EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Regoli speċifiċi dwar l-eleġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ETC)

Regoli speċifiċi dwar l-eleġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ETC)

 

SOMMARJU TA’:

Regolament ta’ Delega (UE) Nru 481/2014 — li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta’ kooperazzjoni

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan ifassal regoli speċifiċi dwar l-eleġibbiltà tan-nefqa għal programmi ta’ kooperazzjoni bejn pajjiżi tal-UE fir-rigward ta’ kategoriji partikolari ta’ nefqa.

PUNTI EWLENIN

Kooperazzjoni territorjali Ewropea (ETC)

  • Dan il-programm huwa magħruf aħjar bħala Interreg.
  • Huwa wieħed minn żewġ għanijiet tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE 2014-2020 u jipprovdi mezz biex jiġu implimentati azzjonijiet konġunti u skambji ta’ politika bejn atturi nazzjonali, reġjonali u lokali minn pajjiżi differenti tal-UE.
  • L-għan tiegħu huwa li jippromwovi koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali armonjuża tal-UE sħiħa.
  • Ġie mibni fuq 3 tipi ta’ kooperazzjoni:
    • transfruntiera (Interreg A) — jindirizza sfidi komuni identifikati b’mod konġunt f’reġjuni tal-fruntiera;
    • transnazzjonali (Interreg B) — jappoġġja firxa wiesgħa ta’ investiment ta’ proġetti relatati ma’ innovazzjoni, l-ambjent, aċċessibbilità, telekomunikazzjoni, żvilupp urban, eċċ.;
    • interreġjonali (Interreg C) — jipprovdi mezz ta’ skambju ta’ esperjenzi bejn korpi reġjonali u lokali f’pajjiżi differenti.
  • Biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn dawn it-3 tipi, raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali ġew stabbiliti fl-2007 taħt ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006.
  • L-iffinanzjar huwa pprovdut taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, parti mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.

Kategoriji tan-nefqa

Dan ir-Regolament ifassal ir-regoli għall-kategoriji tan-nefqa li jmiss:

  • spejjeż tal-persunal;
  • nefqa tal-uffiċċju u amministrattiva;
  • spejjeż tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni;
  • spejjeż ta’ esperti u servizzi esterni;
  • spejjeż ta’ tagħmir.

Nefqa eleġibbli

  • In-nefqa eleġibbli trid tkun relatata ma’ spejjeż ta’ inizjazzjoni jew inizjazzjoni u implimentazzjoni ta’ operazzjoni jew parti minn operazzjoni.
  • L-ispejjeż li jmiss mhumiex eleġibbli:
    • multi, penali finanzjarji u nefqa fuq tilwim u litigazzjoni legali;
    • spejjeż ta’ rigali, ħlief dawk li ma jaqbżux €50 għal kull rigal meta jkunu relatati ma’ promozzjoni, komunikazzjoni, riklamar jew informazzjoni;
    • spejjeż relatati ma’ fluttwazzjoni ta’ rati tal-kambju.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-14 ta’ Mejju 2014.

SFOND

Għal aktar informazzjoni ara:

DOKUMENT EWLIENI

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 tal-4 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta’ kooperazzjoni (ĠU L 138, 13.5.2014, pp. 45-50)

DOKUMENTI RELATATI

Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 320-469)

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għal dan ir-Regolament ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta’ koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, pp. 19-24)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament 01.02.2019

Top