Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Fondazzjoni Internazzjonali UE-Amerika Latina u l-Karibew

Il-Fondazzjoni Internazzjonali UE-Amerika Latina u l-Karibew

 

SOMMARJU TA’:

Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK

Deċiżjoni (UE) 2016/1873 — l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK

Deċiżjoni (UE) 2019/593 — konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U TAD-DEĊIŻJONI?

Il-ftehim jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-Amerika Latina u l-Karibew (Fondazzjoni UE-ALK) bħala organizzazzjoni internazzjonali b’personalità legali li għandha l-għan li:

  • tħeġġeġ aktar għarfien u fehim reċiproku bejn iż-żewġ reġjuni ;
  • issaħħaħ il-proċess ta’ sħubija bireġjonali CELAC-UE, b’parteċipazzjoni akbar tas-soċjetà ċivili;
  • issaħħaħ il-viżibilità reċiproka bejn iż-żewġ reġjuni, kif ukoll is-sħubija bireġjonali nnifisha.

Id-deċiżjoni tikkonkludi l-ftehim f’isem l-UE.

PUNTI EWLENIN

Sħubija

Il-Fondazzjoni UE-ALK tiġbor flimkien l-UE u t-28 pajjiż tagħha u l-Komunità tal-Istati tal-Amerika Latina u l-Karibew (CELAC) u t-33 pajjiż tagħha.

Objettivi

Għandha l-għan speċifiku li:

  • tippromwovi u tikkoordina attivitajiet orjentati lejn ir-riżultati b’appoġġ għar-relazzjonijiet bireġjonali u ffukati fuq l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet stabbiliti mis-Summits CELAC-UE;
  • tippromwovi d-dibattitu dwar strateġiji komuni li jimmiraw lejn l-eżekuzzjoni ta’ dawn il-prijoritajiet billi tistimula riċerka u studji;
  • trawwem skambji produttivi u opportunitajiet ġodda ta’ netwerking fost is-soċjetà ċivili u atturi soċjali oħrajn.

Attivitajiet

L-attivitajiet tal-Fondazzjoni:

  • huma bbażati fuq il-prijoritajiet u t-temi indirizzati fil-livell ta’ Kapijiet tal-Istat u l-Gvern fis-Summits u ffokati fuq il-bżonnijiet identifikati għal relazzjoni reġjonali ulterjuri;
  • jinvolvu, kemm jista’ jkun, is-soċjetà ċivili u atturi soċjali oħra, bħal istituzzjonijiet akkademiċi, u jqisu l-kontribut tagħhom fuq bażi mhux vinkolanti;
  • iġibu valur miżjud lill-inizjattivi eżistenti;
  • jagħtu viżibbiltà lis-sħubija.

Dawn l-attivitajiet jistgħu jinkludu:

  • l-inkoraġġiment tad-dibattitu, permezz ta’ seminars, konferenzi, workshops, gruppi ta’ riflessjoni, korsijiet, wirjiet, pubblikazzjonijiet, preżentazzjonijiet, taħriġ professjonali, skambju tal-aħjar prattiki u għarfien speċjali;
  • il-promozzjoni u l-appoġġ ta’ avvenimenti relatata ma’ suġġetti indirizzati fis-Summits CELAC-UE u relatati mal-prijoritajiet tal-Laqgħat ta’ Uffiċjali Anzjani (SOM) tas-CELAC-UE;
  • it-tnedija ta’ programmi u inizjattivi ta’ għarfien bi-reġjonali, inklużi skambji fl-oqsma ta’ prijorità identifikati;
  • l-inkoraġġiment ta’ studji dwar kwistjonijiet identifikati miż-żewġ reġjuni;
  • l-ilħuq u l-offerta ta’ opportunitajiet ta’ kuntatti ġodda filwaqt li jitqiesu b’mod speċjali dawk l-individwi jew l-istituzzjonijiet li mhumiex familjari mas-sħubija bireġjonali CELAC-UE;
  • il-ħolqien ta’ pjattaforma bbażata fuq l-internet u/jew il-ġenerazzjoni ta’ pubblikazzjoni elettronika;
  • it-tnedija ta’ inizjattivi flimkien ma’ istituzzjonijiet pubbliċi u privati l-Istituzzjonijiet tal-UE, istituzzjonijiet internazzjonali u reġjonali, pajjiżi tal-Amerika Latina u l-Karibew u l-pajjiżi tal-UE.

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-ftehim daħal fis-seħħ fis-17 ta’ Mejju 2019.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK (ĠU L 103, 12.4.2019, pp. 3-20)

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1873 tal-10 ta’ Ottubru 2016 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK (ĠU L 288, 22.10.2016, pp. 1-2)

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/593 tat-8 ta’ April 2019 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK (ĠU L 103, 12.4.2019, pp. 1-2)

DOKUMENTI RELATATI

Notifika dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK (ĠU L 112, 26.4.2019, p. 1)

l-aħħar aġġornament 28.05.2019

Top