Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.
Dokumentum JOL_2008_106_R_0014_01
2008/306/EC: Council Decision of 17 March 2008 on the conclusion of an Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Community and Ukraine in relation to export duties# Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Community and Ukraine in relation to export duties
2008/306/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta' Marzu 2008 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina rigward id-dazji ta' l-esportazzjoni
Ftehim Fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina rigward id-dazji ta' l-esportazzjoni
2008/306/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta' Marzu 2008 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina rigward id-dazji ta' l-esportazzjoni
Ftehim Fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina rigward id-dazji ta' l-esportazzjoni
ĠU L 106, 16.4.2008., 14–16. o.
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
16.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 106/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-17 ta' Marzu 2008
dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina rigward id-dazji ta' l-esportazzjoni
(2008/306/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 133(1), flimkien ma' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Fl-14 ta' Ġunju 1994 il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u l-Ukraina ffirmaw fil-Lussemburgu l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (PCA), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1998. |
|
(2) |
Meta wieħed jikkunsidra l-impenn tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha u ta' l-Ukraina li jsaħħu l-integrazzjoni ekonomika li tikkostitwixxi bażi essenzjali għas-sħubija tagħhom. |
|
(3) |
Minn Marzu 2007 in-negozjati nfetħu għal Ftehim Imtejjeb bejn l-UE u l-Ukraina biex jissostitwixxi l-PCA. |
|
(4) |
Huwa intenzjonat li l-Ftehim Imtejjeb jipprovdi għall-ħolqien ta' Żona ta' Kummerċ Ħieles (FTA) komprensiva, bħala element ewlieni għal Ftehim Imtejjeb, wara l-adeżjoni ta' l-Ukraina mal-WTO. |
|
(5) |
Fil-kuntest tan-negozjati għall-adeżjoni fil-WTO ta' l-Ukraina, il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità, innegozjat sensiela komprensiva ta’ impenji tal-ftuħ tas-suq min-naħa ta' l-Ukraina li huma ta’ importanza partikolari għall-Komunità, kif stipulat f'Memorandum li kien hemm qbil dwaru bejn in-negozjaturi ta' l-Ukraina u l-Kummissjoni fis-17 ta’ Marzu 2003. |
|
(6) |
Dawn l-impenji huma issa inkorporati fil-Protokoll ta’ Adeżjoni ta' l-Ukraina fil-WTO. |
|
(7) |
Matul il-proċess ta' l-adeżjoni ta' l-Ukraina mal-WTO l-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina, fejn l-Ukraina intrabtet li telimina dazji ta' l-esportazzjoni fuq il-merkanzija mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim FTA futur ta' bejn l-UE u lUkraina. |
|
(8) |
Il-Ftehim propost għandu jiġi approvat f'isem il-Komunità, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim, fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina rigwardid-dazji ta' l-esportazzjoni fuq il-merkanzija huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.
It-test tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw l-Ftehim sabiex tintrabat il-Komunità (1).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
I. JARC
(1) Id-data tal-bidu fis-seħħ tal-Ftehim se jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjail ta' l-Unjoni Ewropea.
TRADUZZJONI
FTEHIM
Fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina rigward id-dazji ta' l-esportazzjoni
A. Ittra mill-Gvern ta' l-Ukraina
Kyiv, il-11 ta’ Diċembru 2007
Eċċellenza,
Fil-kuntest tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, u l-Ukraina ta' l-14 ta' Ġunju 1994, u skond in-negozjati dwar l-adeżjoni ta' l-Ukraina fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-iskop ta' din l-ittra huwa li tikkonferma li d-dazji applikati mill-Ukraina għal merkanzija li toriġina fiha u esportata lejn il-Komunità Ewropea għandhom jiġu eliminati mad-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar Żona ta' Kummerċ Ħieles UE-Ukraina, li jrid jiġi negozjat wara l-finalizzazzjoni tal-proċess ta' adeżjoni ta' l-Ukraina fil-WTO, fil-qafas ta' Ftehim Imtejjeb ġdid.
Nipproponi li din l-ittra u t-tweġiba tiegħek għaliha jistabbilixxu ftehim formali bejnietna.
Dan il-ftehim se jidħol fis-seħħ mid-data li fiha l-Komunità Ewropea tirċievi notifika bil-miktub mill-Ukraina wara li tkun wettqet il-proċeduri interni meħtieġa.
Nikkonferma li din l-ittra u t-tweġiba tiegħek għaliha jistabbilixxu ftehim formali bejnietna.
Jekk jogħġbok, Eċċellenza, aċċetta l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla stima tiegħi.
F'isem l-Ukraina
M. AZAROV
B. Ittra mill-Komunità Ewropea
Brussell, l-1 ta’ April 2008
Eċċellenza,
Nikkonferma li rċevejt l-ittra segwenti mill-Gvern ta' l-Ukraina ddatata l-11 ta' Diċembru 2007 li għaliha nirringrazzjak:
“Fil-kuntest tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, u l-Ukraina ta' l-14 ta' Ġunju 1994, u skond in-negozjati dwar l-adeżjoni ta' l-Ukraina fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-iskop ta' din l-ittra huwa li tikkonferma li d-dazji applikati mill-Ukraina għal merkanzija li toriġina fiha u esportata lejn il-Komunità Ewropea għandhom jiġu eliminati mad-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar Żona ta' Kummerċ Ħieles UE-Ukraina, li jrid jiġi negozjat wara l-finalizzazzjoni tal-proċess ta' adeżjoni ta' l-Ukraina fil-WTO, fil-qafas ta' Ftehim Imtejjeb ġdid.
Nipproponi li din l-ittra u t-tweġiba tiegħek għaliha jistabbilixxu ftehim formali bejnietna.
Dan il-ftehim se jidħol fis-seħħ mid-data li fiha l-Komunità Ewropea tirċievi notifika bil-miktub mill-Ukraina bl-effett li tkun wettqet il-proċeduri interni meħtieġa.
Nikkonferma li din l-ittra u t-tweġiba tiegħek għaliha jistabbilixxu ftehim formali bejnietna.”
Nikkonferma li din l-ittra kkwotata hawn fuq u t-tweġiba tiegħi għaliha jistabbilixxu ftehim formali bejnietna.
Jekk jogħġbok, Eċċellenza, aċċetta l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla stima tiegħi.
F'isem il-Komunità Ewropea
P. MANDELSON