This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Pre-accession strategy
Strateġija ta’ qabel l-adeżjoni
Strateġija ta’ qabel l-adeżjoni
L-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni toffri ‘djalogu strutturat’ bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u pajjiżi tat-tkabbir (il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Montenegro, il-Kosovo*, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Albanija, is-Serbja u t-Turkija). Dawn il-pajjiżi kollha għandhom perspettiva tal-UE u jeħtieġ li jissodisfaw il-kriterji ta' Kopenħagen.
Il-ftehimiet bilaterali jsawru l-bażi għar-relazzjonijiet tagħna. Għall-Balkani tal-Punent, il-qafas ewlieni għar-relazzjonijiet huwa l-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, u kull pajjiż għandu Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fis-seħħ (ħlief għall-Kosovo). It-Turkija għandha Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-UE.
L-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni tinkludi wkoll il-proċess ta’ negozjati ta' adeżjoni ladarba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, kif ukoll appoġġ sostanzjali ta' assistenza qabel l-adeżjoni.
* Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.