EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Protection of workers from exposure to biological agents
Il-protezzjoni tal-ħaddiema mill-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi
Il-protezzjoni tal-ħaddiema mill-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi
Il-protezzjoni tal-ħaddiema mill-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?
Hija tistabbilixxi r-regoli li jikkonċernaw il-valutazzjoni tar-riskju u l-limitazzjoni jekk l-espożizzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema għal aġenti bijoloġiċi ma tkunx tista’ tiġi evitata.
PUNTI EWLENIN
Din id-direttiva tipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema esposti għal aġenti bijoloġiċi* (eż. mikroorganiżmi* jew kulturi taċ-ċelloli*) waqt li jwettqu x-xogħol tagħhom.
L-aġenti bijoloġiċi huma kklassifikati f’erba’ gruppi ta’ riskju, skont ir-riskju ta’ infezzjoni involut:
Stima tar-riskju
L-istima tar-riskju trid titwettaq għall-attivitajiet professjonali kollha li jistgħu jesponu lill-ħaddiema għal aġenti bijoloġiċi. In-natura, il-grad u t-tul tal-espożizzjoni għandhom jiġu ddeterminati sabiex jiġu ppjanati l-miżuri preventivi.
Min iħaddem irid jipparteċipa fi stimi tar-riskju regolari.
Obbligi ta’ min iħaddem
Jekk l-attività tkun tippermetti, min iħaddem irid jissostitwixxi l-aġenti li jagħmlu ħsara b’aġenti li mhumiex perikolużi jew huma inqas perikolużi, billi jqis il-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom u l-livell ta’ għarfien xjentifiku dwarhom.
Barra minn hekk, jekk ikun hemm riskju għas-sigurtà jew is-saħħa tal-ħaddiema, min iħaddem irid jiżgura li tali riskju jitnaqqas għal livell suffiċjentement baxx. Min iħaddem jista’:
Min iħaddem huwa obbligat iżomm lista ta’ ħaddiema esposti għal aġenti ta’ grupp 3 u/jew grupp 4. Il-lista tista’ tinżamm sa perjodu ta’ 40 sena f’xi każijiet.
Barra minn hekk, min iħaddem irid jinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti meta l-aġenti bijoloġiċi ta’ grupp 2, grupp 3 jew grupp 4 jintużaw għall-ewwel darba.
Finalment, min iħaddem irid jiżgura li l-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom ikunu informati u mħarrġa biżżejjed, dwar dak li jikkonċerna:
Jekk ikun hemm aċċident jew inċident, min iħaddem irid jinforma lill-ħaddiema u/jew lir-rappreżentanti tagħhom malajr kemm jista’ jkun dwar il-kawżi, ir-riskji u l-miżuri li għandhom jittieħdu.
Sorveljanza tas-saħħa
Il-pajjiżi tal-UE jridu jistabbilixxu arranġamenti biex iwettqu ħarsien tas-saħħa fuq il-ħaddiema, qabel u wara l-espożizzjoni għall-aġenti bijoloġiċi.
Emendi
L-Annessi għad-Direttiva 2000/54/KE kienu aġġornati b’mod sostanzjali mid-Direttiva Emendatorja (UE) 2019/1833 li temenda l-Annessi I, III, V u VI tad-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ aġġustamenti purament tekniċi.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2020/739 tinkludi s-SARS-CoV-2 fil-lista tal-aġenti bijoloġiċi magħrufa li jinfettaw lill-bnedmin u għalhekk temenda l-Anness III għad-Direttiva 2000/54/KE skont dan.
MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?
Din ilha tapplika mis-6 ta’ Novembru 2000.
TERMINI EWLENIN
DOKUMENT EWLIENI
Id-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (is-seba’ direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 262, 17.10.2000, pp. 21-45)
Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2000/54/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2020/739 tat-3 ta’ Ġunju 2020 li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni tas-SARS-CoV-2 fil-lista tal-aġenti bijoloġiċi magħrufa li jinfettaw lill-bnedmin u li temenda d-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2019/1833 (ĠU L 175, 4.6.2020, pp. 11-14)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2019/1833tal-24 ta’ Ottubru 2019 li temenda l-Annessi I, III, V u VI tad-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġġustamenti purament tekniċi (ĠU L 279, 31.10.2019, pp. 54-79)
Direttiva tal-Kunsill 2010/32/UE tal-10 ta’ Mejju 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas dwar il-prevenzjoni ta’ korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fis-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa li ġie konkluż mill-HOSPEEM u l-EPSU (ĠU L 134, 1.6.2010, pp. 66-72)
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, pp. 1-8)
l-aħħar aġġornament 18.06.2020