This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Fighting fraud: checks in EU countries
Il-ġlieda kontra l-frodi: verifiki fil-pajjiżi tal-UE
Il-ġlieda kontra l-frodi: verifiki fil-pajjiżi tal-UE
Il-ġlieda kontra l-frodi: verifiki fil-pajjiżi tal-UE
Jeħtieġ li ċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea (UE) ikunu kunfidenti li l-baġit tal-UE qiegħed jintuża kif suppost. Fl-1995, l-UE introduċiet regoli (ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995) li jkopru l-verifiki fil-pajjiżi tal-UE u l-impożizzjoni ta’ penali f’każ ta’ irregolaritajiet*.
ATT
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea
SOMMARJU
Jeħtieġ li ċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea (UE) ikunu kunfidenti li l-baġit tal-UE qiegħed jintuża kif suppost. Fl-1995, l-UE introduċiet regoli (ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995) li jkopru l-verifiki fil-pajjiżi tal-UE u l-impożizzjoni ta’ penali f’każ ta’ irregolaritajiet*.
X’JAGĦMEL DAN IR-REGOLAMENT?
— |
Huwa jfittex li jiġġieled il-frodi kontra l-interessi finanzjarji tal-UE (il-baġit tal-UE - kontribuzzjonijiet tal-kontribwenti).
|
— |
Huwa jistabbilixxi sett komuni ta’ regoli legali għall-oqsma kollha koperti mill-politiki tal-UE.
|
— |
B’mod partikolari, huwa jipprevedi verifiki u miżuri u penali amministrattivi meta ma jiġux irrispettati r-regoli tal-finanzjament tal-UE.
|
PUNTI EWLENIN
Aktar minn nofs in-nefqa tal-UE titħallas lill-benefiċjarji permezz tal-gvernijiet tal-pajjiżi tal-UE u tal-aġenziji tagħhom. Kemm din is-sistema ta’ amministrazzjoni deċentralizzata kif ukoll il-monitoraġġ tal-użu tan-nefqa huma rregolati minn regoli dettaljati. Dawn ir-regoli jvarjaw skont il-qasam politiku kkonċernat.
Il-pajjiżi tal-UE huma responsabbli sabiex jieħdu l-miżuri meħtieġa bil-għan li jiżguraw li t-tranżazzjonijiet li jinvolvu l-interessi finanzjarji tal-UE jkunu korretti u regolari. Il-miżuri li jirrigwardjaw il-verifiki għandhom ikunu proporzjonati għall-objettivi segwiti sabiex b’hekk ma jinvolvux limitazzjonijiet ekonomiċi jew spejjeż amministrattivi eċċessivi. Huma għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni wkoll il-prattiki u l-istrutturi amministrattivi tal-pajjiżi tal-UE.
Il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli sabiex tivverifika li:
— |
il-prattiki amministrattivi jkunu konformi mar-regoli tal-UE;
|
— |
jeżistu d-dokumenti meħtieġa li jissostanzjaw u li dawn ikunu jaqblu mad-dħul u l-infiq tal-UE;
|
— |
it-tranżazzjonijiet finanzjarji jitwettqu u jiġu vverifikati f’ċirkostanzi adegwati.
|
Barra minn hekk, skont ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, il-Kummissjoni Ewropea tista’ twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post.
L-irtirar tal-vantaġġ miksub b’mod skorrett
B’mod ġenerali, jekk tinstab irregolarità, il-vantaġġ miksub b’mod skorrett għandu jitħallas lura u jista’ jiġi kkalkolat ammont li jakkumpanja l-imgħax abbażi ta’ rata fissa. Il-miżura li tirtira l-vantaġġ tista’ tkun tikkonsisti minn:
— |
obbligu li jitħallsu jew jitħallsu lura l-ammonti dovuti jew riċevuti b’mod skorrett;
|
— |
it-telf parzjali jew totali ta’ kwalunkwe garanziji finanzjarji jew avvanzi riċevuti mill-parti inkwistjoni.
|
Irregolaritajiet intenzjonali jew irregolaritajiet ikkawżati minn negliġenza jistgħu jwasslu għal penali amministrattivi, bħal:
— |
ħlas ta’ multa amministrattiva;
|
— |
ħlas ta’ somma addizzjonali; madankollu, dan ma għandux jaqbeż livell li huwa strettament neċessarju sabiex jikkostitwixxi deterrent;
|
— |
tneħħija parzjali jew totali ta’ vantaġġ mogħti, anki jekk il-parti bbenifikat biss b’mod skorrett mill-vantaġġ, jew inkella esklużjoni minn jew irtirar tal-vantaġġ, għal perjodu limitat wara li sseħħ l-irregolarità;
|
— |
penali oħrajn ta’ tip purament ekonomiku previsti mil-liġi tal-UE.
|
Prinċipji ġenerali
Il-verifiki, il-miżuri u l-penali amministrattivi għandhom ikunu
— |
effettivi,
|
— |
proporzjonati u
|
— |
dissważivi.
|
Huma għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni n-natura u s-serjetà tal-irregolarità, il-vantaġġ mogħti jew riċevut u l-grad ta’ responsabbiltà.
Penali amministrattiv jista’ jiġi impost biss jekk, qabel ma tkun seħħet l-irregolarità, dan ikun speċifikament permess minn att jew liġi tal-UE.
Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-proċedimenti huwa ta’ 4 snin, li jibda mid-data li fiha tkun seħħet l-irregolarità. Għal irregolaritajiet kontinwi jew ripetuti, il-perjodu ta’ limitazzjoni jibda jiddekorri mid-data li fiha tieqaf l-irregolarità. Fil-każ ta’ programmi li jitwettqu fuq medda ta’ diversi snin (jiġifieri multiannwali), il-perjodu ta’ limitazzjoni jdum sakemm jiġi fi tmiemu l-programm.
TERMINI EWLENIN
* Irregolarità : kwalunkwe att jew ommissjoni minn benefiċjarju ta’ finanzjament tal-UE, li jwassal jew twassal biex jippreġudika jew tippreġudika l-baġit ġenerali tal-UE, permezz tat-tnaqqis jew it-telf tad-dħul li jakkumula mir-riżorsi proprji miġbura direttament f’isem l-UE, jew permezz ta’ nefqa mhux ġustifikata.
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 |
26.12.1995 |
- |
ATTI RELATATI
Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2-5)
l-aħħar aġġornament 08.09.2015