EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Maximum levels of radioactive contamination in foodstuffs
Livelli massimi ta’ kontaminazzjoni radjuattiva fl-ikel
Livelli massimi ta’ kontaminazzjoni radjuattiva fl-ikel
Huwa jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjuattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika.
Dan ir-regolament jirrevoka r-Regolamenti (Euratom) Nru 3954/87, (Euratom) Nru 944/89 u (Euratom) Nru 770/90. Kull referenza eżistenti għall-atti revokati għandha tinqara bħala referenzi għal dan ir-regolament.
Ambitu
Ir-regolament ikopri l-livelli massimi permezzi għall-ikel, ikel ta’ importanza minuri* u l-għalf għall-annimali.
Il-livelli massimi ta’ kontaminazzjoni permessi
Il-Kumitat
Il-Kummissjoni se tiġi assistita fuq il-kwistjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (PAFF) stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jistipula l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi tal-ikel.
Rappurtar
Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jistabbilixxi l-miżuri li ttieħdu, fl-eventwalità ta’ inċident jew emerġenza li x’aktarx twassal jew wasslet għal kontaminazzjoni radjuattiva sinifikanti tal-ikel u l-għalf.
Ilu japplika mid-9 ta’ Frar 2016.
Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 tal-15 ta’ Jannar 2016 li jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjuattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 u (Euratom) Nru 770/90 (ĠU L 13, 20.1.2016, pp. 2-11)
Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, pp. 1-142)
Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 2017/625 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għall-protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, pp. 1-73)
Ara l-verżjoni kkonsolidata.
l-aħħar aġġornament 19.05.2020