Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Is-sistema ta’ produzzjoni fl-UE — unitajiet tal-istatistika

Is-sistema ta’ produzzjoni fl-UE — unitajiet tal-istatistika

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (KEE) Nru 696/93 — dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fl-UE

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Dan ir-regolament jiddefinixxi l-unitajiet tal-istatistika* li jintużaw għall-ġbir, għat-trażmissjoni, għall-pubblikazzjoni u għall-analiżi tad-data dwar is-sistema ta’ produzzjoni fl-UE.
  • Dawn id-definizzjonijiet ta’ unitajiet tal-istatistika huma meħtieġa sabiex l-Eurostat ikun jista’ jipprovdi statistika armonizzata , dettaljata u affidabbli bil-veloċità u bil-flessibbiltà meħtieġa lil negozji, istituzzjonijiet finanzjarji, gvernijiet u oħrajn madwar l-UE.
  • L-għażla tal-unità tal-istatistika li għandha tintuża għal talbiet jew analiżijiet partikolari tiġi ddeterminata f’testi speċifiċi.

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament jistabbilixxi lista ta’ 8 unitajiet unità tal-istatistika:

  • 1.

    l-intrapriża — unità li tipproduċi oġġetti jew servizzi li għandha ċertu grad ta’ awtonomija fit-teħid tad-deċizjonijiet, speċjalment fl-allokazzjoni tar-riżorsi attwali tagħha, eż. negozju żgħir;

  • 2.

    l-unità istituzzjonali — unità li jkollha awtonomija fit-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-funzjoni prinċipali tagħha u li żżomm sett sħiħ tal-kontijiet, eż. kumpaniji jew kooperattivi, sħubiji, intrapriżi pubbliċi jew istituzzjonijiet li ma jagħmlux qligħ rikonoxxuti bħala entitajiet legali indipendenti;

  • 3.

    il-grupp ta’ intrapriżi — assoċjazzjoni ta’ intrapriżi marbuta flimkien b’rabtiet legali u/jew finanzjarji. Huwa jista’ jkollu aktar minn ċentru wieħed tat-teħid tad-deċiżjonijiet, speċjalment għall-politika dwar il-produzzjoni, il-bejgħ u l-profitti u jista’ jiċċentralizza ċerti aspetti mit-tmexxija finanzjarja u ta’ tassazzjoni;

  • 4.

    l-unità ta’ tip tal-attività (KAU) — tiġbor il-partijiet kollha ta’ intrapriża li jikkontribwixxu għat-twettiq ta’ attività fil-livell ta’ klassi (erba’ ċifri) ta’ NACE* Rev. 1 u tikkorrispondi għal suddiviżjoni waħda jew aktar tas-suddiviżjonijiet operazzjonali tal-intrapriża;

  • 5.

    l-unità ta’ produzzjoni omoġenja (UHP) — unità karatterizzata b’attività waħda li hija identifikata bl-inputs omoġenji tagħha, il-proċess tal-produzzjoni u l-outputs. Il-prodotti li jikkostitwixxu l-inputs u l-outputs huma stess jintgħarfu mill-karatteristiċi fiżiċi tagħhom, il-limitu sa fejn ikunu ġew proċessati u t-teknika ta’ produzzjoni użata, b’referenza għall-klassifikazzjoni tal-prodott. L-unità ta’ produzzjoni omoġenja tista’ tikkorrispondi għal unità istituzzjonali jew parti minnha; mill-banda l-oħra, qatt ma tista’ tifforma parti minn żewġ unitajiet istituzzjonali differenti;

  • 6.

    l-unità lokali — intrapriża jew parti minnha (eż. ħanut tax-xogħol, fabbrika, maħżen, uffiċċju, minjiera jew depost) li tinsab f’post identifikat ġeografikament. F’dan il-post jew minnu titwettaq attività ekonomika li għaliha — ħlief għal ċerti eċċezzjonijet — jaħdmu persuna waħda jew aktar (anki jekk part-time biss) għall-istess intrapriża waħda;

  • 7.

    unità lokali tat-tip tal-attività (KAU lokali) — il-parti ta’ KAU li tikkorrispondi għal unità lokali;

  • 8.

    l-unità lokali ta’ produzzjoni omoġenja (UHP lokali) — il-parti ta’ UHP li tikkorrispondi għal unità lokali.

Definizzjoni ta’ unitajiet tal-istatistika

L-unitajiet tal-istatistika huma ddefiniti abbażi ta’ 3 kriterji:

  • kriterji legali, tal-kontabbiltà u tal-organizzazzjoni;
  • kriterji ġeografiċi (lokali, reġjonali, nazzjonali, tal-UE jew internazzjonali);
  • kriterji tal-attività (l-attivitajiet huma stabbiliti b’referenza għal livell speċifiku ta’ NACE).

Relazzjoni bejn it-tipi differenti ta’ unitajiet tal-istatistika

Ir-relazzjoni bejn it-tipi differenti ta’ unitajiet tal-istatistika tista’ tinġabar fil-qosor kif ġej:

 

Attività f’post wieħed

Attività f’aktar minn post wieħed

Attività waħda

Aktar minn attività waħda

Unità tal-intrapriża

X

X

X

X

Unità istituzzjonali

X

X

X

X

Unità lokali

X

 

X

X

KAU

X

X

X

 

UHP

X

X

X

 

KAU lokali

X

 

X

 

UHP lokali

X

 

 

 

Kumitat

MINN META JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa beda japplika mid-19 ta’ April 1993.

SFOND

Għal aktar informazzjoni ara:

TERMINI EWLENIN

Unità tal-istatistika: l-entità li għaliha tiġi kkumpilata l-istatistika meħtieġa. Tista’ tkun unità ta’ osservazzjoni li fiha l-informazzjoni tiġi rċevuta u l-istatistika tiġu kkumpilata jew unità analitika, li l-istatistiċi joħoloqu billi jaqsmu jew jgħaqqdu unitajiet ta’ osservazzjoni billi jużaw stimi jew imputazzjonijiet sabiex ifornu data aktar dettaljata u/jew omoġenja milli jkun possibbli mod ieħor.
NACE: abbrevjazzjoni għall-klassifikazzjoni tal-UE ta’ attivitajiet ekonomiċi, mill-Franċiż Nomenclature statistique des activités économiques.

DOKUMENT EWLIENI

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità (ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1-11)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 696/93 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 14.09.2017

Top