EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Schengen (il-Ftehim u l-Konvenzjoni)

Glossarju tat-taqsiriet

SCHENGEN (IL-FTEHIM U L-KONVENZJONI)

Permezz tal-Ftehim ta’ Schengen iffirmat fl-14 ta’ Ġunju 1985, il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu u n-Netherlands qablu li gradwalment ineħħu l-kontrolli fil-fruntieri interni tagħhom u li jintroduċu l-libertà ta’ moviment għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiżi firmatarji, Stati Membri oħrajn tal-UE u xi pajjiżi mhux tal-UE.

Il-Konvenzjoni ta’ Schengen tissupplimenta l-ftehim u tistabbilixxi l-arranġamenti u s-salvagwardji għat-twaqqif ta’ żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni. Din kienet iffirmata mill-istess ħames pajjiżi fid-19 ta’ Ġunju 1990, u daħlet fis-seħħ fl-1995. Il-ftehim u l-konvenzjoni, kif ukoll il-ftehimiet u r-regoli relatati, flimkien jiffurmaw l-“acquis ta’ Schengen”, li kien integrat fil-qafas tal-UE fl-1999 u sar leġiżlazzjoni tal-UE. It-Trattat ta’ Lisbona għamel “iż-żona (…) mingħajr fruntieri interni, li fiha l-moviment liberu tal-persuni huwa żgurat” għan tal-UE.

Illum 26 pajjiż Ewropew, inkluż 22 mis-27 Stat Membru tal-UE, huma parti miż-żona Schengen.

Il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija huma wkoll, f’konformità mal-Atti tal-Adeżjoni rispettivi tagħhom, parti miż-żona Schengen, iżda l-kontrolli fil-fruntieri interni tagħhom għadhom ma tneħħewx.

L-Irlanda hija l-uniku Stat Membru li mhuwiex parti miż-żona Schengen. Għalkemm tipparteċipa fil-kooperazzjoni tal-pulizija ta’ Schengen u fil-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, mhijiex parti miż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni u żżomm kontrolli fil-fruntieri mal-pajjiżi ta’ Schengen.

Erba’ pajjiżi oħra, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera, huma assoċjati wkoll mal-acquis ta’ Schengen permezz tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni ta’ Schengen rispettivi tagħhom mal-UE, u għalhekk huma wkoll parti miż-żona Schengen.

Il-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni mal-UE għandhom jaċċettaw l-acquis ta’ Schengen kollu fil-mument tal-adeżjoni tagħhom. Madankollu, il-kontrolli fuq il-fruntieri fil-fruntieri interni jitneħħew biss (b’deċiżjoni unanima tal-Kunsill) wara evalwazzjoni li:

  • titwettaq f’konformità mal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni applikabbli ta’ Schengen;
  • tikkonkludi li l-kundizzjonijiet kollha għall-applikazzjoni korretta tal-miżuri tal-acquis ta’ Schengen li jippermettu t-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni huma fis-seħħ.

ARA WKOLL

Top