għall-Artikolu 10: "Artikolu 10 1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa bażika u taż-żerriegħa ċċertifikata tat-tip kollha: (a) ikunu ttikkettjati min-naħa ta' barra b'tikketta uffiċjali li ma tkunx intużat qabel, li taderixxi mal-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness IV u l-informazzjoni fuqha tkun mogħtija f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Il-kulur tat-tikketta jkun abjad għaż-żerriegħa bażika, ikħal għaż-żerriegħa ċċertifikata ta' l-ewwel ġenerazzjoni u aħmar għaż-żerriegħa ċċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni. Meta tikketta b'toqba għal qafla tkun użata, it-twaħħil tagħha għandu jkun asigurat fil-każi kollha b'siġill uffiċjali. Jekk, fil-każi permezz ta' l-Artikolu 4 (1) (a) u (2), iż-żerriegħa bażika jew iż-żerriegħa tal-qamħirrun ma jħarsux il-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness II rigward il-ġelbien, dan il-fatt għandu jkun mistqarr fuq it-tikketta. L-użu ta' tikketti uffiċjali li jeħlu għandu jkun awtorizzat. Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21, l-istampar li ma jitħassarx taħt is-superviżjoni uffiċjali ta' l-informazzjoni preskritta fuq il-pakkett bi qbil mal-mudell tat-tikketta jista' jkun awtorizzat; (b) ikun fihom dokument uffiċjali, bl-istess kulur tat-tikketta, li jipprovdi mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa permezz ta' l-Anness IV (A) (a) (3), (4) u (5). Dan id-dokument għandu jkun imħejji b'tali mod li ma jkunx imfixkel mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarha taħt (a). Dan id-dokument mhux meħtieġ jekk l-informazzjoni hija stampata b'mod li ma jitħassarx fuq il-pakkett jew jekk, bi qbil mad-dispożizzjonijiet taħt (a), tikketta li teħel jew it-tikketta magħmula minn materjal li ma jitqattax hija użata. 2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet mill-paragrafu 1 fil-każ ta' pakketti żgħar meta huma mmarkati: "mgħoddi għall-kummerċ fi… (l-Istat Membru kkonċernat) biss". 3. Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati li jżommu sat-30 ta' Ġunju 1980 id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali li l-ippakkettjar tagħhom jinkludi l-informazzjoni preskritta imma bi preżentazzjoni differenti minn dak li hemm provvediment dwarha fis-sitt sentenza tal-paragrafu 1 (a)." 3. Fl-Artikolu 14 (1), li ġej għandu jkun mibdul għal "immarkat u ssiġillat uffiċjalment": "immarkat u magħluq uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali". 4. Fl-Anness IV (A), li ġej huwa miżjud taħt (a): "10. Meta mill-inqas il-ġelbien ikun ittestjat mill-ġdid, il-kelma "ittestjat mill-ġdid… (ix-xahar u s-sena)" u s-servizz responsabbli mit-tali ttestjar mill-ġdid jista' jkun indikat. Din l-informazzjoni tista' tingħata fuq sticker uffiċjali mwaħħal mat-tikketta uffiċjali." 5. Fl-Anness IV (A), li ġej huwa miżjud taħt (b): "7. Fejn mill-anqas il-ġelbien tal-komponenti kollha tat-taħlita kienu ttestjati mill-ġdid, il-kliem ittestjat mill-ġdid… "(ix-xahar u s-sena)" u s-servizz responsabbli mit-tali ttestjar mill-ġdid jista' jkun indikat. Din l-informazzjoni tista' tingħata fuq sticker uffiċjali mwaħħal mat-tikketta uffiċjali." Artikolu 4 Il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud ma' l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta' April 1968 dwar il-kummerċ tal-materjal għall-propagazzjoni veġetali tad-dwieli [12], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 74/648/KEE [13]: "1a. B'dankollu l-Istati Membri jistgħu jippermettu li 10 pakketti jew gruppi ta' tilqim bl-għeruq ta' l-istess karatteristiċi, jew ħames pakketti jew gruppi ta' tilqim bl-għeruq ta' l-istess karatteristiċi jkunu mmarkati b'tikketta waħda biss li tkun konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-Anness IV. F'dan il-każ, il-pakketti u l-gruppi għandhom ikunu marbutin flimkien b'tali mod li, meta jkunu mifruda, ir-rabta tkun miksura u ma tistax terġa' tintuża. It-tikketta tkun mehmuża ma' din