This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Euratom programme
Il-programm Euratom
Il-programm Euratom
L-Artikolu 4 tat-Trattat tal-Euratom jiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli għall-promozzjoni u l-faċilitazzjoni tar-riċerka nukleari fl-Istati Membri tal-UE, u għat-tlestija tagħha billi twettaq programm ta’ riċerka u taħriġ tal-Komunità (Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika). Dan il-programm huwa adottat mill-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni (f’konformità mal-Artikolu 7 tat-Trattat).
L-għan tal-programm kurrenti ta’ 5 snin, għall-perjodu mill- sal-, huwa li jsegwi attivitajiet ta’ riċerka u taħriġ nukleari b’enfasi fuq it-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni. Għalkemm il-programm huwa għal 5 snin, fl-2025 se jkun estiż b’sentejn biex jallinja mal-qafas finanzjarju pluriennali tal-2021–2027. Il-programm jikkumplimenta l-għanijiet tad-9 programm ta’ qafas tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni, Orizzont Ewropa, u juża l-istess strumenti u regoli għall-parteċipazzjoni.
L-attivitajiet ta’ riċerka se jkopru aspetti bħas-sikurezza nukleari, is-sigurtà, l-iskart radjuattiv u l-ġestjoni ta’ fjuwil użat, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-enerġija mill-fużjoni. Il-programm se jespandi r-riċerka f’applikazzjonijiet tar-radjazzjoni jonizzanti, u jagħmel titjib f’oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-aċċess għall-infrastrutturi tar-riċerka. Dan se jappoġġa wkoll il-mobilità tar-riċerkaturi fil-qasam nukleari fil-kuntest tal-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie ta’ Orizzont Ewropa.
L-analiżi indikattiva tal-baġit tal-programm huwa kif ġej għall-2021–2025: