Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2010:302A:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, CA 302, 09 ta' Novembru 2010


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.CA2010.302.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 302A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
9 ta' Novembru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 302A/01

Avviż ta' post battal — Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — Bilbao (Spanja) (COM/2010/10285)

1

REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI

Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

5

(FR)

9

 

19

(FR)

23

(DE/ES/PT)

28

 

48

 

53

 

56

 

57

 

60

 

61

(DE/EN/FR)

62

 

64

 

66

(BG/RO)

67

(ES)

70

(PT)

73

(FI)

74

(SV)

91

 

95

 

104

 

110

 

116

(ET)

119

 

129

(EL)

137

(LT/LV/MT)

138

(BG/CS/LT/PL/RO/SK)

143

(DE/EN/FR)

144

(DE/EN/FR)

146

(DA/FI/MT)

147

(FI)

149

(IT)

150

(BG/CS/LT/PL/RO/SK)

151

 

155

 

156

(PL)

157

 

163

 

164

 

171

(IT)

178

(DE/EN/FR)

184

 

188

(DA/DE/EN/FR/SL)

190

 

191

 

192

(DE/EN/FR)

196

(BG/EN/NL/RO/SL)

201

 

204

(EN/FR)

219

 

227

(EN/FR)

236

 

238

 

242

(BG/LT/LV/MT/PL/RO/SK/SL)

248

(DA/DE/EN/LT/NL/RO)

249

 

253

 

254

(DE/EN/FR)

256

(RO)

257

(CS/PL)

261

 

262

 

265

 

266

(RO)

269

(BG/CS/LT/PL/RO/SK)

278

 

285

(EN/ES/FR/NL)

286

(HU)

287

(DE/EN/FR)

289

 

290

 

292

 

296

 

297

(EL/ES/NL/PT)

298

(PL)

299

(RO)

300

(BG)

302

 

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

9.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 302/1


AVVIŻ TA' POST BATTAL

Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

Bilbao (Spanja)

(COM/2010/10285)

(2010/C 302 A/01)

L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, li tinsab f'Bilbao (Spanja) hi korp awtonomu stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94, kif emendat mir-Regolamenti (KE) Nru 1643/95, Nru 1654/2003 u Nru 1112/2005.

Ix-xogħol ewlieni tal-Aġenzija jinvolvi l-ġbir, l-analiżi u t-tqassim ta' informazzjoni teknika, xjentifika u ekonomika dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol fl-Istati Membri għall-benefiċċju ta' korpi tal-Unjoni Ewropea, Stati Membri u partijiet interessati, il-promozzjoni u l-appoġġ tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni u esperjenza fost l-Istati Membri, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, u b'mod partikolari, il-forniment ta' informazzjoni neċessarja lill-Kummissjoni li din tkun tirrikjedi biex tissodisfa x-xogħol tagħha biex tidentifika, tipprepara u tevalwa leġiżlazzjoni u miżuri f'dan il-qasam, notevolment fir-rigward tal-impatt ta' leġiżlazzjoni fuq l-impriżi b'referenza partikolari għall-SMEs.

Ix-xogħol tal-Aġenzija jinkludi l-koordinazzjoni ta' netwerk magħmula mill-elementi komponenti ewlenin tan-netwerks nazzjonali ta' informazzjoni, il-punti fokali nazzjonali u ċ-ċentri tas-suġġett, biex tipprovdi u tqassam l-informazzjoni relevanti dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni Ewropea u tistabbilixxi “osservatorju ta' riskju” bbażat fuq eżempji ta' prattiki tajba miġbura minn ditti jew fergħat speċifiċi ta' attività.

L-Aġenzija għandha taħdem viċin kemm jista' jkun mal-istituzzjonijiet, il-fondazzjonijiet, l-entitajiet speċjalizzati u l-programmi eżistenti fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea sabiex tevita kwalunkwe xogħol doppju. B'mod partikolari, l-Aġenzija għandha tiżgura li jkun hemm kooperazzjoni xierqa mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol.

F'konformità mar-Regolament eżistenti, l-Aġenzija għandha Bord Governattiv tripartitiku magħmul minn rappreżentanti nazzjonali tal-gvernijiet, l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u tal-ħaddiema u l-Kummissjoni Ewropea. L-Aġenzija għandha s-sede tagħha f'Bilbao (Spanja) u fil-preżent għandha baġit annwali ta' EUR 14,1 M u livell ta' persunal awtorizzat ta' 64 persuna.

Deskrizzjoni tal-kariga

Id-Direttur hu r-rappreżentant legali tal-Aġenzija u għandu jwieġeb lill-Bord Governattiv. Hu/hi huwa/hija, b'mod partikolari, responsabbli għal dan li ġej:

Il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni xierqa tad-deċiżjonijiet u l-programmi adottati mill-Bord Governattiv u l-Bureau.

L-immaniġġjar u l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Aġenzija.

Responsabbiltà globali għall-immaniġġjar tal-persunal tal-Aġenzija.

Il-preparazzjoni tal-laqgħat tal-Bord Governattiv u tal-laqgħat tal-Bureau.

Tfassil ta' abbozz tal-programm ta' ħidma annwali għall-approvazzjoni mill-Bord Governattiv.

Il-preparazzjoni ta' abbozz tar-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija għall-approvazzjoni mill-Bord Governattiv.

Jeżerċita/teżerċita responsabbiltà globali għall-implimentazzjoni tal-baġit u l-immaniġġjar finanzjarju kollu tal-Aġenzija skont l-Artikolu 185 tar-Regolamenti Finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dawn il-funzjonijiet huma deskritti aktar fid-dettall fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 Artikolu 11 li jistabbilixxi lill-Aġenzija.

Il-kriteriji tal-eliġibbiltà

Biex jiġu kkunsidrati għall-fażi tal-għażla, il-kandidati jridu jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà li ġejjin sad-data ta' għeluq għall-applikazzjonijiet:

ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

ikollhom:

i)

jew livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji li tlestew, iċċertifikati b'diploma, fejn il-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' erba' snin jew aktar;

(ii)

jew livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji li tlestew, iċċertifikati minn diploma, u esperjenza professjonali xierqa ta' mill-inqas sena, fejn il-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun mill-inqas ta' tliet snin;

preferebbilment f'qasam relevanti għall-missjoni tal-Aġenzija;

ikollhom mill-inqas 15-il sena esperjenza professjonali post-gradwatorja f'livell li jagħtu aċċess għalihom il-kwalifiki msemmija hawn fuq,

minn tal-inqas iridu jkunu nkisbu ħames snin ta' esperjenza professjonali minn funzjoni għolja ta' maniġment (1) li tinvolvi responsabbiltà għall-persunal u l-immaniġġjar finanzjarju;

ikollhom għarfien sħiħ ta' mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għarfien adegwat ta' lingwa uffiċjali oħra;

ikollhom dokumenti li juru għarfien u esperjenza relevanti fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

ikunu jistgħu jlestu l-mandat sħiħ ta' ħames snin qabel ma jilħqu l-età tal-irtirar. Għall-persunal temporanju tal-Komunitajiet Ewropej, l-età tal-irtirar hija definita bħala l-aħħar tax-xahar li fih il-persuna tagħlaq il-65 sena.

Kriterji għall-għażla

Il-kanditati se jiġu evalwati skont dawn il-kriterji tal-għażla:

Viżjoni u Tmexxija

għarfien tajjeb ħafna ta' u viżjoni ċara tal-politiki Ewropej fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u dwar l-irwol tal-Aġenzija f'dan ir-rigward;

abbiltà ssostanzjata ta' tmexxija u motivazzjoni ta' grupp kbir ta' esperti f'ambjent Ewropew, multikulturali u multilingwu kemm fuq livell ta' mmaniġġjar strateġiku u kemm dak intern;

L-immaniġġjar

esperjenza solida ta' mmaniġġjar tal-baġit, tal-finanzi u tar-riżorsi umani fuq livell għoli f'organizzazzjoni nazzjonali u/jew internazzjonali

Ħidma ma' msieħba

kapaċità ssostanzjata ta' interazzjoni u negozjar fuq livell ta' maniġment għoli mal-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea, l-awtoritajiet pubbliċi u l-imsieħba soċjali;

abbiltà ta' kooperazzjoni u komunikazzjoni mal-partijiet interessati, b'mod partikolari l-Kummissjoni Ewropea, l-awtoritajiet nazzjonali u l-imsieħba soċjali

Il-komunikazzjoni

ħiliet eċċellenti ta' komunikazzjoni interpersonali bil-fomm u bil-miktub;

kmand tajjeb tal-Ingliż hu essenzjali; għarfien tajjeb tal-Ispanjol, il-Franċiż jew il-Ġermaniż hu ta' vantaġġ addizzjonali.

Opportunitajiet indaqs

L-istituzzjonijiet u l-entitajiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea japplikaw politika ta' opportunitajiet indaqs u jaċċettaw applikazzjonijiet mingħajr distinzjoni fuq bażi ta' sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon, opinjoni politika jew ta' natura oħra, appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali.

