This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Strengthening economic and monetary union
It-tisħiħ tal-unjoni ekonomika u monetarja
It-tisħiħ tal-unjoni ekonomika u monetarja
Komunikazzjoni (COM(2015) 600 final) dwar passi lejn l-ikkompletar tal-unjoni ekonomika u monetarja
L-Artikolu 119 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
L-Artikolu 120 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
L-Artikolu 121 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Il-komunikazzjoni tistabbilixxi l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jitlesta l-ewwel stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja (UEM), li beda fl-1 ta’ Lulju 2015, sal-bidu tal-2017. Sa minn dakinhar dan ġie segwit minn dokument ta’ riflessjoni tal-Kummissjoni Ewropea li jħares ’il quddiem dwar l-approfondiment tal-UEM.
L-Artikoli 119, 120 u 121 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jikkonċernaw il-politika ekonomika u monetarja tal-UE. Skont dawn l-artikoli, il-pajjiżi tal-UE jaqblu li:
Il-komunikazzjoni titlob li jkun hemm:
F’Mejju 2017, il-Kummissjoni, billi bniet fuq il-komunikazzjoni tal-2015, ippubblikat dokument ta’ riflessjoni dwar l-approfondiment tal-UEM. Dan approva 4 prinċipji għat-tisħiħ tal-munita unika u sabiex b’mod konġunt jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ interess komuni li jmorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Dawn huma:
Id-dokument enfasizza l-ħtieġa għal progress fi 3 oqsma:
F’Ġunju 2015, il-presidenti tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew, tal-Bank Ċentrali Ewropew, tas-Summit tal-Euro u tal-Grupp tal-Euro ppreżentaw ir-rapport tagħhom (Ir-rapport tal-“ħames presidenti”) dwar it-tlestija tal-UEM. Il-komunikazzjoni telabora dwar il-pjan direzzjonali ta’ Stadju 1 li kien fih ir-rapport tagħhom.
Id-dokument ta’ riflessjoni tal-Kummissjoni dwar l-UEM huwa parti minn serje mnedija mill-White Paper tagħha dwar il-futur tal-Ewropa f’Marzu 2017, li tinkludi:
Għal aktar informazzjoni, ara:
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Verżjoni konsolidata) — It-Tielet Parti — Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VIII — Politika ekonomika u monetarja — Artikolu 119 (ex Artikolu 4 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 96–97)
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Verżjoni konsolidata) — It-Tielet Parti — Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VIII — Politika ekonomika u monetarja — Kapitolu 1 — Politika ekonomika — Artikolu 120 (ex Artikolu 98 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 97)
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Verżjoni konsolidata) — It-Tielet Parti — Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VIII — Politika ekonomika u monetarja — Kapitolu 1 — Politika ekonomika — Artikolu 121 (ex Artikolu 99 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 97–98)
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Bank Ċentrali Ewropew — Dwar passi lejn l-Ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (COM(2015) 600 final, 21.10.2015)
Dokument ta’ riflessjoni dwar l-approfondiment tal-unjoni ekonomika u monetarja (COM(2017) 291 final, 31.5.2017)
Nikkompletaw l-unjoni ekonomika u monetarja tal-Ewropa, rapport minn Jean-Claude Juncker f’kooperazzjoni ma’ Donald Tusk, Jeroen Dijsselbloem, Mario Draghi u Martin Schulz, 22.6.2015
l-aħħar aġġornament 01.12.2017
(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.