EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ir-rimi ta’ poliklorobifenili (PCBs) u polikloroterfenili (PCTs)

Ir-rimi ta’ poliklorobifenili (PCBs) u polikloroterfenili (PCTs)

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 96/59/KE — rimi ta’ poliklorobifenili u polikloroterfenili (PCB/PCTs)

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din tarmonizza l-liġi dwar ir-rimi ta’ poliklorobifenili u polikloroterfenili (PCBs/PCTs)* u d-dekontaminazzjoni jew ir-rimi ta’ apparat li jkollu fih dawn il-kimiki.

PUNTI EWLENIN

  • Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li:
    • il-PCBs u l-PCTs użati u l-apparat li jkollu dawn fih jintremew malajr kemm jista’ jkun;
    • l-inventarji jiġbru fihom apparat li fih aktar minn ħames litri ta’ PCBs u PCTs, u s-sommarji tagħhom jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni;
    • il-kumpaniji li jarmu l-PCBs u l-PCTs huma liċenzjati u jżommu reġistri tal-kwalità, l-oriġini u n-natura tal-PCBs u l-PCTs użati;
    • hemm fis-seħħ prekawzjonijiet tas-sigurtà biex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ nar għal PCBs u PCTs jew apparat li fih dawn il-kimiki;
    • il-PCBs jew PCTs ma jinħarqux fuq il-vapuri;
    • it-trasformers ma jiġux miżjuda bil-PCBs jew PCTs;
    • it-transformers li fihom aktar minn 0.05 % fil-piż ta’ PCBs jew PCTs jiġu ddekontaminati skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni;
    • l-apparat li fih aktar minn ħames litri ta’ PCBs u PCTs jiġi dekontaminat u/jew jintrema l-aktar tard sal-aħħar tal-2010, ħlief għal transformers li fihom bejn 0.05 % u 0.0005 % fil-piż ta’ PCBs jew PCTs, li jistgħu jintremew fl-aħħar tal-ħajja tal-użu tagħhom.
  • L-inventarji fihom:
    • l-isem u l-indirizz tas-sid tal-apparat;
    • il-post u d-deskrizzjoni tal-apparat;
    • il-kwantità ta’ PCBs jew PCTs li jkunu jinsabu fl-apparat;
    • id-dati u t-tipi ta’ trattament jew sostituzzjoni mwettqa jew ippjanati;
    • id-data tad-dikjarazzjoni.
  • Il-Kummissjoni:
    • tistabbilixxi l-metodi ta’ referenza biex jitkejjel il-kontenut ta’ PCB u PCT ta’ materjali kontaminati;
    • tispeċifika standards tekniċi għal metodi oħra tar-rimi ta’ PCBs u PCTs;
    • tagħmel disponibbli lista tal-ismijiet tal-produzzjoni ta’ apparat elettriku, jiġifieri kapasiters, reżisters u koljs tal-inductance li fihom PCBs u PCTs;
    • tiddetermina, jekk meħtieġ, sostituti inqas ta’ periklu għall-PCBs u l-PCTs.
  • Regolament (KE) Nru 850/2004dwar pollutanti organiċi persistenti (POPs) jipprovdi l-qafas legali għall-POPs. Dan huwa wkoll applikabbli għal PCB, li ġie kklassifikat bħala POP.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mis-16 ta’ Settembru 1996. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fid-dritt nazzjonali sas-16 ta’ Marzu 1998.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara

* TERMINI EWLENIN

Poliklorobifenili (PCBs) u polikloroterfenili (PCTs):): grupp ta’ komposti magħmula mill-bniedem li kienu jintużaw b’mod komuni ħafna fil-passat, b'mod ewlieni fl-apparat elettriku. Dawn ġew ipprojbiti fl-aħħar tas-sebgħinijiet f’ħafna pajjiżi minħabba tħassib ambjentali.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE tas-16 ta’ Settembru 1996 dwar ir-rimi ta’ polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT) (ĠU L 243, 24.9.1996, p. 31-35)

L-emendi sussegwenti għad-Direttiva 96/59/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/68/KE tas-16 ta’ Jannar 2001 li tistabbilixxi żewġ metodi ta’ riferiment għall-kejl tal-PCBs skond l-Artikolu 10(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE dwar id-disponiment mill-bifenili poliklorinati u t-terfenili poliklorinati (PCBs/TCPs)(notifikata fid-dokument numru K(2001) 107) (ĠU L 23, 25.1.2001, p. 31)

Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, pp. 7-49)

Ara l-verżjoni konsolidata

l-aħħar aġġornament 13.02.2017

Top