Il-Kundizzjonijiet tal-impjieg

Id-Direttur/Direttriċi jkun/tkun nominat/nominata bħala membru mill-persunal temporanju fil-grad AD 14, skont l-Artikolu 2a tal-Kondizzjonijiet ta' Impieg ta' Impjegati Oħrajn tal-Komunitajiet Ewropej, għal perjodu ta' ħames snin. Dan il-kuntratt jista' jiġġedded għal perjodu ieħor ta' mhux iktar minn ħames snin.

Il-post tal-impjieg huwa f'Bilbao (Spanja). Residenza f'distanza raġonevoli tal-uffiċċji tal-Aġenzija se tkun meħtieġa.

Il-pagi

Il-pagi se jkunu bbażati fuq l-iskala tal-Unjoni Ewropea tas-salarji ta' skala AD 14, skont ir-regolamenti tal-persunal tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-paga hi soġġetta għat-taxxa tal-Unjoni Ewropea u tnaqqis ieħor imsemmija fir-regolamenti tal-persunal. Madankollu hi eżentata minn kwalunkwe taxxa nazzjonali.

Għażla u ħatra

Il-Kummissjoni Ewropea se twaqqaf kumitat ta' qabel l-għażla għall-proċess ta' għażla. wara l-ewwel evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet kollha, skont il-bażi tal-merti tagħhom u l-kriterji stabbiliti hawn fuq, dan il-kumitat se jistieden lill-applikanti bl-aħjar profil għar-rekwiżiti speċifiċi ta' din il-pożizzjoni, għall-ewwel intervista.

Il-kumitat ta' qabel l-għażla mbagħad se jistabbilixxi lista ta' kandidati proposti għal intervista oħra mal-Kumitat Konsultattiv għall-Ħatriet (KKĦ); madankollu, qabel ma sseħħ din l-intervista, dawn se jgħaddu minn ittestjar li jieħu jum sħiħ minn ċentru tal-valutazzjoni mmexxi minn konsulenti ta' reklutaġġ estern li jassistu lill-KKĦ. Il-kandidati li jintgħażlu mill-KKĦ imbagħad ikunu jistgħu jiġu intervistati mill-Kummissarju rilevanti.

Skont proposta mill-Kummissarju rilevanti, il-Kummissjoni Ewropea se tadotta lista qasira tal-kandidati li jintgħażlu. Din il-lista qasira se tkun ikkomunikata lill-Bord Governattiv tal-Aġenzija, li se jaħtar lid-Direttur minn fost l-applikanti magħżula skont il-proċedura stipultata fir-Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija.

Qabel il-ħatra, il-kandidat/a innominat/a mill-Bord Amministrativ għandu/ha j/tkun mistieden/mistiedna biex j/tagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat(i) kompetent(i) tal-Parlament Ewropew u biex j/twieġeb il-mistoqsijiet magħmula mill-membri ta' dan/dawn il-kumitat(i).

Din is-sejħa għal applikazzjonijiet hija l-bażi biex tiġi mħejjija l-lista qasira tal-Kummissjoni. L-inkluzjoni f'din il-lista qasira mhijiex garanzija ta' ħatra.

Il-kandidat maħtur se jkun mistenni li jieħu l-kariga mill-pożizzjoni mill-15 ta' Settembru 2011.

L-indipendenza u d-dikjarazzjonijiet tal-interess

Id-Direttur/Direttriċi se j/tkun mitlub/a j/tieħu l-kariga tiegħu/tagħha u j/taġixxi indipendentement fl-interess pubbliku u j/tipprovdi dikjarazzjonijiet eżawrjenti dwar kull interessi, diretti jew indiretti, li jistgħu jiġu kkunsidrati li jippreġudikaw l-indipendenza tiegħu/tagħha. Il-kandidati għandhom jikkonfermaw ir-rieda tagħhom f'dan ir-rigward fl-applikazzjoni tagħhom.

Proċedura tal-applikazzjoni

Din l-applikazzjoni tista' tiġi ppubblikata fl-istess żmien ma' pożizzjonijiet oħra ta' uffiċjali għolja. Il-kandidati li jixtiequ japplikaw għal iżjed minn pożizzjoni waħda jridu jissottomettu applikazzjoni separata għal kull applikazzjoni.

Qabel ma tissottometti l-applikazzjoni tiegħek, għandek tiċċekkja b'attenzjoni jekk tissodisfax il-kriterji ta' eliġibilità kollha, b'mod partikolari rigward it-tipi ta' diploma u esperjenza professjonali meħtieġa. Min ma jissodisfax dawn il-kriterji tal-eliġibbiltà jiġi eskluż awtomatikament mill-proċedura tal-għażla.

