Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-għajnuna mill-Istat

L-għajnuna mill-Istat

Għajnuna mill-Istat tfisser azzjoni minn awtorità pubblika (lokali, reġjonali jew nazzjonali), li tuża riżorsi pubbliċi, sabiex tiffavorixxi lil ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti. B’hekk, negozju li jibbenifika minn għajnuna bħal din igawdi vantaġġ fuq il-kompetituri tiegħu.

L-għajnuna mogħtija b’mod selettiv mill-pajjiżi tal-UE jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat u li tista’ taffettwa l-kummerċ bejn il-pajjiżi tal-UE jew tfixkel il-kompetizzjoni hija pprojbita skont l-Artikolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

L-għajnuna tista’ tkun permessa jekk tkun ġustifikata minn objettivi ta’ interess ġenerali: għajnuna li tippromwovi l-iżvilupp ta’ żoni żvantaġġjati jew għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, intrapriżi żgħar u medji, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-ħarsien ambjentali, it-taħriġ, l-impjiegi u l-kultura. Il-pajjiżi tal-UE għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-għajnuniet li jagħtu - ħlief f’ċerti każijiet speċifikati.

Skont l-Artikolu 108 tat-TFUE, il-Kummissjoni Ewropea għandha l-kompitu li żżomm taħt analiżi l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn pajjiżi tal-UE, kemm jekk għadha ppjanata jew jekk diġà bdiet topera, bil-għan li tiżgura li din ma tfixkilx il-kompetizzjoni.

ARA WKOLL

Top