This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Hygiene rules for food of animal origin
Regoli dwar l-iġjene għal ikel li joriġina mill-annimali
Regoli dwar l-iġjene għal ikel li joriġina mill-annimali
L-għan ewlieni tar-regolament huwa li jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali, dettaljati fl-Anness III tiegħu (ara hawn taħt).
Obbligi ġenerali tal-operaturi tan-negozju tal-ikel
Anness III jistabbilixxi regoli speċifiċi għal kull kategorija tal-prodott.
Laħam, inklużi ungulati domestiċi (speċi bovini, porċini, ovini u kaprini); tjur u lagomorfi (tjur imrobbija, fniek, fniek selvaġġi u annimali gerriema); kaċċa mrobbija u selvaġġa; laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet mil-laħam u laħam separat b’mod mekkaniku/laħam irkuprat; u prodotti tal-laħam. Ir-regoli jinkludu rekwiżiti għal:
Molluski bivalvi ħajjin, bħal gajdri, molluski, gandofli, kokli u arzelli. Rekwiżiti speċifiċi f’Anness III jinkludu:
Prodotti tas-sajd, ħut tal-ilma baħar u ħut tal-ilma ħelu, inkluż krustaċji u molluski, kemm jekk selvaġġi jew imrobbija. Ir-regoli japplikaw għal prodotti tas-sajd imdewba, mhux proċessati u prodotti tas-sajd friski. Fost affarijiet oħra, il-prodotti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għal:
Ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib għandhom jiġu minn annimali li huma:
Hemm ukoll rekwiżit għal:
Bajd u prodotti mill-bajd għandhom:
L-istabbilimenti għandhom ikunu mqassma u mgħammra biex jiżguraw li l-operazzjonijiet li ġejjin ikunu separati:
Rekwiżiti addizzjonali għal prodott tal-bajd inkluż dan li ġej:
Ikel ieħor li joriġina mill-annimali
Anness III fih ukoll regoli li japplikaw għal:
Setgħat delegati u ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni
Ir-regolament jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tadattah permezz tal-adozzjoni ta’ atti delegati meta jkunu ġġustifikati minn informazzjoni xjentifika ġdida jew esperjenza prattika miksuba.
Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2006.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, pp. 55–205).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, pp. 1-142).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (ĠU L 338, 22.12.2005, pp. 27–59).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, pp. 1–54).
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 15.02.2023