EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-akkreditament tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità fl-Unjoni Ewropea

L-akkreditament tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità fl-Unjoni Ewropea

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 dwar ir-rekwiżiti għall-akkreditament relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Huwa jistabbilixxi regoli komuni għall-akkreditament tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità fl-Unjoni Ewropea (UE).
  • Huwa jistabbilixxi wkoll il-prinċipji ġenerali għall-marka CE*.

PUNTI EWLENIN

Il-Korpi nazzjonali ta’ akkreditament

  • L-Istati Membri tal-UE għandhom:
    • jaħtru organizzazzjoni ta’ akkreditament nazzjonali unika;
    • jiżguraw li l-organizzazzjoni għandha finanzi u persunal suffiċjenti biex twettaq id-dmirijiet tagħha;
    • jimmonitorjaw l-organizzazzjoni biex jiżguraw li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti;
    • jikkommunikaw id-dettalji rilevanti lill-Kummissjoni Ewropea li tagħmel lista għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tad-diversi organizzazzjonijiet nazzjonali.
  • Il-korpi nazzjonali ta’ akkreditament iridu:
    • jiddeterminaw jekk organizzazzjonijiet individwali ta’ valutazzjoni tal-konformità* huma kompetenti biex jagħmlu xogħolhom u jimmonitorjaw il-prestazzjoni tagħhom;
    • jillimitaw, jissospendu jew jirtiraw ċertifikati ta’ akkreditament għall-valutazzjoni tal-organizzazzjonijiet li ma jibqgħux kapaċi jwettqu d-dmirijiet tagħhom;
    • ikunu oġġettivi u imparzjali u jkollhom stabbiliti ġestjoni effiċjenti u kontrolli interni adegwati;
    • jaqblu mal-valutazzjoni bejn il-pari;
    • jinformaw korpi nazzjonali ta’ akkreditament oħrajn dwar l-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità;
    • jagħmlu informazzjoni dwar ix-xogħol tagħhom disponibbli għall-pubbliku.
  • L-assoċjazzjoni tal-kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditazzjoni tiġġestixxi l-evalwazzjoni bejn il-pari biex tiżgura l-kwalità tas-servizzi li jipprovdu l-korpi nazzjonali ta’ akkreditament.
  • Il-marka CE tista’ titwaħħal ukoll ma’ prodott minn manifattur jew minn xi ħadd b’mandat li jopera f’isimhom, diment li dan jissodisfa l-istandards kollha ta’ konformità.
  • Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2019/1020 jneħħi l-artikoli fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 li qabel kien jittratta l-aspetti tas-sorveljanza tas-suq (ara s-sommarju).

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

SFOND

TERMINI EWLENIN

Il-Marka CE. Marka li manifatturi jużaw biex jindikaw li l-oġġetti jikkonformaw mal-istandards legali ta’ konformità tal-UE.
Il-Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità. Korp li jwettaq attivitajiet bħall-kalibrazzjoni, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, pp. 30–47).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 765/2008 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2019/515 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ merkanzija kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 764/2008 (ĠU L 91, 29.3.2019, pp. 1–18).

Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82–128).

Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, pp. 4–17).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 29.09.2023

Top