EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Promozzjoni ta’ dieta sana u tal-attività fiżika madwar l-Ewropa

Promozzjoni ta’ dieta sana u tal-attività fiżika madwar l-Ewropa

Filwaqt li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) għandhom il-politki tagħhom dwar is-saħħa, l-UE tfittex illi tappoġġjahom b’ċerti objettivi komuni. B’mod partikolari, l-epidemija tal-obeżità fl-Ewropa u l-konsegwenzi tagħha huma indirizzati f’dawn il-konklużjonijiet tal-Kunsill li jipprijoritizzaw dieta sana u attività fiżika regolari.

ATT

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika (2014/C 213/01) (ĠU C 213 tat-8.7.2014, p. 1-6).

SOMMARJU

Filwaqt li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) għandhom il-politki tagħhom dwar is-saħħa, l-UE tfittex illi tappoġġjahom b’ċerti objettivi komuni. B’mod partikolari, l-epidemija tal-obeżità fl-Ewropa u l-konsegwenzi tagħha huma indirizzati f’dawn il-konklużjonijiet tal-Kunsill li jipprijoritizzaw dieta sana u attività fiżika regolari.

X’JAGĦMLU DAWN IL-KONKLUŻJONIJIET?

Aktar minn nofs il-popolazzjoni tal-UE għandha piż żejjed jew hija obeża, kif imkejla mill-klassifikazzjoni tal-Indiċi tal-Massa tal-Ġisem (Body Mass Index) (BMI) tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO). Kull sena, sa 7% tal-baġits tas-saħħa jintnefqu direttament fuq mard relatat mal-obeżità, u spejjeż indiretti oħrajn jirriżultaw minn telf fil-produttività u mwiet prematuri. Dawn il-konklużjonijiet jelenkaw azzjonijiet li għadnhom jittieħdu sabiex tkun indirizzata din is-sitwazzjoni.

PUNTI EWLENIN

Il-Ministri jisħqu li l-Pajjiżi tal-UE għandhom jiżviluppaw politiki u inizjattivi bħal:

  • jinkoraġġixxu dieta sana u attività fiżika matul il-ħajja, jiġifieri qabel u waqt it-tqala, matul it-tfulija, l-adoloxxenza, il-ħajja adulta u x-xjuħija;
  • tnaqqis tal-obeżità fit-tfal (kwistjoni ta’ tħassib partikolarment serja fl-UE) u l-użu tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Obeżità fit-Tfal 2014-2020 għall-gwida ta’ azzjoni effettiva;
  • għajnuna liċ-ċittadini u lill-familji illi jagħmlu għażliet infurmati dwar id-dieta u l-attività fiżika billi tkun ipprovduta informazzjoni dwar l-impatt tal-istil tal-ħajja fuq is-saħħa;
  • il-promozzjoni ta’ għażliet ta’ dieta sana, li dawn ikunu aċċessibbli u affordabbli u l-forniment ta’ opportunitajiet fid-dar, l-iskola u l-post tax-xogħol;
  • inkorporazzjoni tal-mixi u ċ-ċikliżmu fil-politiki tat-trasport nazzjonali u sotto-nazzjonali u l-ippjanar urban;
  • l-użu tal-Pjattaforma tal-UE dwar l-Azzjoni fuq id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa bħala bażi għall-kooperazzjoni (bejn l-industrija, organizzazzjonijiet tas-saħħa u tal-konsumatur u l-akkademja) dwar riformulazzjoni tal-ikel (eżempju, għall-minimizzazzjoni ta’ aċidu xaħmi trans, tnaqqis tal-livelli ta’ xaħamijiet saturati, zokkor u melħ fl-ikel kollu u daqs ta’ porzjonijiet xierqa).

Flimkien, il-Kummissjoni u l-pajjiżi tal-UE huma mħeġġa sabiex:

Il-Kummissjoni hija mistiedna illi:

  • tkompli bl-appoġġ tax-xogħol tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika u l-Pjattaforma tal-UE għall-Azzjoni dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa, u tkompli tiffaċilita aktar l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-prattiċi tajbin;
  • tirrapporta lura sal-2017 u wkoll fl-2020 dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Obeżità fit-tfal 2014-2020, u inizjattivi oħrajn.

l-aħħar aġġornament 02.01.2015

Top