Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Baġit tal-UE: kif tiġi implimentata s-sistema ta’ riżorsi propji tagħha

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'Baġit tal-UE: kif is-sistema tar-riżorsi proprji hija implimentata' for an updated information about the subject.

Baġit tal-UE: kif tiġi implimentata s-sistema ta’ riżorsi propji tagħha

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar l-implimentazzjoni tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Ir-riżorsi proprji tal-UE jipprovdu d-dħul prinċipali tiegħu. In-nefqa annwali tal-UE għandha tkun koperta kompletament mid-dħul annwali tagħha.

Hemm 3 tipi ta’ riżorsi proprji:

  • 1.

    Riżorsi proprji tradizzjonali li jikkonsistu primarjament minn dazji doganali fuq importazzjonijiet minn barra l-UE u imposti fuq iz-zokkor. Il-pajjiżi tal-UE jżommu 25 % tal-ammonti bħala spejjeż tal-ġbir.

  • 2.

    Riżorsi proprji bbażati fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — rata uniformi ta’ 0.3 % hija imposta fuq il-bażi tal-VAT standard fl-UE kollha ta’ kull pajjiż tal-UE.

  • 3.

    Riżorsi proprji bbażati fuq id-dħul gross nazzjonali (DNG) — kull pajjiż tal-UE jittrasferixxi perċentwal standard tad-DNG tiegħu lill-UE.

Kontroll u superviżjoni

Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali, il-pajjiżi tal-UE għandhom:

  • jagħmlu kontrolli u inkjesti li jirrigwardaw it-twaqqif u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ dawk ir-riżorsi proprji
  • iwettqu miżuri ta’ spezzjonar addizzjonali fuq talba tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tista’ tinvolvi ruħha f’dawn l-ispezzjonijiet u tista’ wkoll twettaq kontrolli propji fuq il-post.

Fir-rigward tar-riżorsi proprji bbażati fuq id-DNG, il-Kummissjoni għandha:

  • tispezzjona ċerti estimi, kalkoli u bażijiet statistiċi użati mill-pajjiżi individwali tal-UE
  • ikollha aċċess għal ċerti proċeduri statistiċi u għal statistika bażika.

Spezzjonijiet mill-Kummissjoni

  • Ir-regolament jawtorizza lill-Kummissjoni biex taħtar uffiċjali biex iwettqu l-ispezzjonijiet tagħha.
  • L-informazzjoni miksuba hija soġġetta għas-segretezza professjonali u d-data personali hija protetta mil-liġi nazzjonali tal-pajjiż li jkun qiegħed jiġi spezzjonat kif ukoll mil-liġijiet rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data tal-UE.
  • Ir-riżultati tal-ispezzjonijiet imwettqa mill-aġenti tal-Kummissjoni għandhom jingħataw lill-pajjiżi tal-UE inkwistjoni fi żmien 3 xhur.

Rapporti

Il-pajjiżi tal-UE huma meħtieġa:

  • jibagħtu lill-Kummissjoni deskrizzjoni tal-każijiet ta’ frodi jew irregolaritajiet li jikkonċernaw riżorsi proprji tradizzjonali li jinvolvu intitolamenti li jaqbżu EUR 10,000
  • jissottomettu rapporti annwali dettaljati lill-Kummissjoni dwar l-ispezzjonijiet tagħhom relatati mar-riżorsi proprji tradizzjonali, inklużi r-riżultati u d-data ġenerali.

Il-Kummissjoni tipproduċi:

  • rapport sommarju għall-pajjiżi tal-UE abbażi tar-rapporti annwali li jipprovdu
  • rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew kull 3 snin dwar il-funzjonament tal-arranġamenti ta’ spezzjoni għar-riżorsi proprji tradizzjonali.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Bilanċi: f’dan il-każ, it-terminu jirreferi għall-kalkolu tal-ammont li pajjiż tal-UE jirċievi minn u jħallas fil-baġit tal-UE.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, pp. 29-38)

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, pp. 105-111)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 168, 7.6.2014, pp. 39-52)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 28.02.2019

Top