EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Regoli biex jiġu kkumpensati l-vittmi ta' kartelli u prattiki anti-kompetittivi

Regoli biex jiġu kkumpensati l-vittmi ta' kartelli u prattiki anti-kompetittivi

L-Unjoni Ewropea (UE) adottat regoli li jippermettu lil kumpaniji jirċievu kumpens sħiħ għal telf attwali u profitti mitlufa li jsofru bħala riżultat ta' kartell fis-settur tagħhom. Għalkemm l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiggarantixxi d-dritt għal kumpens sħiħ, s'issa, l-eżerċizzju prattiku tiegħu kien wieħed diffiċli.

ATT

Id-Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea

SOMMARJU

L-Unjoni Ewropea (UE) adottat regoli li jippermettu lil kumpaniji jirċievu kumpens sħiħ għal telf attwali u profitti mitlufa li jsofru bħala riżultat ta' kartell fis-settur tagħhom. Għalkemm l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiggarantixxi d-dritt għal kumpens sħiħ, s'issa, l-eżerċizzju prattiku tiegħu kien wieħed diffiċli.

X'TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Tistabbilixxi regoli ġodda li jippermettu lill-kumpaniji li huma vitmi ta' kartell* jew ta' ksur tal-fiduċja biex jiġu kkumpensati għad-danni. Tfittex ukoll li tagħmel il-programmi ta' klemenza iktar effiċjenti (jiġifieri, każijiet fejn kumpaniji jammettu l-involviment tagħhom f'kartell jew abbużi ta' pożizzjonijiet tas-suq dominanti iħallsu multa mnaqqsa jew jingħataw l-immunità).

PUNTI EWLENIN

Id-divulgazzjoni tal-evidenza: Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali tagħhom jistgħu jordnaw lill-kumpaniji jiżvelaw evidenza meta l-vittmi jikklejmjaw kumpens. L-informazzjoni kunfidenzjali tan-negozji għandha tkun protetta.

Pretensjonijiet: il-vittmi għandhom ikunu permessi mill-inqas 5 snin biex jikklejmjaw danni wara d-deċiżjoni finali tal-awtorità tal-kompetizzjoni dwar il-ksur.

Prova ta' ksur: id-deċiżjoni finali tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni dwar ksur, awtomatikament tikkostitwixxi prova ta' dan il-ksur quddiem il-qrati tal-pajjiż tal-UE li fih sar il-ksur.

It-trażmissjoni tal-ispejjeż żejda: kwalunkwe kumpanija, kemm jekk xerrej dirett jew indirett, li tkun sofriet dannu tista' titlob kumpens. Ir-rikorrent ikollu l-oneru tal-provi għat-trażmissjoni ta' spiża żejda.

Responsabbiltà : fejn diversi kumpaniji jiksru r-regoli tal-kompetizzjoni flimkien, jinżammu konġuntament u separatament responsabbli għad-dannu kollu. Kumpanija li tikser ir-regoli flimkien ma' oħrajn għandha d-dritt li tikseb kontribuzzjoni mingħand dawk l-oħrajn li jkunu kisru r-regoli, jekk tkun ħallset iktar kumpens mis-sehem tagħha. Dan is-sehem u l-kriterji li fuqhom huwa bbażat (bħall-fatturat, is-sehem tas-suq jew ir-rwol fil-kartll) għandu jiġi deċiż mill-qorti skont il-liġi nazzjonali.

L-effett tad-deċiżjonijiet nazzjonali: id-deċiżjonijiet nazzjonali finali jistgħu jiġu ppreżentati bħala evidenza quddiem il-qrati nazzjonali ta' pajjiż tal-UE ieħor, f'konformità mal-liġijiet ta' dan il-pajjiż. Dan isaħħaħ il-pożizzjoni tal-vittmi meta jdaħħlu klejm għad-danni.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Daħlet fis-seħħ fil-25 ta' Diċembru 2014 u għandha tkun trasposta fil-liġi nazzjonali sas-27 ta' Diċembru 2016.

Għal aktar informazzjoni ara l-websajt tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-Direttiva dwar l-Azzjonijiet ta' Danni Kontra l-Fiduċja.

TERMINI EWLENIN

*Kartell: grupp ta' kumpaniji simili iżda indipendenti li jingħaqdu flimkien biex jistabbilixxu l-prezzijiet, jillimitaw il-produzzjoni jew jaqsmu s-swieq jew il-konsumaturi bejniethom.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2014/104/UE

25.12.2014

27.12.2016

ĠU L 349, 5.12.2014, p. 1-19

L-aħħar aġġornament: 20.05.2015

Top