This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Scientific and technological cooperation between the EU and the United States
Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerka
Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerka
Il-ftehim jistabbilixxi qafas formali għall-kooperazzjoni, bil-għan li jħeġġeġ, jiżviluppa u jiffaċilita attivitajiet fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija.
Permezz tad-Deċiżjoni 98/591/KE, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea approva l-konklużjoni tal-ftehim f’isem il-Komunità Ewropea (issa l-Unjoni Ewropea (UE)).
Il-Kunsill approva estensjonijiet suċċessivi fl-2004 (Deċiżjoni 2004/756/KE), fl-2009 (Deċiżjoni 2009/306/KE — inkluża emenda għall-Ftehim), 2014 (Decision 2014/240/UE), fl-2018 (Deċiżjoni (UE) 2018/1578) u fl-2023 (Deċiżjoni (UE) 2023/2073).
Attivitajiet imwettqa skont il-ftehim huma bbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:
L-oqsma tal-attivitajiet koperattivi huma:
Attivitajiet kooperattivi jistgħu jinkludu:
Il-ftehim daħal fis-seħħ fl- għal perjodu inizjali ta’ ħames (5) snin u jista’ jiġi estiż b’emendi possibbli għal perjodi addizzjonali ta’ ħames (5) snin.
Il-ftehim ġie etiż ħames darbiet, l-aħħa darba fl-2023, għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin kull darba. It-tieni estensjoni kienet tinkludi emenda — li żiedet ir-riċerka dwar is-sigurtà u l-ispazju mal-lista ta’ setturi għall-attivitajiet koperattivi.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Għal aktar informazzjoni dwar il-kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni mal-Istati Uniti, ara:
Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 284, , pp. 37–44).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/591/KE tat- dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 284, , pp. 35–36).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/756/KE tal- dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim li jġedded il-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 335, , pp. 5–6).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/306/KE tat- dwar l-estensjoni u l-modifikazzjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 90, , pp. 20–21).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/240/UE tal- li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 128, , pp. 43–44).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1578 tat- dwar l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 263, , pp. 1–2).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2073 tat- dwar l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 239, , pp. 26–27).
l-aħħar aġġornament