Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-ugwaljanza bejn is-sessi fl-isport

L-ugwaljanza bejn is-sessi fl-isport

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Konklużjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-isport

X'INHU L-GĦAN TAL-KONKLUŻJONIJIET?

Huma jfittxu li jistabbilixxu kif l-ugwaljanza bejn is-sessi — prinċipju li qed jiġi integrat fl-oqsma ta’ politika kollha tal-Unjoni Ewropea (UE) — tista’ tiġi applikata għall-isport. Dawn jipprovdu linji gwida volontarji għall-awtoritajiet nazzjonali, il-Kummissjoni Ewropea u l-organizzazzjonijiet sportivi.

PUNTI EWLENIN

Biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-konklużjonijiet jistiednu lill-awtoritajiet nazzjonali:

  • jiżviluppaw pjanijiet ta’ azzjoni għall-pajjiż kollu;
  • jenfasizzaw il-valur tad-diversità u l-bilanċ bejn is-sessi fl-amministrazzjoni sportiva;
  • jedukaw lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, lill-kowċis u lill-ġenituri biex jeliminaw l-isterjotipi tas-sessi minn età żgħira;
  • jindirizzaw il-vjolenza sessista u jipproteġu lil vittmi attwali u potenzjali mill-fastidju sesswali u l-abbuż;
  • jużaw l-avvenimenti sportivi għas-sensibilizzazzjoni dwar it-traffikar tal-bnedmin għall-isfruttament sesswali.

Flimkien, l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni huma mitluba:

  • jiżviluppaw metodi biex jevalwaw jekk il-persuni jkunux adatti biex jaħdmu fil-qasam tal-isport, speċjalment mat-tfal;
  • jagħmlu użu minn programmi, bħal Erasmus+ (eż. taħt il-faxxa tal-inklużjoni soċjali tiegħu), u l-fondi tal-UE oħrajn biex jippromwovu l-ugwaljanza b’attenzjoni partikolari fuq il-kowċis u l-mezzi tax-xandir;
  • jaraw jekk jistgħux jużaw ir-rispett għall-ugwaljanza bejn is-sessi bħala kundizzjoni biex jirċievu l-finanzjament pubbliku.

L-organizzazzjonijiet sportivi nnifishom jistgħu jikkontribwixxu billi:

  • jippromwovu l-ugwaljanza fl-amministrazzjoni sportiva, fost il-kowċis u fil-livelli kollha tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, bħal bords eżekuttivi u kumitati sportivi;
  • jużaw kodiċi ta’ etika biex jindirizzaw il-vjolenza sessista u jistabbilixxu hotlines u servizzi ta’ appoġġ għal dawk milquta;
  • iħeġġu r-rappurtar mhux sessist tal-isport mill-mezzi tax-xandir.

SFOND

DOKUMENT EWLIENI

Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2014 dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fl-Isport (2014/C 183/09) (ĠU C 183, 14.6.2014, p. 39-42)

l-aħħar aġġornament 09.01.2017

Top