Il-persuni interessati għandhom jibagħtu

il-formola ta' applikazzjoni, mimlija kif suppost, imniżżla mill-websajt: http://ec.europa.eu/dgs/personnel_administration/working_senior_mgt_en.htm);

ittra ta' motivazzjoni

u curriculum vitae skont il-mudell standard tas-CV Ewropew minn http://europass.cedefop.europa.eu/

Fl-indirizz imsemmi hawn taħt.

Il-formola ta' applikazzjoni hija disponibbli bl-Ingliż biss. Sabiex il-proċess tal-għażla jiġi ffaċilitat, il-korrispondenza kollha mal-kandidati marbuta ma' dan il-post battal se tkun bl-Ingliż. It-tliet dokumenti li jikkostitwixxu l-applikazzjoni għandhom jitħejjew bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż (iżda preferibbilment bl-Ingliż).

Kopji ċċertifikati tal-lawrji/diplomi, referenzi, provi ta' esperjenza, eċċ m'għandhomx jintbagħtu f'dan il-punt iżda għandhom jintbagħtu fi stadju aktar tard tal-proċedura jekk mitluba.

Data ta' għeluq għall-applikazzjonijiet

Kopji elettroniċi tal-applikazzjonijiet se jiġu aċċettati.

L-applikazzjoni sħiħa, li tikkonsisti fil-formola tal-applikazzjoni, l-ittra ta' motivazzjoni u s-CV, għandha tintbagħat permezz tal-posta elettronika mhux aktar tard mis-7 ta' Diċembru 2010, lil:

Empl-Avis-De-Vacance@ec.europa.eu

u

Mr. Robert Verrue,

Director-General of the Directorate-General for Employment, Social Affairs and Equal Opportunities,

For the attention of Mrs. Emmanuelle GRANGE

DG EMPL/H/1

European Commission

J27 Bureau 04/51

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Brussels

BELGIUM

Jekk wieħed jonqos milli jissottometti d-dokumenti kollha kif speċifikat hawn fuq l-applikazzjoni se tkun irrifjutata b'mod awtomatiku.

Informazzjoni importanti għall-kandidati

Waqt il-preparazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati ma jistgħu fl-ebda każ jirreferu għal dokumenti, applikazzjonijiet jew forom oħra sottomessi b'konnessjoni ma' applikazzjonijiet preċedenti.

Il-kandidat li jintgħażel u jirċievi offerta ta' mpjieg se jkun mitlub biex jipproduċi l-oriġinali tad-diplomi, l-kwalifiki akkademiċi jew iċ-ċertifikati tal-impjiegi tiegħu/tagħha.

Id-dokumenti ta' prova li jintbgħatu mal-applikazzjoni mhux se jingħataw lura lill-kandidati.

Il-kandidati huma mitluba jinfurmaw bil-miktub u malajr kemm jista' jkun dwar kwalunkwe tibdil fl-indirizz tagħhom, filwaqt li jsemmu n-numru tal-kompetizzjoni.

Konsulenti esterni se jassistu lill-Kumitat tal-Għażla fl-eżaminazzjonijiet u l-intervisti.

Infakkru lill-kandidati li l-ħidma u d-deliberazzjonijiet tal-Kumitat tal-Għażla huma kunfidenzjali. Kull kuntatt dirett jew indirett mill-kandidati jew minn xi ħadd ieħor li jaġixxi f'isimhom mal-Kumitat tal-Għażla huwa pprojbit. Il-mistoqsijiet u d-domandi kollha għal informazzjoni jew dokumentazzjoni marbuta mal-kompetizzjoni għandhom jintbgħatu bil-miktub fl-indirizz t'hawn fuq.

Protezzjoni tad-dejta personali

Il-Kummissjoni u l-Aġenzija se jiżguraw li d-dejta personali tal-kandidati tiġi proċessata f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (2).


(1)  Fis-CV tagħhom, l-applikanti għandhom jindikaw għall-inqas għal dawn il-5 snin li fihom kisbu l-esperjenza maniġerjali: (1) it-titolu u r-rwol tal-pożizzjonijiet maniġerjali li kienu fihom, (2) in-numru ta' persunal li kienu jimmaniġġjaw f'dawn il-pożizzjonijiet, (3) id-daqs tal-baġits immaniġġjati, u (4) in-numru ta' livelli ġerarkiċi 'l fuq u 'l isfel u n-numru ta' persunal tal-istess livell.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


Top