Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Iffriżar u konfiska ta’ assi

Iffriżar u konfiska ta’ assi

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2018/1805 — rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ ffriżar u ordnijiet ta’ konfiska

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

Ir-Regolament (UE) 2018/1805 għandu l-għan li jiffaċilita l-irkupru transkonfinali ta’ assi kriminali u li jwassal għal iffriżar u konfiska aktar effiċjenti ta’ fondi minn oriġini illeċita fl-UE.

Ir-regolament jifforma parti mill-pjan ta’ azzjoni żviluppat mill-Kummissjoni Ewropea biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. Jikkontribwixxi għat-tlestija tal-unjoni tas-sigurtà billi jiżgura li l-kriminali jkunu mċaħħda mill-assi tagħhom.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-regolament jistabbilixxi r-regoli li skonthom pajjiż tal-UE jirrikonoxxi u jeżegwixxi fit-territorju tiegħu ordnijiet ta’ ffriżar* u ordnijiet ta’ konfiska* maħruġ minn pajjiż ieħor tal-UE fil-kuntest ta’ proċedimenti f’materji kriminali.

Karatteristiċi

Ir-regolament għandu l-karatteristiċi ewlenin li ġejjin.

  • Ir-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet marbuta mal-implimentazzjoni tal-istrumenti legali eżistenti billi jiġi stabbilit regolament uniku — li jkopri kemm l-ordnijiet tal-iffriżar kif ukoll l-ordnijiet ta’ konfiska — li jkun direttament applikabbli fl-UE.
  • Il-prinċipju ġenerali ta’ rikonoxximent reċiproku, li jfisser li d-deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha f’materji kriminali meħuda f’pajjiż tal-UE normalment ikunu direttament rikonoxxuti u infurzati minn pajjiż ieħor tal-UE. Hemm biss numru limitat ta’ raġunijiet għal nuqqas ta’ rikonoxximent u nuqqas ta’ eżekuzzjoni.
  • Ċertifikati u proċeduri standard li jippermettu azzjonijiet ta’ ffriżar u konfiska aktar rapidi u aktar effiċjenti.
  • Skadenza ta’ 45 jum għar-rikonoxximent ta’ ordni ta’ konfiska u, f’każijiet urġenti, skadenza ta’ 48 siegħa għar-rikonoxximent u 48 siegħa għall-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ ffriżar. Il-limiti jistgħu jiġu posposti taħt kundizzjonijiet stretti.
  • Dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li d-d-drittijiet tal-vittmi għall-kumpens u r-restituzzjoni huma rispettati f’każijiet transkonfinali.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mid-19 ta’ Diċembru 2020.

SFOND

Ir-regolament iżid mal-leġiżlazzjoni diġà fis-seħħ dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja dwar kwistjonijiet kriminali fl-UE, inklużi:

Għal iktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Ordni ta’ ffriżar. Deċiżjoni maħruġa jew ivvalidata minn awtorità tal-ħruġ sabiex tipprevjeni l-qerda, it-trasformazzjoni, it-tneħħija, it-trasferiment jew id-disponiment ta’ proprjetà li l-awtorità xtaqet tikkonfiska.
Ordni ta’ konfiska. Piena jew miżura finali, imposta minn qorti wara proċedimenti fir-rigward ta’ reat kriminali, li tirriżulta fit-tneħħija finali ta’ proprjetà minn persuna jew kumpanija.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) 2018/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ ffriżar u ordnijiet ta’ konfiska (ĠU L 303, 28.11.2018, pp. 1–38).

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntieri, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (ĠU L, 2023/2844, 27.12.2023).

Id-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew (ĠU L 297, 4.11.2016, pp. 1–8).

Emendi suċċessivi għad-Direttiva (UE) 2016/1919 ġew inkorporati fil-verżjoni oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Id-Direttiva (UE) 2016/800 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali (ĠU L 132, 21.5.2016, pp. 1–20).

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill azzjoni fuq l-Aġenda Ewropea dwar is-Siġurtà biex jiġi miġġieled it-terroriżmu u titwitta t-triq lejn unjoni ta’ sigurtà effettiva u ġenwina (COM(2016) 230 final, 20.4.2016).

Id-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU L 65, 11.3.2016, pp. 1–11).

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar pjan ta’ azzjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu (COM(2016) 50 final, 2.2.2016).

Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, pp. 39–50).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertày (ĠU L 294, 6.11.2013, pp. 1–12).

Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU L 142, 1.6.2012, pp. 1–10).

Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, 26.10.2010, pp. 1–7).

Id-Deċiżjoni Kwadra tal-Kunsill 2006/783/ĠAI tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal ordni ta’ konfiska (ĠU L 328, 24.11.2006, pp. 59–78).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni Kwadra tal-Kunsill 2003/577/ĠA tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-eżekuzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ordnijiet ta’ ffriżar ta’ proprjetà jew evidenza (ĠU L 196, 2.8.2003, pp. 45–55).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-ordni Ewropea ta’ investigazzjoni f’materji kriminali (ĠU L 130, 1.5.2014, pp. 1–36).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 19.04.2024

Top