This document is an excerpt from the EUR-Lex website
A global reporting mechanism on illicit small arms, weapons and ammunition to reduce the risk of their illicit trade
Mekkaniżmu globali ta’ rappurtaġġ dwar armi żgħar, armi u munizzjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju tan-negozju illeċtu tagħhom.
Mekkaniżmu globali ta’ rappurtaġġ dwar armi żgħar, armi u munizzjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju tan-negozju illeċtu tagħhom.
This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.
Mekkaniżmu globali ta’ rappurtaġġ dwar armi żgħar, armi u munizzjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju tan-negozju illeċtu tagħhom.
L-UE tappoġġja l-istabbiliment ta’ sistema globali faċli għall-utent ta’ mmaniġġjar tal-informazzjoni fuq armi devjati jew traffikati u sabiex issir riċerka fl-armi u l-munizzjon li jiċċirkolaw f’żoni tad-dinja affettwati minn kunflitti.
ATT
Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/698/PESK tal-25 ta' Novembru 2013 b'appoġġ għal mekkaniżmu ta' globali rappurtar dwar armi ħfief u ta' kalibru żgħir illeċtiti u armi konvenzjonali oħrajn u munizzjoni illeċiti biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tagħhom.
SOMMARJU
L-Unjoni Ewropea (UE) qablet illi tappoġġja sistema globali faċli għall-utent ta’ maniġġjar tal-informazzjoni fuq armi żgħar illeċiti, armi ħfief u oħrajn konvenzjonali illeċti u munizzjoni għat-tnaqqis tar-riskju tan-negozju illeċitu tagħhom. Is-sistema jisimha iTrace. Il-proġett ġie allokat EUR 2.32 miljun mill-baġit tal-UE.
Hemm periklu li l-manifattura, trasferiment u ċirkolazzjoni ta’ armi żgħar u armi ħfief (SALW) jistgħu jikkontribwixxu għal deterjorament tat-terroriżmu u kriminalità organizzata u dan jista’ jkun fattur prinċipali fil-ħolqien u t-tixrid ta’ kunflitti. Studju ta’ strateġija tal-UE miftiehem fl-2006 qal li dawn il-kunflitti, li fihom SALW kienu bil-kbir il-fatturi l-aktar strumentali, swew, mill-1990, il-ħajja ta’ kważi erba’ miljun ruħ u ġiegħlu lil aktar minn 18-il miljun ruħ jitilqu minn darhom jew minn pajjiżhom.
Sistema onlajn aċċessibbli għall-pubbliku
Il-proġett se jistabbilixxi sistema onlajn aċċessibbli għall-pubbliku li tintraċċa SALW illeċiti u armi konvenzjonali illeċiti oħrajn u munizzjon, li timmarka tipi speċifiċi ta’ armi, fornituri, rotot ta’ trasferiment u riċevituri illegali.
Dan jippermetti lill-gvernijiet nazzjonali illi b’mod sistematiku jimmonitoraw it-traffikar ta’ SALW u ta’ armi konvenzjonali oħrajn u munizzjon.
Input għal dawk li jfasslu l-politika
Wieħed mill-għanijiet prinċipali huwa illi jipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika u l-esperti dwar il-kontroll tal-armi konvenzjonali b’input sabiex ikunu jistgħu jiddefinixxu strateġiji aktar effettivi u oqsma ta’ prijorità sabiex jittrattaw din il-problema. Pereżempju, dan jista’ jkun billi jiġu identifikati opportunitajiet għal kooperazzjoni reġjonali jew identifikazzjoni ta’ ħażniet nazzjonali mhux siguri ta’ SALW jew identifikazzjoni ta’ rotot ta’ trasferiment illegali.
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/698/PESK |
25.11.2013 |
- |
L 320 tat-30.11.2013 |
L-aħħar aġġornament: 11.06.2014