EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Orizzont 2020: regoli għall-parteċipazzjoni u disseminazzjoni (2014-2020)

Orizzont 2020: regoli għall-parteċipazzjoni u disseminazzjoni (2014-2020)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fil-programm ta' riċerka u innovazzjoni tal-Orizzont 2020 tal-Unjoni Ewropea u r-regoli jirregolaw l-użu u d-disseminazzjoni tar-riżultati.

ATT

Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f' Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006.

SOMMARJU

Ir-Regolament ikopri:

  • il-parteċipazzjoni f'attivita' ta' riċerka u innovazzjoni indiretta magħmula skont ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013, jiġifieri azzjonijiet li l-UE tipprovdi appoġġ finanzjarju għalihom u li jsiru mill-parteċipanti. Madankollu ma tkoprix riċerka dirett li ssir direttament miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni;
  • kif jintużaw u jinxterdu r-riżultati tar-riċerka.

Forom ta' finanzjament

Dawn jinkludu:

  • għotjiet (kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti mill-baġit tal-UE lill-parteċipanti magħżula permezz ta' sejħiet għal proposti),
  • premjijiet (finanzjament mogħtija bħala premju wara kuntest),
  • akkwsiti (pereżempju, akkwisti minn awtoritajiet pubbliċi ta' riċerka u żvilupp, li jippermettulhom jidderieġu r-riċerka għal ħtiġijiet speċifiċi tas-settur pubbliku),
  • strumenti finanzjarji (pereżempju, investiment ta' ekwità jew ta' kważi ekwità, self jew garanziji jew strumenti oħrajn ta' kondiviżjoni tar-riskji, li jistgħu jiġu kkombinati f'għotjiet).

Entitajiet eleġibbli għall-għotjiet

Ir-regola bażika hija li kwalunkwe entita, kemm jekk persuna individwali kif ukoll jekk persuna ġuridika (minkejja l-post ta' stabbiliment), jew organizzazzjoni internazzjonali, tista' tipparteċipa f'azzjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-regolament, il-programm ta' ħidma relevanti u s-sejħa. B'mod aktar speċifiku, il-kundizzjonijiet minimi huma li għallinqas 3 entitajiet separati, stabbiliti f'pajjiżi tal-UE differenti jew pajjiżi assoċjati, jistgħu jipparteċipaw f'attivita', għalkemm jistgħu jiġu imposti derogi jew kundizzjonijiet addizzjonali.

Proposti tal-Għotja

Fil-prinċipju, issir sejħa għal proposti wara l-pubblikazzjoni tas-sejħiet li jispeċifikaw il-limiti ta' żmien u l-iskadenzi sa meta l-applikanti għandhom jiġu infurmati bir-riżultat tal-proċess ta' evalwazzjoni u data indikattiva għall-iffirmaw tal-ftehimiet tal-għotjiet (b'kollox, iż-żmien għall-għotja huwa limitat għal 8 xhur mid-data ta’ sottomissjoni finali, sakemm mhux f'każijiet iġġustifikati kif dovut). Huwa possibbli wkoll li jitwettqu sejħiet konġunti għal proġetti ffinanzjati b'mod konġunt ma' pajjiżi mhux tal-UE jew ma' oragnizzazzjonijiet internazzjonali f'oqsma ta' prijorita ta' interess komuni u ta' benefiċċju reċiproku mistenni fejn hemm valur miżjud ċar għall-UE. Barra minn hekk, appoġġ speċifiku għall-SMEs huwa pprovdut permezz ta' sejħiet maħruġin skont strument għall-SMEs iddedikat.

Evalwazzjoni tal-Għotja

Esperti indipendenti, prinċipalment minn komunitajiet tar-riċerka u tal-akkademja, jevalwaw is-sottomissjonijiet fuq il-bażi tal-eċċellenza, l-impatt u l-kwalita u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni. Ifasslu klassifikazzjoni li fuq il-bażi tagħha sseħħ l-għażla. Il-panils għandhom ikunu diversi f'termini ta' ħila, esperjenza u għarfien, kif ukoll nazzjonalita u sess. Il-Kummissjoni sistematikament tirrevedi proposti li jqajjmu kwistjonijiet etiċi.

Ftehim tal-għotja u implimentazzjoni

Il-parteċipanti magħżulin għal finanzjament jidħlu fil-ftehim tal-għotjiet li jistabbilixxu d-drittijiet u l-obbligi ta' kull parti. L-iskambji kollha mal-parteċipanti, inkluż il-konklużjoni tal-ftehim tal-għotja, huma magħmulin permezz tas-sistema ta' skambju elettroniku stabbilita mill-Kummissjoni jew mill-korp ta' finanzjament relevanti.

Il-parteċipanti jimplimentaw azzjonijiet f'konformita mal-ftehim tal-għotja, billi jużaw riżorsi u mezzi xierqa li jinkludi meta jkun hemm bżonn li tintalab l-għajnuna ta' partijiet terzi u subkuntratturi. Fil-każ ta' konsorzju, membru wieħed jinħatar sabiex jaġixxi bħala koordinatur u bħala l-punt prinċipali ta' kuntatt bejn il-konsorzju u l-Kummissjoni.

Finanzjament tal-azzjonijiet

Fil-każ ta' għotjiet, ir-regolament jiddikjara li l-finanzjament ma jistax jaqbeż l-ispejjeż totali eleġibbli nieqes l-irċevuti tal-azzjoni, kif definit fir-Regolament Finanzjarju tal-UE (Artikolu 126). Il-kontribuzzjoni tal-UE tista' tvarja u tista' tkun daqs 70-100% tal-ispejjeż totali eleġibbli.

Użu tar-riżultati

  • Ir-riżultati jibqgħu l-proprjetà tal-parteċipanti li jiġġenerawhom. Fejn ir-riżultati jistgħu jiġu sfruttati kummerċjalment jew industrijalment, dawn għandhom jiġu protetti. Jiġu applikati regoli speċifiċi fejn il-parteċipanti ma jkollhomx l-intenzjoni li japplikaw il-protezzjoni għal jew ikollhom l-intenzjoni li jabbandonaw il-protezzjoni tar-riżultati tagħhom.
  • Ir-riċevituri tal-fondi tal-UE huma mistennija li jagħmlu użu mir-riżultati tagħhom prinċipalment permezz tat-trasferiment u liċenzjar. Huma mistennija wkoll li jxerrdu r-riżultati tagħhom malajr kemm jista' jkun. Kwalunkwe obbligu addizzjonali għandu jiġi pprovdut fil-ftehim tal-għotja.
  • Parteċipant igawdi drittijiet ta' aċċess mingħajr royalty għar-riżultati ta' parteċipant ieħor fl-istess azzjoni jekk ikun hemm bżonn sabiex iwettaq ix-xogħol tiegħu taħt l-azzjoni jew sabiex jagħmel użu mir-riżultati tiegħu stess. L-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-aġenziji tal-UE jgawdu drittijiet ta' aċċess biss għar-riżultati ta' parteċipant li rċieva finanzjament tal-UE jekk iġġustifikat sabiex jiżviluppaw, jimplimentaw u jimmonitorjaw il-politiki u l-programmi tal-UE. Dawn id-drittijiet ta' aċċess tal-UE huma limitati għal użu mhux kummerċjali u mhux kompetittiv u huma mingħajr royalty.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 1290/2013

23.12.2013

-

ĠU L 347 tal-20.12.2013, p. 81-103

ATTI RELATATI

Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347 tal-20.12.2013, p. 104-173).

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (2013/743/UE) (ĠU L 347 tal-20.12.2013, p. 965-1041).

L-aħħar aġġornament: 25.06.2014

Top