This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Free movement of workers
Moviment liberu tal-ħaddiema
Moviment liberu tal-ħaddiema
Il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa wieħed mill-erba’ libertajiet stipulati fit-trattati tal-Unjoni Ewropea (UE), l-oħrajn huma l-moviment liberu tal-merkanzija, il-kapital u s-servizzi. Għadd ta’ artikoli tat-trattat tal-UE għanhom piż fuq il-moviment liberu tal-ħaddiema, l-aktar importanti huwa l-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU).
L-Artikolu 45 jagħti liċ-ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE id-dritt li:
Dawn id-drittijiet japplikaw għall-individwi li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu għall-finijiet ta’ xogħol. Dawn huma limitazzjonijiet ibbażati fuq kunsiderazzjonijiet ta’ sigurtà pubblika, politika pubblika, raġunijiet ta’ saħħa pubblika u impjieg fis-settur pubbliku.
Meta ċittadin tal-UE jkun qed jaħdem barra mill-pajjiż fi Stat Membru ieħor, il-membri tal-familja wkoll ikollhom id-dritt li jgħixu u jaħdmu fl-Istat Membru, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom. It-tfal ukoll għandhom id-dritt għall-edukazzjoni fl-Istat Membru fejn il-ġenitur tagħhom irriloka.
Taħt il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-għarfien reċiproku tal-kwalifiki professjonali, in-nies li jaħdmu f’ċertu xogħlijiet li għalihom l-Istat Membru destinatarju jeħtieġ kwalifiki professjonali għandhom id-dritt li l-kwalifiki professjonali tagħhom jiġu rikonoxxuti f’dak l-istat.
Hemm ukoll regoli li jipproteġu d-drittijiet tas-sigurtà soċjali taċ-ċittadini tal-UE meta jmorru minn Stat Membru għal ieħor.
Fl-2019 ġiet stabbilita l-Awtorità Ewropea għax-Xogħol, korp iddisinjat biex jgħin sabiex tiġi żgurata mobbiltà tax-xogħol ġusta mal-UE kollha u li jappoġġja l-koordinazzjoni tas-sistemi soċjali.
Il-moviment liberu tal-ħaddiema japplika wkoll għaċ-ċittadini tal-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, li l-pajjiżi tagħhom jappartjenu ż-Żona Ekonomika Ewropea. Ċittadini mhux tal-UE oħra jista’ jkollhom id-dritt jaħdmu fi Stat Membru jew jiġu ttrattati ugwali bħaċ-ċittadin tal-UE fir-rigward ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol. Dawn id-drittijiet jiddependu fuq l-istatus tagħhom bħala membri tal-familja ta’ ċittadin tal-UE u fuq in-nazzjonalità tagħhom (għadd ta’ pajjiżi għandhom ftehimiet mal-UE).