This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Cooperation between EU countries in recovering proceeds from crime
Kooperazzjoni bejn pajjiżi tal-UE fl-irkupru ta’ rikavati mill-kriminalità
Kooperazzjoni bejn pajjiżi tal-UE fl-irkupru ta’ rikavati mill-kriminalità
Huwa jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-istabbiliment ta’ Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi (AROs) f’pajjiżi tal-UE.
L-għan tal-AROs huwa li jiffaċilitaw ir-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta’ rikavati tal-kriminalità li jistgħu jsiru s-suġġett ta’ ordni magħmula minn awtorità ġudizzjarja kompetenti għall-iffriżar jew il-qbid jew għall-konfiska, bħala parti minn investigazzjoni kriminali jew ċivili.
Pajjiżi tal-UE għandhom jistabbilixxu jew jinnominaw mill-inqas ARO wieħed (massimu 2) fit-territorju tagħhom. AROs huma obbligati jiskambjaw l-informazzjoni ma’ xulxin irrispettivament mill-istatus tagħhom (l-infurzar tal-liġi, ġudizzjarja jew amministrattiva).
ARO, jew awtorità oħra ta’ pajjiż tal-UE b’responsabilitajiet simili, jista’ jagħmel talba għall-informazzjoni minn ARO ta’ pajjiż ieħor tal-UE għall-informazzjoni bħala parti minn investigazzjoni kriminali jew ċivili. It-talba għandha tinkludi dettalji dwar:
ARO jista’, mingħajr talba, spontanjament jiskambja informazzjoni li huma jikkunsidraw li huma meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tal-ARO f’pajjiż ieħor tal-UE.
Ilha tapplika mit-18 ta’ Diċembru 2007.
Fuq il-bażi tad-Deċiżjoni Kwadra, il-Kummissjoni Ewropea nediet pjattaforma informali biex ittejjeb skambji ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki tal-UE.
Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2007 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta’ rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 103-105)
Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ strumentalitajiet u rikavati tal-kriminalità tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39-50). Korrezzjonijiet għad-Direttiva 2014/42/UE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Deċiżjoni Kwadra tal-Kunsill 2003/577/ĠAI tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-eżekuzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ordnijiet ta’ ffriżar ta’ proprjetà jew evidenza (ĠU L 196, 2.8.2003, p. 45-55). Ara l-verżjoni konsolidata.
Deċiżjoni Kwadra tal-Kunsill 2006/783/ĠAI tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal ordni ta’ konfiska (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 59-78). Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 25.04.2016