This document is an excerpt from the EUR-Lex website
1982 International Convention on the Harmonization of Frontier Controls of Goods
Il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1982 dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontroll tal-Fruntieri tal-Merkanzija
Il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1982 dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontroll tal-Fruntieri tal-Merkanzija
Konvenzjoni internazzjonali dwar l-armonizzazzjoni tal-kontroll tal-fruntieri tal-merkanzija
Ir-regolament japprova f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea (issa l-UE) il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontroll tal-Fruntieri tal-Merkanzija.
Il-konvenzjoni:
Il-partijiet għall-konvenzjoni huma impenjati li jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi fuq il-fruntieri u jnaqqsu n-numru u t-tul tal-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet tad-dwana. Dan l-impenn għandu jkun rifless fi:
Il-partijiet għall-konvenzjoni jaqblu li:
Il-merkanzija hija soġġetta għal kontrolli doganali kif deskritt fl-Anness 1. Dawn il-kontrolli għandhom jiżguraw il-konformità mal-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fil-fruntieri. Jistgħu jsiru wkoll tipi oħrajn ta’ kontrolli, anke f’postazzjonijiet fi ħdan il-pajjiż.
Is-servizzi doganali huma responsabbli għall-organizzazzjoni tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni ma’ servizzi oħrajn ta’ kontroll tal-merkanzija sabiex iħaffu l-passaġġ tal-merkanzija.
Informazzjoni dwar dawn il-kontrolli tinsab fl-annessi elenkati hawn taħt:
Projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet relatati mal-importazzjoni, l-esportazzjoni jew it-tranżitu jibqgħu applikabbli meta jiġu imposti għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika. Miżuri ta’ emerġenza jistgħu wkoll jiġu introdotti jekk meħtieġ.
Il-konvenzjoni ma tipprekludix id-dritt ta’ organizzazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika (bħall-UE) li japplikaw il-leġiżlazzjoni tagħhom stess fil-fruntieri interni tagħhom. Din tippermetti li jinżammu l-preferenzi u l-faċilitajiet finanzjarji, bil-kundizzjoni li ma jnaqqsux b’xi mod il-faċilitajiet li joħorġu minn din il-konvenzjoni.
It-tilwim bejn il-partijiet għandu jiġi solvut permezz ta’ negozjati jew permezz ta’ rikors volontarju għall-arbitraġġ.
Ir-Regolament ilu japplika mill-1 ta’ Ġunju 1984. Il-Konvenzjoni ilha tapplika mit-12 ta’ Settembru 1987.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1262/84 tal-10 ta’ April 1984 li jikkonċerna l-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali fuq l-Armonizzazzjoni ta’ Kontrolli tal-Merkanzija fuq il-Fruntieri (ĠU L 126, 12.5.1984, pp. 1-2)
Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-armonizzazzjoni tal-kontroll tal-fruntieri tal-merkanzija (ĠU L 126, 12.5.1984, pp. 3-19)
Emenda għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontrolli tal-Oġġetti fil-Fruntieri (Konvenzjoni tal-Armonizzazzjoni), ta’ Ġinevra, 21 ta’ Octtubru 1982 (ĠU L 317, 30.11.2011, pp. 13-15)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/161/KE tal-25 ta’ Settembru 2008 li f’isem il-Komunità tapprova l-Anness 8 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontroll tal-Merkanzija fuq il-Fruntieri (ĠU L 55, 27.2.2009, pp. 21-39)
Regolament (KE) Nru 882/2004 Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar s-saħħa ta’ l-annimali u l-welfare ta’ l-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, pp. 1-141)
Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 882/2004 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament 25.10.2018