Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020)

Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jipprovdi appoġġ għall-ħaddiema li jitilfu xogħolhom b’konsegwenza ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet dinjija tal-kummerċ minħabba l-globalizzazzjoni.

ATT

Regolament (UE) Nru1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006

SOMMARJU

Mill-2007, il-Fond ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) tal-UE għen lil ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba li l-kumpaniji tagħhom għalqu jew mexxew il-produzzjoni tagħhom lil hinn mill-UE minħabba l-globalizzazzjoni, sabiex isibu xogħol ġdid jew sabiex jitħarrġu mill-ġdid.

Bħala regola ġenerali, wieħed jista' jirrikorri għall-FEG f'każijiet fejn aktar minn 500 ħaddiem jingħataw is-sensja minn kumpanija waħda (inkluż il-fornituri tagħha u l-produtturi downstream tagħha), jew jekk numru kbir ta' ħaddiema jingħataw is-sensja f'settur partikolari f'reġjun wieħed jew aktar tal-madwar.

B'baġit annwali ta' EUR 150 miljun kull sena bejn l-2014 u l-2020, il-FEG jista' joffri sa 60% tal-ispejjeż tal-proġetti ddisinjati sabiex jgħin lil ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja jsibu xogħol ieħor jew jiftħu n-negozju tagħhom stess. Il-fond mhuwiex imfassal sabiex jgħin iżomm kumpaniji f'negozju jew sabiex jirristrutturaw ruħhom.

Benefiċjarji potenzjali

Il-FEG jista' jassisti lil ħaddiema individwali (nies li jaħdmu għal rashom, ħaddiema temporanji u ħaddiema għal perjodu ta' żmien fiss). Sa tmiem l-2017, żgħażagħ li ma kellhomx impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEETs) f'reġjuni b'rata ta' qgħad għolja fost iż-żgħażagħ jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-appoġġ tal-FEG f'numri ugwali għal ħaddiema li jirċievu appoġġ f'dawk ir-reġjuni.

Miżuri eleġibbli jinkludu:

  • għajnuna biex jinstab xogħol
  • parir dwar karrieri
  • edukazzjoni, taħriġ u taħriġ mill-ġdid
  • mentoring u kowċing
  • intraprenditorija u ħolqien ta' negozju.

Proċedura tal-applikazzjoni

Applikazzjonijiet għal assistenza jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni Ewropea mill-gvernijiet tal-UE u, jekk approvati, jiġu ġestiti u implimentati mill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali. Il-proġetti jdumu għaddejjin sentejn.

B'differenza minn proġetti li jaqgħu taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment tal-UE (ESIFs), bħall-Fond Soċjali Ewropew, li għandhom perspettiva fit-tul, il-proġetti tal-FEG jipprovdu appoġġ lil individwi għal perjodu ta' żmien qasir u definit b'mod ċar.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Skadenza għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013

23.12.2013

-

ĠU L 347 tal-20.12.2013

L-aħħar aġġornament: 24.04.2014

Top