This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Ship-source pollution and criminal penalties
Tniġġis ikkawżat minn vapuri u sanzjonijiet kriminali
Tniġġis ikkawżat minn vapuri u sanzjonijiet kriminali
Id-Direttiva 2009/123/KE emendat id-Direttiva 2005/35/KE sabiex ittejjeb ir-regoli dwar it-tniġġis minn bastimenti u sabiex tiżgura li dawk responsabbli għar-rimi ta’ sustanzi li jniġġsu jkunu soġġetti għal sanzjonijiet adegwati. Hija titlob lill-pajjiżi tal-UE sabiex jintroduċu regoli dwar ir-responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi taħt il-liġi privata3, bħal kumpaniji.
Id-Direttiva 2009/123/KE titlob ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE sabiex jiżguraw li jiġu applikati sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, inkluż għal każijiet minuri. Huma għandhom jikkooperaw meta bastiment jinstab ħati ta’ rimi illegali fiż-żona li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħhom qabel ma l-bastimenti jidħlu fil-port ta’ pajjiż ieħor tal-UE.
Hija bdiet tapplika mill-. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-.
L-għarqa tal-Prestige f’Novembru 2002 u tal-Erika f’Diċembru 1999 enfasizzaw il-ħtieġa li jissaħħaħ il-kontroll b’rabta mat-tniġġis minn vapuri. Madankollu, l-inċidenti mhumiex is-sors ewlieni ta’ tniġġis: ħafna minnu huwa r-riżultat ta’ rimi intenzjonat (operazzjonijiet ta’ tindif tat-tankijiet u r-rimi taż-żejt użat).
Dawn ir-regoli huma inkorporati f’partijiet mil-liġi tal-UE tal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1973 għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri u l-Protokoll tagħha tal-1978 (magħruf bħala l-Konvenzjoni ta’ Marpol). Dan jagħmilha possibbli li tiġi armonizzata l-applikazzjoni tar-regoli ta’ din il-konvenzjoni.
Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar it-tniġġiż ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur (ĠU L 255, , p. 11–21)
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2005/35/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament