EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 6a9ae435-987a-11eb-b85c-01aa75ed71a1

Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 tas-7 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta’ metodoloġiji tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima, id-determinazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni u n-nomenklatura ta’ kategoriji ta’ intervent għall-Fondi ta’ Investiment Strutturali Ewropej

02014R0215 — MT — 13.03.2021 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 215/2014

tas-7 ta’ Marzu 2014

li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta’ metodoloġiji tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima, id-determinazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni u n-nomenklatura ta’ kategoriji ta’ intervent għall-Fondi ta’ Investiment Strutturali Ewropej

(ĠU L 069 8.3.2014, p. 65)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1232/2014 tat-18 ta' Novembru 2014

  L 332

5

19.11.2014

►M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/276 tat-23 ta' Frar 2018

  L 54

4

24.2.2018

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/439 tat-3 ta’ Marzu 2021

  L 85

149

12.3.2021




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 215/2014

tas-7 ta’ Marzu 2014

li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta’ metodoloġiji tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima, id-determinazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni u n-nomenklatura ta’ kategoriji ta’ intervent għall-Fondi ta’ Investiment Strutturali Ewropej



KAPITOLU I

IL-METODOLOĠIJA BIEX JIĠI DDETERMINAT L-APPOĠĠ GĦALL-OBJETTIVI TAT-TIBDIL FIL-KLIMA GĦAL KULL FOND ESI

(Awtorizzazzjoni skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

Artikolu 1

Il-metodoloġija għall-kalkolu ta’ appoġġ mill-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-objettivi tat-tibdil fil-klima

1.  

Il-kalkolu ta’appoġġ li jintuża għall-objettivi tal-bidla fil-klima mill-FEŻR u mill-Fond ta’ Koeżjoni għandu jitwettaq f’żewġ stadji kif ġej:

(a) 

il-koeffiċjenti stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament se jiġu applikati minn kodiċi ta' intervent skont il-qasam għad-dejta finanzjarja rrappurtata għal dawk il-kodiċijiet;

(b) 

skont id-dejta finanzjarja rrappurtata kontra l-kodiċijiet ta’ intervent skont il-qasam li jkollu koeffiċjent ta’ żero, fejn id-dejta finanzjarja tiġi rrapportata f’dimensjoni tal-objettiv tematiku kontra l-kodiċijiet 04 u 05 stabbiliti fit-Tabella 5 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, id-dejta se tiġi mgħobbija b’koeffiċjent ta’ 40 % f’termini tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-objettivi tat-tibdil fil-klima.

2.  
Il-koeffiċjenti tal-bidla fil-klima applikati abbażi tat-Tabella 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament se japplikaw ukoll għall-kategoriji rispettivi skont l-objettiv ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea stabbilit abbażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).
3.  
Il-kalkolu ta’ appoġġ lejn objettivi tat-tibdil fil-klima mill-FSE se jsir bl-identifikazzjoni tad-dejta finanzjarja rrappurtata kontra l-kodiċi ta' dimensjoni 01 “B'appoġġ lejn il-bidla għal ekonomija b’rilaxxi baxxi ta’ karbonju, ekonomija li tuża r-riżorsi b’effiċjenza” skont id-Dimensjoni 6 “Kodiċijiet għal Dimensjoni tat-tema sekondarja taħt il-Fond Soċjali Ewropew” kif stabbilit fit-Tabella 6 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-metodoloġija għall-kalkolu ta’ appoġġ mill-FAEŻR għall-objettivi tat-tibdil fil-klima

1.  
L-ammont indikattiv ta’ appoġġ li jrid jintuża għall-objettivi tat-tibdil fil-klima mill-FAEŻR f’kull programm kif imsemmi fl-Artikolu 27(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 se jiġi kkalkolat bl-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ddikjarati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament għan-nefqa ppjanata murija fil-pjan ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 8(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fir-rigward tal-prijoritajiet u oqsma ta’ ffukar imsemmija fil-punti 3(b), 4, 5 u 6(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
2.  
Għall-fini ta’ rappurtar dwar appoġġ użat għall-objettivi tat-tibdil fil-klima fir-rapport annwali ta’ implementazzjoni skont l-Artikolu 50(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-koeffiċjenti msemmija fil-paragrafu 1 ser ikunu applikati għall-informazzjoni dwar in-nefqa msemmija fl-Artikolu 75(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Artikolu 3

Il-metodoloġija għall-kalkolu ta’ appoġġ mill-FEMS għall-objettivi tat-tibdil fil-klima

1.  
Il-kontribuzzjoni għat-tibdil fil-klima mill-FEMS se tiġi kkalkulata billi jiġu mehmuża koeffiċjenti ma' kull waħda mill-miżuri ewlenin appoġġjati mill-FEMS li jirriflettu r-rilevanza fit-tibdil fil-klima minn kull waħda minn dawn il-miżuri.

L-appoġġ mill-FEMS għall-objettivi tat-tibdil fil-klima se jiġi kkalkulat abbażi tal-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-ammont indikattiv ta’ appoġġ li jrid jintuża għall-għanijiet tal-bidla fil-klima mill-FEMS f’kull programm kif imsemmi fl-Artikolu 27(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(b) 

il-koeffiċjenti stabbiliti għall-miżuri ewlenin appoġġjati mill-FEMS kif stabbilit fl-Anness III ta' dan ir-Regolament;

▼M1

(c) 

rappurtar mill-Istati Membri dwar l-approprjazzjonijiet finanzjarji u n-nefqa skont il-miżura f'rapporti annwali ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 50(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014;

(d) 

l-informazzjoni u d-dejta pprovduta mill-Istati Membri dwar operazzjonijiet magħżula għal finanzjament skont l-Artikolu 97(1)(a) u 107(3) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.

▼B

2.  
Stat Membru jista’ jipproponi fil-programm operazzjonali tiegħu li koeffiċjent ta’ 40 % jiġi assenjat għal miżura li tintiżen b’koeffiċjent ta’ 0 % fl-Anness III ta' dan ir-Regolament, ladarba dan jista’ juri r-rilevanza ta’ din il-miżura għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew l-adattament għaliha.



KAPITOLU II

ID-DETERMINAZZJONI TAL-ISTADJI IMPORTANTI U L-MIRI FIL-QAFAS TAL-PRESTAZZJONI U L-VALUTAZZJONI TAL-KISBA TAGĦHOM

(Awtorizzazzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

Artikolu 4

Informazzjoni li se tiġi rreġistrata mill-korpi li jippreparaw il-programmi

1.  
Il-korpi li jippreparaw il-programmi se jirreġistraw informazzjoni dwar il-metodoloġiji u l-kriterji applikati biex jintagħżlu l-indikaturi għall-qafas ta’ prestazzjoni biex jiżguraw li l-istadji importanti u l-miri korrispondenti jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-programmi kollha u l-prijoritajiet apooġġjati mill-Fondi ESI, kif ukoll l-allokazzjoni speċifika tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI), kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), soġġetta għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
2.  

L-informazzjoni rreġistrata mill-korpi li jippreparaw il-programmi se tippermetti l-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragradu 3 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-istadji importanti u l-miri. Dan jinkludi:

(a) 

dejta jew evidenza li tintuża biex jiġi stmat il-valur tal-istadji importanti u l-miri u l-metodu tal-kalkolu, pereżempju dejta dwar spejjeż għal kull unità, parametri referenzjarji, standard jew rata tal-passat ta’ implimentazzjoni, parir espert u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni ex-ante;

(b) 

informazzjoni dwar is-sehem mill-allokazzjoni finanzjarja rrappreżentata minn operazzjonijiet, li għalihom l-indikaturi tal-eżiti u tal-passi prinċipali tal-implimentazzjoni stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni jikkorrispondu, kif ukoll spjegazzjoni ta’ kif dak is-sehem ġie kkalkulat;

(c) 

informazzjoni dwar kif il-metodoloġija u l-mekkaniżmi li jiżguraw konsistenza fil-funzjonament tal-qafas ta’ prestazzjoni stipulati fil-Ftehim ta’ Sħubija skont l-Artikolu 15(1)(b)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ġew applikati;

(d) 

spjegazzjoni dwar l-għażla ta’ indikaturi tar-riżultati jew tal-passi prinċipali tal-implimentazzjoni, fejn dawn ġew inklużi fil-qafas tal-prestazzjoni.

3.  
L-informazzjoni dwar metodoloġiji u kriterji applikati fl-għażla tal-indikaturi għall-qafas ta’ prestazzjoni u l-iffissar ta' stadji importanti u miri korrispondenti rreġistrati mill-korpi li jippreparaw il-programmi se jkunu disponibbli fuq talba tal-Kummissjoni.
4.  
Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll għar-reviżjoni tal-istadji importanti u l-miri skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Artikolu 5

Il-kisba tal-istadji importanti u l-miri

1.  
L-istadji importanti u l-miri għandhom jiġu stabbiliti fil-livell ta’ prijorità, ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 7. L-indikaturi tal-produzzjoni u tal-passi prinċipali tal-implimentazzjoni stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni għandhom jikkorrispondu għal aktar minn 50 % tal-allokazzjoni finanzjarja għall-prijorità. Biex ikun stabbilit dak l-ammont, allokazzjoni għal indikatur jew pass prinċipali tal-implimentazzjoni m’għandhiex tingħadd aktar minn darba.

▼M1

2.  
Għall-Fondi ESI kollha, ħlief għall-fondi tal-FAEŻR, l-istadju importanti u l-mira għal indikatur finanzjarju jirreferu għall-ammont totali ta' nefqa eliġibbli rreġistrat fis-sistema tal-kontabbiltà tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni u ċċertifikat mill-Awtorità skont il-punt (a) tal-Artikolu 126 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Għall-FAEŻR, huma jirreferu għan-nefqa pubblika totali rrealizzata mdaħħla f'sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni komuni.

▼M2

3.  
L-istadju importanti u l-mira għal indikatur tal-eżiti għandhom jirreferu għall-valuri miksuba mill-operazzjonijiet, fejn l-azzjonijiet kollha li jwasslu għal eżiti ġew implimentati bis-sħiħ, iżda li mhux neċessarjament saru l-pagamenti relatati kollha għalihom, jew għall-valuri miksuba minn operazzjonijiet li nbdew, iżda fejn għadhom għaddejjin azzjonijiet li jwasslu għal eżiti, jew għat-tnejn li huma.

▼B

4.  
Pass ewlieni ta' implimentazzjoni se jkun stadju fl-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet taħt prijorità, hekk kif it-tlestija ssir verifikabbli u tista' tiġi espressa b’numru jew perċentwal. Għall-iskop tal-Artikoli 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament, il-passi prinċipali tal-implimentazzjoni se jiġu ttrattati bħala indikaturi.
5.  
L-indikatur tar-riżultat se jintuża biss fejn xieraq u b'rabta mill-qrib ma’ interventi ta' politika appoġġjati.
6.  
Fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament tkun instabet li kienet ibbażata fuq suppożizzjonijiet żbaljati li jwasslu għal sottovalutazzjoni jew sopravalutazzjoni ta’ miri jew stadji importanti, dan jista’ jiġi kkunsidrat li jikkostitwixxi każ ġustifikat kif dovut skont it-tifsira tal-paragrafu 5 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Artikolu 6

Il-kisba tal-istadji importanti u l-miri

1.  
Il-kisba tal-istadji importanti u l-miri għandha tiġi vvalutata billi jitqiesu l-indikaturi kollha u l-passi prinċipali ta' implimentazzjoni inklużi fil-qafas tal-prestazzjoni stabbiliti fil-livell ta’ prijorità fit-tifsira tal-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament.
2.  
L-istadji importanti jew il-miri ta’ prijorità se jitqiesu li ntlaħqu jekk l-indikaturi kollha inklużi fil-qafas ta’ prestazzjoni relatati jkunu kisbu mill-inqas 85 % tal-valur tal-istadju importanti sa tmiem l-2018 jew tal-anqas 85 % tal-valur tal-mira sa tmiem l-2023. B’deroga, fejn il-qafas ta’ prestazzjoni jinkludi tliet indikaturi jew aktar, l-istadji importanti jew il-miri ta’ prijorità jistgħu jitqiesu li jintlaħqu jekk l-indikaturi kollha ħlief għal waħda jiksbu 85 % tal-valuri tal-istadji importanti tagħhom sa tmiem l-2018 jew 85 % tal-valur immirat tagħhom sa tmiem l-2023. L-indikatur, li ma jiksibx 85 % tal-valur importanti jew immirat tiegħu, mhux se jikseb inqas minn 75 % tal-valur tal-istadju importanti jew immirat tiegħu.
3.  
Għal prijorità li l-qafas tal-prestazzjoni ma jinkludix aktar minn żewġ indikaturi, nuqqas mill-kisba ta' mill-anqas 65 % tal-valur tal-istadju importanti sa tmiem l-2018 għal xi wieħed minn dawn l-indikaturi se jitqies nuqqas serju fil-kisba tal-istadji importanti. In-nuqqas mill-kisba ta' mill-anqas 65 % tal-valur immirat sa tmiem l-2023 għal xi wieħed minn dawn l-indikaturi se jitqies bħala nuqqas serju fil-kisba tal-istadji importanti.
4.  
Għal prijorità li l-qafas tal-prestazzjoni tagħha tinkludi aktar minn żewġ indikaturi, in-nuqqas mill-kisba ta' mill-anqas 65 % tal-valur tal-istadju importanti sa tmiem l-2018 għal mill-inqas tnejn minn dawk l-indikaturi se jitqies nuqqas serju mill-kisba tal-istadji importanti. In-nuqqas mill-kisba ta' mill-anqas 65 % tal-valur tal-mira sa tmiem l-2023 għal mill-anqas tnejn minn dawn l-indikaturi se jitqies nuqqas serju sabiex jinkisbu l-miri.

Artikolu 7

Il-qafas ta' prestazzjoni għall-assi prijoritarji imsemmija fl-Artikolu 96(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u assi prijoritarji li jintegraw il-YEI

1.  
L-indikaturi u l-passi prinċipali ta' implimentazzjoni magħżula għall-qafas ta' prestazzjoni, l-istadji importanti tagħhom u l-miri, kif ukoll il-valuri tal-kisba tagħhom se jiġu mqassma skont il-Fond u, għall-FEŻR u l-FSE, skont il-kategorija tar-reġjun.
2.  
L-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament se tiġi stabbilita skont il-Fond u skont il-kategorija tar-reġjun, fejn applikabbli.
3.  
Il-kisba tal-istadji importanti u l-miri se tiġi vvalutata separatament għal kull Fond u għal kull kategorija ta’ reġjun skont il-prijorità, filwaqt li jitqiesu l-indikaturi, l-istadji importanti u l-miri speċifiċi tagħhom, u l-valuri tal-kisba tagħhom maqsuma skont il-Fond u l-kategorija ta’ reġjun. L-indikaturi tal-produzzjoni u tal-passi prinċipali tal-implimentazzjoni stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni se jikkorrispondu għal aktar minn 50 % tal-allokazzjoni finanzjarja għall-Fond u l-kategorija ta' reġjun, fejn applikabbli. Biex ikun stabbilit dak l-ammont, allokazzjoni għal indikatur jew pass prinċipali tal-implimentazzjoni mhix se tingħadd aktar minn darba.

▼M2

4.  
Jekk ir-riżorsi għall-YEI huma programmati bħala parti minn ass prijoritarju skont l-Artikolu 18(c) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013, għandu jiġi stabbilit qafas ta' prestazzjoni separatament għall-YEI u l-kisba tal-stadji importanti u l-miri stabbiliti għall-YEI għandhom jiġu vvalutati separatament mill-parti l-oħra tal-ass prijoritarju.

▼B



KAPITOLU III

IN-NOMENKLATURA TA’ KATEGORIJI TA’ INTERVENT GĦALL-FEŻR, IL-FSE U L-FOND TA’ KOEŻJONI SKONT L-INVESTIMENT LI GĦANDU FIL-MIRA T-TKABBIR EKONOMIKU U L-IMPJIEGI

Artikolu 8

Kategoriji ta' intervent għall-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni

(Awtorizzazzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

1.  
In-nomenklatura għall-kategoriji ta’ intervent imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 hija stabbilita fit-Tabelli 1 sa 8 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. Il-Kodiċijiet stipulati f’dawn it-tabelli se japplikaw għall-FEŻR fir-rigward tal-mira għall-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir u l-impjiegi, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-FSE u l-YEI, kif speċifikat fil-paragrafi 2 sa 3 ta' dan l-Artikolu.
2.  
Il-Kodiċijiet 001 sa 101 stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament se japplikaw biss għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni.

Il-Kodiċijiet 102 sa 120 stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament se japplikaw biss għall-FSE.

Il-Kodiċi 103 stabbilita fit-Tabella 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament biss se tapplika għall-YEI.

Il-Kodiċijiet 121, 122 u 123 stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament se japplikaw għall-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FSE.

3.  
Il-kodiċijiet stipulati fit-Tabelli 2 sa 4, 7 u 8 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament se japplikaw għall-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni.

Il-kodiċijiet stabbiliti fit-Tabella 5 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament se japplikaw biss għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni.

Il-kodiċijiet stabbiliti fit-Tabella 6 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament se japplikaw biss għall-FSE u l-YEI.



KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 9

Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 3 l-Anness III ta’ dan ir-Regolament se japplika b’effett mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-FEMS.

Dan ir-Regolament se jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

In-nomenklatura għall-kategoriji ta’ intervent tal-Fondi ( 3 )taħt l-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ



TABELLA 1:  IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-QASAM TAL-INTERVENT

1.  IL-QASAM TAL-INTERVENT

Il-koeffiċjent għall-kalkolu ta’ appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil-klima

I  Investiment produttiv:

001  L-investiment ġeneriku produttiv fl-intrapriżi żgħar –u medji (‘SMEs’)

0  %

002  Il-proċessi ta’ riċerka u innovazzjoni fl-intrapriżi kbar

0  %

003  Investiment produttiv f’intrapriżi kbar marbuta ma' ekonomija b’konsum baxx ta’ karbonju

40  %

004  Investiment produttiv marbut mal-kooperazzjoni bejn intrapriżi kbar u l-SMEs għall-iżvilupp ta' prodotti u servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (“ICT”), il-kummerċ elettroniku u t-tkabbir fid-domanda għall-ICT.

0  %

II  Infrastruttura li tipprovdi servizzi bażiċi u investiment relatat:

Infrastruttura tal-enerġija

 

005  Elettriku (il-ħażna u t-trażmissjoni)

0  %

006  Elettriku (il-ħażna u t-trażmissjoni)

0  %

007  Gass naturali

0  %

008  Gass naturali (TEN-E)

0  %

009  Enerġija rinovabbli: ir-riħ

100  %

010  Enerġija rinovabbli: ix-xemx

100  %

011  Enerġija rinovabbli: il-bijomassa

100  %

012  Enerġija rinovabbli oħra (inkluża enerġija idroelettrika, ġeotermali u dik tal-baħar) u l-integrazzjoni tal-enerġija rinovabbli (inkluż il-ħżin, il-kurrent għall-gass u infrastruttura għall-idroġenu rinovabbli)

100  %

013  Rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tal-infrastruttura pubblika, proġetti ta’ dimostrazzjoni u miżuri ta’ appoġġ

100  %

014  Rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tal-istokk ta’ djar eżistenti, proġetti ta’ dimostrazzjoni u miżuri ta’ appoġġ

100  %

015  Sistemi Intelliġenti ta' Distribuzzjoni ta' Enerġija b’livell ta’ vultaġġ baxx u medju (inklużi grids intelliġenti u sistemi tal-ICT)

100  %

016  Koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u tisħin distrettwali

100  %

L-infrastruttura ambjentali

 

017  Il-ġestjoni tal-iskart domestiku, (inkluż il-minimizzazzjoni, l-issortjar, il-miżuri ta’ riċiklaġġ)

0  %

018  Il-ġestjoni tal-iskart domestiku, (inkluż it-trattament mekkaniku bijoloġiku, it-trattament termali, l-inċinerazzjoni u l-miżuri b'rabta mal-miżbliet)

0  %

019  Il-ġestjoni ta’ skart kummerċjali, industrijali jew perikoluż

0  %

020  Il-provvista tal-ilma għall-konsum mill-bniedem (estrazzjoni, trattament, ħażna u infrastruttura għad-distribuzzjoni)

0  %

021  Il-ġestjoni tal-ilma u l-konservazzjoni tal-ilma tax-xorb (inkluż il-ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar, il-provvista tal-ilma, miżuri speċifiċi għall-adattament għat-tibdil fil-klima, kejl distrettwali u tal-konsumaturi, sistemi ta’ tariffi u tnaqqis fit-tnixxija)

40  %

022  Trattament tad-dranaġġ

0  %

023  Miżuri ambjentali mmirati biex inaqqsu l-emmissjonijiet tal-gassijiet serra u/jew jiġu evitati (inkluż it-trattament u l-ħażna ta’ gass tal-metanu u kompostjar)

100  %

L-infrastruttura tat-trasport

 

024  Il-ferroviji (TEN-T Ewlieni)

40  %

025  Il-ferroviji (TEN-T komprensiv)

40  %

026  Ferroviji oħra

40  %

027  L-assi mobbli tal-ferrovija

40  %

028  In-netwerk ewlieni — tal-awtostradi u t-toroq TEN-T (kostruzzjonijiet ġodda)

0  %

029  In-netwerk komprensiv — tal-awtostradi u t-toroq TEN-T (kostruzzjonijiet ġodda)

0  %

030  Rabtiet ta' toroq sekondarji man-netwerk tat-toroq u nodi TEN-T (kostruzzjonijiet ġodda)

0  %

031  Toroq nazzjonali u reġjonali oħra (kostruzzjonijiet ġodda)

0  %

032  Toroq b'aċċess lokali (kostruzzjonijiet ġodda)

0  %

033  Toroq TEN-T mibnija mill-ġdid jew imtejba

0  %

034  Toroq oħra mibnija mill-ġdid jew imtejba (awtostrada, nazzjonali, reġjonali jew lokali)

0  %

035  Trasport multimodali (TEN-T)

40  %

036  Trasport multimodali

40  %

037  Ajruporti (TEN-T) (1)

0  %

038  Ajruporti oħra (1)

0  %

039  Portijiet tal-baħar (TEN-T)

40  %

040  Portijiet oħra tal-baħar

40  %

041  Passaġġi fuq l-ilma interni u portijiet (TEN-T)

40  %

042  Passaġġi fuq l-ilma interni u portijiet (reġjonali u lokali)

40  %

Trasport sostenibbli

 

043  Infrastruttura u l-promozzjoni tat-trasport urban nadif (inkluż tagħmir u vetturi ferrovjarji)

40  %

044  Sistemi intelliġenti tat-trasport (inkluż l-introduzzjoni tal-ġestjoni tad-domanda, sistemi ta’ nollijiet, monitoraġġ ta' kontroll tal-IT u sistemi ta’ informazzjoni)

40  %

L-infrastruttura tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT)

 

045  ICT: Netwerk backhaul/ewlenija

0  %

046  ICT: Netwerk broadband ta' veloċità għolja (ċirkwiti lokali/ta' aċċess; >/= 30 Mbps)

0  %

047  ICT: Netwerk broadband ta' veloċità għolja ħafna (ċirkwiti lokali/ta' aċċess; >/= 100 Mbps)

0  %

048  ICT: Tipi oħra ta’ infrastrutturi tal-ICT/riżorsi tal-kompjuter fuq skala kbira/tagħmir (inklużi infrastruttura elettronika, ċentri tad-dejta u sensers; ukoll meta inkorporati f’infrastruttura oħra bħal faċilitajiet għar-riċerka, l-infrastruttura ambjentali u soċjali)

0  %

III  Infrastruttura soċjali, tas-saħħa u tal-edukazzjoni u investiment relatat

049  L-infrastruttura tal-edukazzjoni għall-edukazzjoni terzjarja

0  %

050  L-infrastruttura tal-edukazzjoni għal edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u tagħlim tal-adulti

0  %

051  L-infrastruttura tal-edukazzjoni fl-edukazzjoni skolastika (edukazzjoni primarja u sekondarja ġenerali)

0  %

052  L-infrastruttura tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal

0  %

053  L-infrastruttura tas-saħħa

0  %

054  L-infrastruttura għall-housing

0  %

055  Infrastruttura soċjali oħra li tikkontribwixxi għal żvilupp reġjonali u lokali

0  %

IV  L-iżvilupp tal-potenzjal endoġenu:

Ir-Riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni

 

056  L-investiment fl-infrastruttura, il-kapaċitajiet u tagħmir tal-SMEs direttament marbuta ma’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni

0  %

057  L-investiment fl-infrastruttura, il-kapaċitajiet u tagħmir ta' kumpaniji kbar direttament marbuta ma’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni

0  %

058  L-infrastruttura tar-riċerka u l-innovazzjoni (pubblika)

0  %

059  L-infrastruttura tar-riċerka u l-innovazzjoni (privata, inkluż il-parks tax-xjenza)

0  %

060  L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fiċ-ċentri pubbliċi ta’ riċerka u ċentri ta’ kompetenza inkluż in-netwerking

0  %

061  L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fiċ-ċentri privati ta’ riċerka inkluż in-netwerking

0  %

062  It-trasferiment tat-teknoloġija u l-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u l-intrapriżi ta' benefiċċju primarjament għall-SMEs

0  %

063  L-appoġġ tar-raggruppamenti u netwerks kummerċjali primarjament ta' benefiċċju għall-SMEs

0  %

064  Il-proċessi ta’ riċerka u innovazzjoni fl-SMEs (inkluż skemi ta’ kupuni, il-proċess, id-disinn, l-innovazzjoni soċjali u tas-servizz)

0  %

065  L-infrastruttura ta’ riċerka u innovazzjoni, il-proċessi, it-trasferiment ta’ teknoloġija u kooperazzjoni f’intrapriżi li jiffokaw fuq ekonomija b’konsum baxx tal-karbonju u reżistenza għat-tibdil fil-klima

100  %

Żvilupp tan-negozju

 

066  Servizzi ta’ appoġġ avvanzat għall-SMEs u l-gruppi ta’ SMEs (inkluż il-ġestjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u servizzi ta’ disinn)

0  %

067  L-iżvilupp tan-negozju tal-SMEs, appoġġ għall-intraprenditorija u għall-inkubazzjoni (inkluż l-appoġġ għal spin offs u spin outs)

0  %

068  L-effiċjenza tal-enerġija u proġetti ta’ dimostrazzjoni fl-SMEs u miżuri ta’ appoġġ

100  %

069  L-appoġġ għal proċessi ta’ produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent u l-effiċjenza fir-riżorsi fl-SMEs

40  %

070  Il-promozzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija f’impriżi kbar

100  %

071  Żvilupp u promozzjoni ta’ intrapriżi speċjalizzati fil-provvediment ta' servizzi li jikkontribwixxu għal ekonomija b’konsum baxx tal-karbonju u reżistenza għat-tibdil fil-klima (inkluż appoġġ għal servizzi bħal dawn)

100  %

072  L-infrastruttura tan-negozju għall-SMEs (inkluż parks u siti industrijali)

0  %

073  L-appoġġ għall-intrapriżi soċjali (SMEs)

0  %

074  L-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ assi ta' turiżmu kummerċjali fl-SMEs

0  %

075  L-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ assi ta' turiżmu kummerċjali fl-SMEs jew għalihom.

0  %

076  L-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ assi kulturali u kreattivi fl-SMEs

0  %

077  L-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ servizzi kulturali u kreattivi fl-SMEs jew għalihom.

0  %

It-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni (ICT) — l-istimulazzjoni tad-domanda, l-applikazzjonijiet u s-servizzi

 

078  Servizzi u applikazzjonijiet elettroniċi tal-gvern (inkluż l-akkwist elettroniku, il-miżuri tal-ICT li jappoġġjaw ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, il-miżuri b'rabta maċ-ċibersigurtà, il-fiduċja u l-privatezza, il-Ġustizzja elettronika u d-Demokrazija elettronika)

0  %

079  L-aċċess għall-informazzjoni tas-settur pubbliku (inkluż dejta miftuħa tal-Kultura elettronika, il-libreriji diġitali, il-Kontenut elettroniku u t-Turiżmu elettroniku)

0  %

080  L-Inklużjoni elettronika, l-Aċċessibilità elettronika, is-servizzi u applikazzjonijiet b'rabta mat-Tagħlim elettroniku u l-Edukazzjoni elettronika, il-litteriżmu diġitali

0  %

081  Soluzzjonijiet tal-ICT li jindirizzaw l-isfida tat-tixjiħ f'saħħtu attiv u s-servizzi u applikazzjonijiet tas-Saħħa elettronika (inkluż il-Kura elettronika u l-għajxien megħjun kuntestwalment)

0  %

082  Is-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-ICT għall-SMEs (inkluż il-Kummerċ elettroniku, in-Negozju elettroniku u l-proċessi ta’ negozji f’netwerk), laboratorji ħajjin, intraprendituri tal-web u negozji tal-ICT li għadhom jibdew)

0  %

L-Ambjent

 

083  Miżuri b'rabta mal-kwalità tal-arja

40  %

084  Il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (IPPC)

40  %

085  Il-protezzjoni u t-titjib tal-bijodiversità, il-ħarsien tan-natura u l-infrastruttura ekoloġika

40  %

086  Il-protezzjoni, ir-restawr u l-użu sostenibbli ta’ siti ta’ Natura 2000

40  %

087  Miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima eż. l-erożjoni, in-nirien, l-għargħar, il-maltempati u n-nixfa, inkluż is-sensibilizzazzjoni, il-protezzjoni ċivili u sistemi u infrastrutturi għall-ġestjoni tad-diżastri.

100  %

088  Prevenzjoni tar-riskju u ġestjoni ta’ riskji naturali mhux marbuta mal-klima (jiġifieri terremoti) u riskji marbuta ma’ attivitajiet tal-bniedem (pereżempju inċidenti teknoloġiċi), inkluż is-sensibilizzazzjoni, il-protezzjoni ċivili u s-sistemi u l-infrastrutturi għall-ġestjoni tad-diżastri.

0  %

089  Riabilitazzjoni ta’ siti industrijali u art ikkontaminata

0  %

090  Rotot għar-roti u għall-mixi

100  %

091  L-iżvilupp u promozzjoni ta’ potenzjali tat-turiżmu ta’ żoni naturali

0  %

092  Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-assi ta’ turiżmu pubbliku

0  %

093  L-iżvilupp u l-promozzjoni tas-servizzi tat-turiżmu pubbliku

0  %

094  Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-assi pubbliċi tal-kultura u l-wirt

0  %

095  L-iżvilupp u l-promozzjoni tas-servizzi pubbliċi tal-kultura u l-wirt

0  %

Oħrajn

 

096  Il-kapaċità istituzzjonali tal-amministrazzjoni pubblika u s-servizzi pubbliċi relatati mal-implimentazzjoni tal-FEŻR jew azzjonijiet li jappoġġjaw il-kapaċità istituzzjonali tal-inizjattivi FSE

0  %

097  Inizjattivi ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-Komunità f’żoni urbani u rurali

0  %

098  Ir-reġjuni ultraperiferiċi: kumpens għal kwalunkwe spejjeż addizzjonali minħabba nuqqas kbir ta’ aċċessibbiltà u frammentazzjoni territorjali

0  %

099  Ir-reġjuni ultraperiferiċi: azzjoni speċifika indirizzata biex tikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali minħabba fatturi relatati mad-daqs tas-suq

0  %

100  Ir-reġjuni ultraperiferiċi: sostenn biex jikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi u d-diffikultajiet fl-għoti tal-għajnuna

40  %

101  L-iffinanzjar transversali taħt il-FEŻR (appoġġ għal azzjonijiet tat-tip FSE meħtieġa għall-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-parti FEŻR tal-operazzjoni u li jkunu direttament marbuta miegħu)

0  %

V  Il-promozzjoni għall-impjieg sostenibbli u ta' kwalità u appoġġ lill-mobilità tal-forza tax-xogħol:

102  L-aċċess għall-impjiegi għal dawk li qed ifittxu xogħol u għan-nies inattivi, inkluż nies li ilhom qiegħda u 'l bogħod mis-suq tax-xogħol, ukoll permezz ta’ inizjattivi għall-impjiegi lokali u appoġġ għall-mobbiltà tal-forza tax-xogħol

0  %

103  L-integrazzjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol ta’ żgħażagħ, b’mod partikolari dawk li m’għandhomx impjieg, edukazzjoni jew taħriġ, inkluż iż-żgħażagħ f’riskju ta’ esklużjoni soċjali u ż-żgħażagħ minn komunitajiet marġinalizzati, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ

0  %

104  Ix-xogħol indipendenti, l-imprenditorija u l-ħolqien ta’ negozju inkluż l-intrapriżi innovativi mikro, żgħar u medji

0  %

105  L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-oqsma kollha, inkluż fl-aċċess għall-impjiegi, il-progress fil-karriera, ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja privata u l-promozzjoni ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali

0  %

106  Adattament ta’ ħaddiema, intrapriżi u intraprendituri għall-bidla

0  %

107  Xjuħija attiva u b'saħħitha

0  %

108  Il-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol, bħal servizzi ta’ impjiegi pubbliċi u privati, u t-titjib tat-tqabbil tal-ħtiġijiet mas-suq tax-xogħol, inkluż permezz ta' azzjonijiet li jtejbu l-mobilità transnazzjonali tax-xogħol kif ukoll permezz ta’ skemi ta’ mobilità u kooperazzjoni aħjar bejn l-istituzzjonijiet u l-partijiet interessati rilevanti

0  %

VI  Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u kwalunkwe diskriminazzjoni:

109  Inklużjoni attiva, inkluż bil-għan li jiġu promossi opportunitajiet indaqs u parteċipazzjoni attiva, u li titjieb l-impjegabilità

0  %

110  L-integrazzjoni soċjoekonomika ta' komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma

0  %

111  Il-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs

0  %

112  It-tisħiħ tal-aċċess għal servizzi bi prezz li jista’ jintlaħaq, sostenibbli u ta’ kwalità għolja, inkluż il-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali

0  %

113  Il-promozzjoni tal-intraprenditorija soċjali u l-integrazzjoni vokazzjonali fl-intrapriżi soċjali u l-ekonomija soċjali u solidali sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal impjiegi

0  %

114  Strateġiji lokali għall-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità;

0  %

VII  L-investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ vokazzjonali għal ħiliet u tagħlim tul il-ħajja:

115  It-tnaqqis u l-evitar tat-tluq bikri mill-iskola u l-promozzjoni ta’ aċċess ugwali għall-edukazzjoni ta’ kwalità tajba fil-bidu tat-tfulija, l-edukazzjoni primarja u sekondarja inkluż mogħdijiet ta' tagħlim formali, mhux formali u informali għall-integrazzjoni mill-ġdid fl-edukazzjoni u t-taħriġ

0  %

116  It-titjib tal-kwalità fl-edukazzjoni terzjarja u l-edukazzjoni ekwivalenti u l-effiċjenza tagħha, u l-aċċess għaliha, bil-għan li jiżdiedu l-livelli ta’ parteċipazzjoni u ta’ kisba, speċjalment għal gruppi żvantaġġati

0  %

117  It-titjib fl-aċċess ugwali għat-tagħlim tul il-ħajja għall-gruppi tal-etajiet kollha f’kuntesti formali, mhux formali u informali, it-titjib tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi tal-forza tax-xogħol, u l-promozzjoni ta’ mogħdijiet ta’ tagħlim flessibbli inkluż permezz ta’ gwida għall-għażla tal-karriera u l-validazzjoni ta’ kompetenzi miksuba

0  %

118  It-titjib tar-rilevanza tas-suq tax-xogħol mas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol, u t-tisħiħ ta’ sistemi ta’ taħriġ u edukazzjoni vokazzjonali u l-kwalità tagħhom, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi għal antiċipazzjoni tal-ħiliet, l-adattament tal-kurrikula u l-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, inklużi s-sistemi ta’ tagħlim doppju u skemi ta’ apprendistat

0  %

VIII  It-tisħiħ fil-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati u amministrazzjoni pubblika effiċjenti:

119  L-investiment f’kapaċità istituzzjonali, kif ukoll l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubblika u s-servizzi pubbliċi fuq livelli nazzjonali, reġjonali u lokali bil-għan li jkun hemm riformi, regolamentazzjoni aħjar u governanza tajba

0  %

120  Il-bini tal-kapaċità għall-partijiet interessati kollha fil-mod ta' kif iwasslu l-edukazzjoni, it-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ u l-impjiegi u l-politiki soċjali, inkluż permezz ta’ patti settorjali u territorjali għall-mobilizzazzjoni tar-riforma fuq livelli nazzjonali, reġjonali u lokali

0  %

IX  L-assistenza teknika:

121  It-tħejjija, l-implementazzjoni, il-monitoraġġ u l-ispezzjoni

0  %

122  L-evalwazzjoni u l-istudji;

0  %

123  L-informazzjoni u l-komunikazzjoni

0  %

(1)   

Ristretti għal investimenti marbuta mal-ħarsien ambjentali jew akkumpanjati minn investimenti meħtieġa sabiex jittaffa jew jitnaqqas l-impatt ħażin tagħhom fuq l-ambjent.



TABELLA 2:  IL-KODIĊI GĦALL-FORMA TAD-DIMENSJONI TAL-FINANZI

2.  IL-FORMA TAL-FINANZI

01  Għotja li ma titħallasx lura

02  Għotja li titħallas lura

03  Appoġġ permezz ta' strumenti finanzjarji: kapital tar-riskju u ekwità jew l-ekwivalenti tagħhom

04  Appoġġ permezz ta' strumenti finanzjarji: self jew l-ekwivalenti tagħha

05  Appoġġ permezz ta' strumenti finanzjarji: garanzija jew l-ekwivalenti tagħha

06  Appoġġ permezz ta' strumenti finanzjarji: sussidju fir-rata' tal-interessi, sussidju fil-miżata tal-garanzija, appoġġ tekniku jew l-ekwivalenti tagħhom

07  Premju



TABELLA 3:  IL-KODIĊIIJET GĦAD-DIMENSJONI TERRITORJALI

3.  IT-TIP TA' TERRITORJU

01  Żoni Urbani kbar (b’densità għolja ta’ popolazzjoni > 50 000 popolazzjoni)

02  Żoni Urbani żgħar (b’densità medja ta’ popolazzjoni > 5 000 popolazzjoni)

03  Żoni rurali (b’popolazzjoni żgħira)

04  Iż-żona ta’ kooperazzjoni makroreġjonali

05  Il-kooperazzjoni fost iż-żoni ta’ programm nazzjonali jew reġjonali fil-kuntest nazzjonali

06  Il-kooperazzjoni transnazzjonali FSE

07  Mhux applikabbli



TABELLA 4:  IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TERRITORJALI TAL-MEKKANIŻMI EŻEKUTTIVI

4.  IL-MEKKANŻMI EŻEKUTTIVI TERRITORJALI

01  Investiment Territorjali Integrat — Urban

02  Approċċi integrati oħra lejn l-iżvilupp urban sostenibbli

03  Investiment Territorjali Integrat — Ieħor

04  Approċċi integrati oħra lejn l-iżvilupp rurali sostenibbli

05  Approċċi integrati oħra lejn l-iżvilupp urban/rurali sostenibbli

06  Inizjattivi għall-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità

07  Mhux applikabbli



TABELLA 5:  IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-OBJETTIV TEMATIKU

