Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Is-sikurezza tal-makkinarju

Is-sikurezza tal-makkinarju

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2006/42/KE dwar il-makkinarju

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

  • Id-Direttiva 2006/42/KE tippermetti li makkinarju li jissodisfa r-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza tal-Unjoni Ewropea (UE) jiċċaqlaq liberament madwar l-UE. Dan ifisser li l-ħaddiema u l-pubbliku huma protetti sewwa meta jużaw jew jiġu f’kuntatt mal-makkinarju.
  • Ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza huma obbligatorji, iżda l-istandards li jagħtu preżunzjoni ta’ konformità1 mar-rekwiżiti, li r-referenzi għalihom huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma volontarji.
  • Dan japplika biss għal prodotti meta l-ewwel jitpoġġew fuq is-suq tal-UE.
  • Dan ser jgħin l-UE tkun iktar innovattiva, effiċjenti u kompetittiva.
  • Id-direttiva ġiet imħassra bir-Regolament (UE) 2023/1230 (ara s-sommarju), għalkemm se tibqa’ applikabbli sad-.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

  • Id-Direttiva 2006/42/KE tkopri makkinarju, tagħmir interkambjabbli, komponenti tas-sikurezza, aċċessorji tal-irfigħ, ktajjen, ħbula u ċineg, apparati ta’ trażmissjoni mekkanika li jistgħu jitneħħew u makkinarju parzjalment komplut.
  • Ma tkoprix tipi oħra ta’ makkinarju, bħal dak użat fil-fieri, l-industrija nukleari, il-laboratorji u l-minjieri, jew mill-militar jew il-pulizija.

L-obbligi tal-manifatturi

Il-manifatturi għandhom:

  • iwettqu valutazzjoni tar-riskju biex jidentifikaw liema rekwiżiti tas-saħħa u sigurtà japplikaw għall-makkinarju tagħhom;
  • Iżommu l-valutazzjoni tar-riskju f’moħħhom meta jfasslu u jibnu l-makkinarju tagħhom;
  • Jiddeterminaw il-limiti dwar l-użu tal-makkinarju’
  • Jidentifikaw kwalunkwe perikli li jista’ jkun hemm;
  • jivvalutaw ir-riskju tal-makkinarju tagħhom li jikkawża ġrieħi gravi jew jagħmel ħsara jew jieħu miżuri biex isir iktar sigur;
  • jassiguraw ruħhom li l-makkinarju tagħhom jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza elenkati fl-Anness I għad-direttiva;
  • jipprovdu dokument tekniku li jikkonferma li l-makkinarju jilħaq ir-rekwiżiti tad-direttiva;
  • jassiguraw li japplikaw proċeduri ta’ assessjar għall-konformità u jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż l-istruzzjonijiet għall-assemblaġġ u għall-użu;
  • jimlew id-dikjarazzjoni ta’ konformità u jiżguraw li l-marka ta’ konformità CE tkun twaħħlet mal-makkinarju, sabiex ikun jista’ jintuża kullimkien fl-UE.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tħejji li tadotta atti delegati u ta’ implimentazzjoni

Skont ir-Regolament emendatorju (UE) 2019/1243, il-Kummissjoni Ewropea ngħatat is-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-lista indikattiva ta’ komponenti tas-sikurezza fl-Anness V tad-Direttiva 2006/42/KE.

Biex jiġu assigurati l-istess kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-DIrettiva 2006/42/KE, il-Kummissjoni tingħata setgħat li tintroduċi l-miżuri meħtieġa biex tittratta makkinarju li jista’ jkun perikoluż permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat jeħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru. 182/2011 (ara s-sommarju).

Modalità ta’ emerġenza tas-suq intern

Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2024/2749 tfittex li tevita tfixkil fis-suq intern f’każ ta’ emerġenza billi tiżgura li, ladarba modalità ta’ emerġenza tas-suq intern, kif stipulat fir-Regolament (UE) 2024/2747 (l-Att dwar l-Emerġenza u r-Reżiljenza tas-Suq Intern), tkun ġiet attivata permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, l-oġġetti u s-servizzi rilevanti għall-kriżi2 jistgħu jitqiegħdu fis-suq malajr kemm jista’ jkun.

Id-Direttiva (UE) 2024/2749 temenda d-Direttiva 2006/42/KE billi tistabbilixxi kif għandhom japplikaw dawn il-proċeduri ta’ emerġenza. Fost affarijiet oħra, ir-regoli l-ġodda:

  • jirrikjedu li l-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità3 jagħtu prijorità lill-applikazzjonijiet għall-konformità ta’ prodotti rilevanti għall-kriżi fuq dawk għal prodotti li mhumiex;
  • jippermettu lill-Istati Membri tal-UE, fuq bażi eċċezzjonali u fejn ikun hemm talba debitament ġustifikata, li jawtorizzaw temporanjament it-tqegħid fis-suq ta’ makkinarju mingħajr ma jwettqu l-proċeduri normali ta’ valutazzjoni tal-konformità, fejn l-involviment ta’ korp notifikat ikun obbligatorju u jista’ jiżgura li r-rekwiżiti essenzjali kollha jiġu ssodisfatti;
  • jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jippreżumu li l-prodotti manifatturati skont l-istandards tal-UE, l-istandards nazzjonali applikabbli rilevanti jew l-istandards internazzjonali applikabbli rilevanti żviluppati minn korp ta’ standardizzazzjoni internazzjonali rikonoxxut, identifikat mill-Kummissjoni bħala adattati biex jilħqu l-konformità u li jiżguraw livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għal dak offrut mill-istandards armonizzati, jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli rilevanti;
  • jagħtu lill-Kummissjoni l-possibbiltà li tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, speċifikazzjonijiet komuni li fuqhom il-manifatturi jistgħu jiddependu sabiex jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli (atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni jibqgħu applikabbli għat-tul tal-modalità ta’ emerġenza tas-suq intern).

Revoka

Id-Direttiva 2006/42/KE hija mħassra u sostitwita bir-Regolament (UE) 2023/1230 (ara s-sommarju) mill-.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

Id-Direttiva 2006/42/KE kellha tiġi trasposta f’liġi nazzjonali tal-. Dawn ir-regoli ilhom japplikaw mid-.

Ir-regoli adottati skont id-Direttiva emendatorja (UE) 2024/2749 iridu jiġu trasposti fil-liġi nazzjonali sad- u se japplikaw mit-.

SFOND

Id-Direttiva 2006/42/KE rriformulat u ssostitwiet id-Direttiva 98/37/KE u l-emendi sussegwenti tagħha.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Il-preżunzjoni tal-konformità. Sitwazzjoni fejn il-manifatturi jsegwu standards armonizzati fit-tfassil u l-manifattura tal-prodotti tagħhom, il-prodotti tagħhom huma kkunsidrati li jkunu konformi tar-regoli rilevanti tal-UE.
  2. Oġġetti u servizzi rilevanti għall-kriżi. Oġġetti jew servizzi li mhumiex sostitwibbli, mhumiex diversifikabbli jew li huma indispensabbli fiż-żamma tal-funzjonijiet soċjetali vitali jew l-attivitajiet ekonomiċi sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-katini tal-provvista tiegħu, li huma kkunsidrati essenzjali biex jirrispondu għal kriżi u li huma elenkati f’att ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kunsill.
  3. Valutazzjoni tal-konformità. Il-proċess li jikkonferma li prodott jissodisfa r-rekwiżiti neċessarji tal-proċess, servizz, sistema, persuna jew korp.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (tfassil mill-ġdid) Test b'rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 157, , pp. 24–86).

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2006/42/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament

Top