EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Iffissar ta' standards tas-sigurtà bażiċi għall-esponiment għal radjazzjoni jonizzanti (mill-2018)

Iffissar ta' standards tas-sigurtà bażiċi għall-esponiment għal radjazzjoni jonizzanti (mill-2018)

Din il-liġi tistabbilixxi standards tas-sigurtà bażiċi sabiex jipproteġu s-saħħa tal-impjegati, il-pubbliku ġenerali, il-pazjenti u oħrajn mill-perikli ta' espożizzjoni għal radjazzjoni jonizzanti.

ATT

Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom

SOMMARJU

F'sitwazzjonijiet normali, id-dożi ta' radjazzjoni jonizzanti huma baxxi ħafna u ma jipproduċu ebda effett avvers klinikament osservabbli. Madankollu, fuq perjodu ta' żmien twil, jistgħu jagħtu lok għal problemi ta' saħħa, b'mod partikolari kanċer. Din hija r-raġuni għal ħtieġa għal limitu uniformi ta' protezzjoni madwar l-UE, filwaqt li l-gvernijiet jitħallew jistabbilixxu standards tas-sigurtà bażiċi ogħla jekk iridu.

Id-Direttiva tieħu post ħames biċċiet ta' leġiżlazzjoni preċedenti li kien fihom inkonsistenzi, ma kinux jirriflettu l-progress xjentifiku jew ma kinux ikopru sorsi ta' radjazzjoni naturali b'mod sħiħ jew il-protezzjoni tal-ambjent. Tistabbilixxi kif jiġu żgurati s-saħħa u s-sigurtà ta' materjal radjuattiv u l-informazzjoni mandatarja li għandha tiġi pprovduta fil-każ ta' emerġenza ta' espożizzjoni.

L-istandards li hemm fiha huma bbażati fuq rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni Radjoloġika (ICRP).

Id-Direttiva tapplika għal kwalunkwe sitwazzjoni ppjanata, eżistenti jew ta' emerġenza li tinvolvi riskju għal radjazzjoni jonizzanti. B'mod partikolari, tapplika għal:

  • il-manifattura, il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-maniġġ, ir-rimi, l-użu, il-ħżin, it-trasport, l-importazzjoni minn u l-esportazzjoni għall-UE ta' materjal radjuattiv;
  • il-manifattura u t-tħaddim ta' apparat elettriku li jemetti radjazzjoni jonizzanti;
  • attivitajiet umanib'sorsi ta' radjazzjoni naturali li jistgħu jwasslu għal żieda sinifikanti fl-espożizzjoni ta' impjegati jew il-pubbliku, bħall-espożizzjoni ta' ekwipaġġ tal-ispazju għal radjazzjoni kosmika;
  • espożizzjoni domestika għall-gass radon f'arja ta' ġewwa u espożizzjoni esterna għal radjazzjoni gamma minn materjal tal-bini;
  • ġestjoni ta' sitwazzjonijiet ta' espożizzjoni ta' emerġenza li jeħtieġu miżuri sabiex jipproteġu lill-pubbliku u lill-ħaddiema.

Il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi prinċipji ġenerali ta' protezzjoni mir-radjazzjoni, u tagħti rwol aktar prominenti għal limitazzjonijiet tad-dożi għal espożizzjoni okkupazzjonali, pubblika u medika. Anness jelenka l-faxex ta' livelli ta' referenza proposti mill-ICRP għal sitwazzjonijiet ta' espożizzjoni eżistenti u ta' emerġenza. Qiegħda ssir dispożizzjoni speċjali sabiex jiġu protetti impjegati u apprendisti u studenti tqal u li jkunu qed ireddgħu.

Japplikaw rekwiżiti speċifiċi għall-espożizzjoni għal radjazzjoni għal għanijiet mediċi. Hawnhekk, l-espożizzjoni għandha turi li hemm benefiċċju nett suffiċjenti għas-saħħa ta' individwu u għas-soċjetà in ġenerali kontra d-detriment tal-individwi li l-espożizzjoni tista' toħloq. Il-pazjenti għandu jkollhom informazzjoni dwar ir-riskji relatati mas-saħħa u kwalunwke espożizzjoni medika għandha sseħħ taħt ir-responsabilità klinika ta' tabib ikkwalifikat.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom

-

-

ĠU L 13 tas-17.1.2014

L-aħħar aġġornament: 07.04.2014

Top