ir-rabta. Għeluq mill-ġdid ma jkunx awtorizzat." Artikolu 5 Id-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE tat-30 ta' Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra [14], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 75/444/KEE, għandha tkun emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 2, il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda: "1a. L-emendi li għandhom isiru għal-lista ta' l-ispeċi li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 (A) minħabba l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku u tekniku rigward id-deskrizzjonijiet u l-ibridi li jirriżultaw minn taħlit ta' l-ispeċi koperti mid-Direttiva għandhom ikunu addottati b'mod konformi mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 20. 1b. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 20 biex jippermettu, b'deroga mill-paragrafu 1 D (a) jew E (a), li jkunu ċċertifikati bħala ż-żerriegħa ċċertifikata ta' l-ewwel ġenerazzjoni jew bħala ż-żerriegħa ċċertifikata taż-żrieragħ tat-tieni ġenerazzjoni ta' l-ispeċi li jraxxu t-trab dakkari minnhom infushom jew apomiktiċi li ddaħħlu għaċ-ċertifikazzjoni bħala żerriegħa bażika u li kienu prodotti minn ġenerazzjoni qabel iż-żerriegħa bażika imma li ma kinux eżaminati uffiċjalment. Din id-dispożizzjoni ma tgħoddx għal żerriegħa ibrida. Iċ-ċertifikazzjoni bħala żerriegħa ċċertifikata ssir biss jekk mitluba mill-applikant taċ-ċertifikazzjoni bi ftehim ma' min ikabbar u jekk l-eżami uffiċjali ta' wara l-kontroll ibbażat fuq il-kampjuni miġbura uffiċjalment u mwettqa l-aktar tard matul l-staġun tat-tkabbir taż-żerriegħa mdaħħla juri li ż-żerriegħa tal-ġenerazzjoni ta' qabel jilqgħu l-ħtiġiet għaż-żerriegħa bażika rigward l-identità tal-varjetà u l-purità. F'dan il-każ, min ikabbar għandu, meta l-kampjuni jkunu miġbura, jiddikjara ż-żona kollha li kienet taħt il-produzzjoni taż-żerriegħa tal-ġenerazzjoni ta' qabel. Dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jkunu emendati minħabba l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku u tekniku bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 20. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li t-tikketti uffiċjali għaż-żerriegħa kkummerċjalizzata bi qbil ma' l-awtorizzazzjoni li hemm referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu jkunu mmarkati: mgħoddi għall-kummerċ fi… (L-Istat Membru konċernat) biss"; barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li f'dan il-każ it-tikketti uffiċjali wkoll ikunu mmarkati * intiżi biss għal aktar multiplikazzjoni"." 2. Fl-Artikolu 2 (2) (c) "it-30 ta' Ġunju 1982" għandu jkun mibdul għal "it-30 ta' Ġunju 1978". 3. Fl-Artikolu 10 li ġej għandu jkun mibdul għall-paragrafi 1 u 2: "1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa bażika, taż-żerriegħa ċċertifikata ta' kull tip u taż-żerriegħa kummerċjali: (a) ikunu ttikkettjati min-naħa ta' barra b'tikketta uffiċjali li ma tkunx intużat qabel, li taderixxi mal-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness IV u l-informazzjoni fuqha tkun mogħtija f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Il-kulur tat-tikketta jkun abjad għaż-żerriegħa bażika, ikħal għaż-żerriegħa ċċertifikata ta' l-ewwel ġenerazzjoni qabel iż-żerriegħa bażika, aħmar għall-ġenerazzjonijiet ta' wara u kannella għaż-żerriegħa kummerċjali. Meta tikketta b'toqba għal qafla tkun użata, it-twaħħil tagħha għandu jkun assigurat fil-każi kollha b'siġill uffiċjali. Jekk, fil-każi permezz ta' l-Artikolu 4 (a), iż-żerriegħa bażika ma tħarisx il-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness II rigward il-ġelbien, dan il-fatt għandu jkun imniżżel fuq it-tikketta. L-użu tat-tikketti uffiċjali li jeħlu għandu jkun awtorizzat. Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 20 l-istampar li ma jitħassarx taħt is-superviżjoni uffiċjali ta' l-informazzjoni fuq il-pakkett bi qbil mal-mudell tat-tikketta jista' jkun awtorizzat; (b) ikun fihom dokument uffiċjali, bl-istess kulur tat-tikketta, li jipprovdi mill-anqas l-informazzjoni meħtieġa permezz ta' l-Anness IV (A) (a), (4), (5) u (6) u, fil-każ taż-żerriegħa kummerċjali, permezz ta' (b), (2), (5) u (6). Dan id-dokument għandu jkun imħejji b'tali mod li ma jkunx imfixkel mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarha permezz ta' (a). Dan id-dokument mhux meħtieġ jekk l-informazzjoni tkun stampata b'mod li ma jitħassarx fuq il-pakkett jew jekk, bi qbil mad-dispożizzjonijiet permezz ta' (a), it-tikketta li teħel jew tikketta magħmula minn materjal li ma jitqattax tkun użata. 2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-eċċezzjonijiet mill-paragrafu 1 fil-każ ta' pakketti żgħar meta huma mmarkati: "mgħoddi għall-kummerċ fi… (l-Istat Membru kkonċernat) biss"." 4. Fl-Artikolu 13 (1), li ġej għandu jkun mibdul għal "immarkat u ssiġillat uffiċjalment": "immarkat u magħluq uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali". 5. Fl-Anness IV (A), li ġej huwa miżjud taħt (a): "11. Meta mill-anqas il-ġelbien ikun ittestjat mill-ġdid, il-kliem "ittestjat mill-ġdid… (ix-xahar u s-sena)" u s-servizz responsabbli mit-tali ttestjar mill-ġdid jista' jkun indikat. Din l-informazzjoni tista' tingħata fuq sticker uffiċjali mwaħħal mat-tikketta uffiċjali." 6. Fl-Anness IV (A), li ġej huwa miżjud taħt (b): "10. Meta mill-anqas il-ġelbien ikun ittestjat mill-ġdid, il-kliem "ittestjat mill-ġdid… (ix-xahar u s-sena)" u s-servizz responsabbli mit-tali ittestjar mill-ġdid jista' jkun indikat. Din l-informazzjoni tista' tingħata fuq sticker uffiċjali mwaħħal mat-tikketta uffiċjali." Artikolu 6 Is-sentenza li ġejja għandha tkun miżjuda ma' l-Artikolu 21 (2) tad-Direttiva 70/457/KEE: "B'mod konformi mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 23, dan il-perjodu jista' jkun estiż għal pajjiżi terzi jekk l-informazzjoni disponibbli ma tippermettix deċiżjoni bi qbil mal-paragrafu 1 u sakemm ma tippermettix determinazzjoni bħal din." Artikolu 7 Id-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE għandha tkun emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 2, il-paragrafi li ġejjin għandhom ikunu miżjuda: "1a. L-emendi li għandhom isiru għal-lista ta' l-ispeċi li hemm referenza dwarha fil-paragrafu A minħabba l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku u tekniku rigward id-deskrizzjonijiet u l-ibridi li jirriżultaw minn taħlit ta' l-ispeċi koperti minn din id-Direttiva jkunu addottati b'mod konformi mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 40. 1b. L-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 40 biex jippermettu, b'deroga mill-paragrafu 1 (C) (a), li jkunu ċċertifikati bħala żerriegħa ċċertifikata taż-żerriegħa ta' l-ispeċi li jraxxu t-trab dakkari minnhom infushom jew apomiktiċi li ddaħħlu għaċ-ċertifikazzjoni bħala żerriegħa bażika u li kienu prodotti minn ġenerazzjoni qabel iż-żerriegħa bażika imma li ma kinux eżaminati uffiċjalment. Din id-dispożizzjoni ma tgħoddx għal żerriegħa ibrida. Iċ-ċertifikazzjoni bħala żerriegħa ċċertifikata ssir biss jekk mitluba mill-applikant taċ-ċertifikazzjoni bi ftehim ma' min ikabbar u jekk eżami uffiċjali ta' wara l-kontroll ibbażat fuq il-kampjuni miġbura uffiċjalment u mwettqa l-aktar tard matul l-staġun tat-tkabbir taż-żerriegħa mdaħħla juri li ż-żerriegħa tal-ġenerazzjoni ta' qabel jilħqu l-ħtiġiet għaż-żerriegħa bażika rigward l-identità tal-varjetà u l-purità. F'dan il-każ, min ikabbar, meta l-kampjuni jittieħdu, għandu jiddikjara ż-żona kollha li kienet taħt il-produzzjoni taż-żerriegħa tal-ġenerazzjoni ta' qabel. Dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jkunu emendati minħabba l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku u tekniku bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 40. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li t-tikketti uffiċjali għaż-żerriegħa kkummerċjalizzata bi qbil ma' l-awtorizzazzjoni li hemm referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu jkunu mmarkati: "mgħoddi għall-kummerċ fi… (L-Istat Membru konċernat) biss"; barra minn hekk l-Istati Membri jista' jkollhom bżonn f'dan il-każ li t-tikketti uffiċjali wkoll ikunu mmarkati: "intiżi biss għal aktar multiplikazzjoni"." 2. Li ġej għandu jkun mibdul għall-Artikolu 26 (1): "1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa bażika u taż-żerriegħa ċċertifikata, ħlief meta ż-żerriegħa tal-kategorija ta' l-aħħar tieħu l-forma ta' pakketti żgħar: (a) ikunu ttikkettjati min-naħa ta' barra b'tikketta uffiċjali li ma tkunx intużat qabel, li taderixxi mal-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness IV (A) u l-informazzjoni fuqha tkun mogħtija f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. It-tikketta tista' titqiegħed fil-pakketti trasparenti sakemm tkun tista' tinqara. Il-kulur tat-tikketta jkun abjad għaż-żerriegħa bażika u ikħal għaż-żerriegħa ċċertifikata. Meta tikketta b'toqba għal qafla tkun użata, it-twaħħil tagħha għandu jkun assigurat fil-każi kollha b'siġill uffiċjali. Jekk, fil-każi permezz ta' l-Artikolu 21, iż-żerriegħa bażika ma tħarisx il-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness II rigward il-ġelbien, dan il-fatt għandu jkun imniżżel fuq it-tikketta. L-użu tat-tikketti uffiċjali li jeħlu għandu jkun awtorizzat. Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 40, l-istampar li ma jitħassarx taħt il-kontroll uffiċjali, ta' l-informazzjoni preskritta, fuq il-pakkett bi qbil mal-mudell tat-tikketta jista' jkun awtorizzat; (b) ikun fihom dokument uffiċjali, bl-istess kulur tat-tikketta, li jipprovdi mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa permezz ta' l-Anness IV (A) (a) (4), (5), (6) u (7). Dan id-dokument għandu jkun imħejji b'tali mod li ma jkunx imfixkel mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarha taħt (a). Dan id-dokument ma jkunx meħtieġ jekk l-informazzjoni tkun stampata b'mod li ma jitħassarx fuq il-pakkett jew jekk, bi qbil mad-dispożizzjonijiet taħt (a), it-tikketta tkun qiegħda fil-pakkett tat-trasport jew hija tikketta li teħel jew tikketta magħmula minn materjal li ma jitqattax, tkun użata." 3. Fl-Artikolu 26, il-paragrafu li ġej huwa miżjud: "1a. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet mill-paragrafu 1 fil-każ ta' pakketti żgħar taż-żerriegħa bażika meta huma mmarkati: "mgħoddi għall-kummerċ fi… (l-Istat Membru kkonċernat) biss"." 4. Fl-Artikolu 30 (1), li ġej għandu jkun mibdul għal "immarkat u ssiġillat uffiċjalment": "immarkat u magħluq uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali". 5. Is-sentenza li ġejja għandha tkun miżjuda ma' l-Artikolu 32 (2): "B'mod konformi mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 40 dan il-perjodu jista' jkun estiż għal pajjiżi terzi jekk l-informazzjoni disponibbli ma tippermettix deċiżjoni bi qbil mal-paragrafu 1 u sakemm ma tippermettix din id-determinazzjoni." Artikolu 8 L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi: - ma' l-Artikolu 6 u ma' l-Artikolu 7 (5) fl-1 ta' Lulju 1977, - ma' l-Artikolu 5 (2) fl-1 ta' Lulju 1978, - mad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1979. Artikolu 9 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1977. Għall-Kunsill Il-President H. Simonet [1] ĠU L 183, ta’ l-1.8.1977, p. 64. [2] ĠU C 180, tat-28.07.77, p. 29. [3] ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 1. [4] ĠU L 356, tas-27.12.1973, p. 79. [5] ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 7. [6] ĠU L 72, tat-18.3.1976, p. 16. [7] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2290/66. [8] ĠU L 83, tat-30.3.1976, p. 34. [9] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2298/66. [10] ĠU L 196, tas-26.7.1975, p. 6. [11] ĠU L 183, ta’ l-1.8.1977, p. 64. [12] ĠU L 183, ta’ l-1.8.1977, p. 64. [13] ĠU C 180, tat-28.07.77, p. 29. [14] ĠU L 183, ta’ l-1.8.1977, p. 64. --------------------------------------------------