Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-pjanċa statutorja tal-manifattur u n-numru ta’ identifikazzjoni għall-vetturi bil-mutur

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'Ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip biex tiġi żgurata s-sikurezza ġenerali tal-vetturi u l-protezzjoni tal-utenti vulnerabbli tat-triq' for an updated information about the subject.

Il-pjanċa statutorja tal-manifattur u n-numru ta’ identifikazzjoni għall-vetturi bil-mutur

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 19/2011 dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-pjanċa statutorja tal-manifattur u għan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Huwa jistipula rekwiżiti li jikkonċernaw l-approvazzjoni skont it-tip KE tal-pjanċa statutorja tal-manifattur* u tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura bil-mutur*.
  • Huwa jagħmel parti mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) 661/2009 dwar vetturi u trejlers sikuri.
  • Wara r-revoka tad-Direttiva 76/114/KEE bir-Regolament (KE) 661/2009, huwa jadatta r-regoli tekniċi f’dik id-direttiva għal dawk tad-Direttiva 2007/46/ECdwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Tipi ta’ vetturi kkonċernati

Ir-regolament japplika għal vetturi tal-kategorija M, N u O, jiġifieri:

  • vetturi bil-mutur iddisinjati u mibnija għall-ġarr tal-passiġġieri u li għandhom mill-inqas 4 roti;
  • vetturi bil-mutur maħsuba u mibnija għat-trasport ta’ merkanzija u li għandhom mill-inqas 4 roti;
  • trejlers (inkluż semitrejlers).

Rekwiżiti għall-pjanċa statutorja tal-manifattur

Kull vettura għandha tkun mgħammra bi pjanċa statutorja li għandha tikkonsisti (fid-diskrezzjoni tal-manifattur) jew minn:

  • folja rettangolari tal-metall; jew
  • tabella rettangolari li teħel waħidha.

Il-pjanċa statutorja tal-manifattur għandu jkun fiha ċerta informazzjoni, inkluż:

  • l-isem tal-kumpanija tal-manifattur;
  • in-numru sħiħ tal-approvazzjoni skont it-tip tal-vettura;
  • in-numru tal-identifikazzjoni tal-vettura;
  • il-piż mgħobbi massimu teknikament permessibbli.

Ir-Regolament (UE) Nru 249/2012 jemenda r-Regolament (UE) Nru 19/2011 li jintroduċi l-possibbiltà għall-manifatturi tal-vetturi li jużaw tikketti li jeħlu waħedhom biex jagħmlu l-pjanċi statutorji.

Rekwiżiti għan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN)

Il-manifattur għandu jwaħħal VIN fuq kull vettura u għandu jiżgura t-traċċabilità tiegħu fuq perjodu ta’ 30 sena. Il-VIN jikkonsisti minn:

  • in-numru tal-identifikazzjoni tal-manifattur dinji (WMI);
  • it-taqsima dwar id-deskrizzjoni tal-vettura (VDS);
  • it-taqsima dwar l-indiktur tal-vettura (VIS).

Il-VIN għandu jkun f’pożizzjoni aċċessibbli u għandu jkun viżibbli. Dan għandu jkun ittimbrat sabiex ma jitħassarx taħt kondizzjonijiet normali ta’ użu tal-vettura.

Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tip KE

Il-manifattur tal-vettura għandu jissottometti applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE lill-awtorità kompetenti. Din l-applikazzjoni għandu jkun fiha ċerta informazzjoni, b’mod partikolari:

  • l-għamla u t-tip tal-vettura;
  • il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-pjanċa statutorja tal-manifattur;
  • il-post tal-VIN.

Jekk l-awtorità kompetenti tqis li l-vettura tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw il-pjanċa statutorja tal-manifattur u n-numru ta’ identifikazzjoni għall-vetturi bil-mutur, hija għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip b’konformità mad-Direttiva 2007/46/KE.

MINN META JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Frar 2011.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Pjanċa statutorja tal-manifattur: pjanċa jew tabella, imwaħħla mill-manifattur fuq vettura li tipprovdi l-karatteristiċi tekniċi ewlenin li huma meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-vettura u li tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti bl-informazzjoni rilevanti dwar il-piżijiet mgħobbija massimi permessibbli.
Numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN): il-kodiċi alfanumeriku mogħti lil vettura mill-manifattur sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni xierqa ta’ kull vettura.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 tal-11 ta’ Jannar 2011 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-pjanċa statutorja tal-manifattur u għan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 8, 12.1.2011, p. 1-13)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 19/2011 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1-24)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1-160)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament 02.05.2019

Top