5.  OBJETTIV TEMATIKU (FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni)

01  It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni

02  It-tisħiħ tal-aċċess għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-użu u l-kwalità tagħhom

03  it-titjib tal-kompetittività tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju

04  l-appoġġ għat-trasferiment lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-oqsma kollha

05  Il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji

06  Il-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi

07  Il-promozzjoni ta' trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' ostakoli fl-infrastrutturi tan-netwerks ewlenin

08  Il-promozzjoni ta' impjiegi sostenibbli u ta' kwalità u l-appoġġ għall-mobilità fil-forza tax-xogħol

09  Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar u kwalunkwe diskriminazzjoni

10  L-investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ vokazzjonali għall-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja

11  It-tisħiħ fil-kapaċitajiet istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati u amministrazzjoni pubblika effiċjenti

12  Mhux applikabbli (Assistenza teknika biss)

▼M3

13  Trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija

▼B



TABELLA 6:  IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAT-TEMA SEKONDARJA TAĦT L-FSE

6.  IT-TEMA SEKONDARJA FSE

Il-koeffiċjent għall-kalkolu ta’ appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil-klima

01  L-appoġġ għall-bidla f'ekonomija b’karbonju baxx, ekonomija li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti

100  %

02  L-innovazzjoni soċjali

0  %

03  It-titjib tal-kompetittività tal-SMEs

0  %

04  It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni

0  %

05  It-tisħiħ tal-aċċessibilità għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-użu u l-kwalità tagħhom

0  %

06  In-nondiskriminazzjoni

0  %

07  L-ugwaljanza bejn is-sessi

0  %

08  Mhux applikabbli

0  %



TABELLA 7:  IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-ATTIVITÀ EKONOMIKA

7.  L-ATTIVITÀ EKONOMIKA

01  L-Agrikoltura u l-foresterija;

02  Is-sajd u l-akkwakultura

03  Il-manifattura ta’ prodotti tal-ikel u tax-xorb

04  Il-manifattura tat-tessuti u tal-prodotti tat-tessuti

05  Il-manifattura ta’ tagħmir għat-trasport

06  Il-manifattura ta’ kompjuters, prodotti elettroniċi u ottiċi

07  Industriji oħra ta' manifattura mhux speċifikati

08  Il-kostruzzjoni

09  It-tћaffir fil-minjieri u t-tħaffir fil-barrieri (inkluż għal materjali li jipproduċu l-enerġija)

10  L-elettriku, il-gass, l-ilma sħun u l-arja kkundizzjonata

11  Il-provvista tal-ilma, id-dranaġġ, l-immaniġġjar tal-iskart u attivitajiet ta’ rimedju

12  It-trasport u l-ħżin

13  Attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluż it-telekomunikazzjoni, attivitajiet ta’ servizz tal-informatika, l-ipprogrammar tal-kompjuters, konsulenza u attivitajiet relatati

14  Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut

15  It-turiżmu, attivitajiet b'rabta ma' servizzi ta’ akkomodazzjoni u tal-ikel

16  Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni

17  Attivitajiet ta' negozju, kiri, u tal-proprjeta' immobbli

18  L-amministrazzjoni pubblika

19  Edukazzjoni

20  Attivitajiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem

21  Attiviatjiet marbuta ma' xogħol soċjali, servizzi tal-komunità, servizzi soċjali u personali

22  Attivitajiet marbuta mal-ambjent u mat-tibdil fil-klima

23  Arti, divertiment, l-industriji kreattivi u rikreazzjoni

24  Servizzi oħra mhux speċifikati



TABELLA 8:  IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-POST

8.  IL-POST (2)

Il-Kodiċi

Il-post

 

Il-kodiċi tar-reġjun jew taż-żona fejn tinstab/qed titwettaq l-operazzjoni, kif stabbilit fin-Nomenklatura tal-Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS) fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

(1)   

Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).




ANNESS II

Il-koeffiëjenti biex jiāu kkalkolati l-ammonti ta’ appoāā għall-objettivi tat-tibdil fil- klima fil-kaŜ tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-IŜvilupp Rurali skont l-Artikolu 2



L-Artikolu tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (1)

Qasam ta' ffukar/prijorità

Koeffiċjent

Artikolu 5(3)(b)

L-appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-azjendi agrikoli

40  %

Artikolu 5(4)

Ir-restawr, l-ippreżervar u t-titjib tal-ekosistemi relatati mal-agrikoltura u mal-forestrija (l-oqsma ta' ffukar kollha)

100  %

Artikolu 5(5)

Il-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi u l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u ekonomija reżistenti għat-tibdil fil-klima fis-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestrija (l-oqsma ta' ffukar kollha)

100  %

Artikolu 5(6)(b)

It-trawwim tal-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali

40  %

(1)   

Ir-Regolament (KE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAERŻ) (ĠU L 347, 20.12.2003, p. 487).

▼M1




ANNESS III

Il-koeffiċjenti biex jiġu kkalkolati l-ammonti ta' appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil- klima fil-każ tal-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd skont l-Artikolu 3



L-Artikolu tar-Regolament (UE) Nru 508/2014

Titolu tal-Miżura

Koeffiċjent

KAPITOLU I

Żvilupp sostenibbli tas-Sajd

Artikolu 26

Innovazzjoni (+ l-Art. 44(3) Sajd intern)

0 %* (1)

Artikolu 27

Servizzi konsultattivi (+ l-Art. 44(3) Sajd intern)

0 %

Artikolu 28

Sħubiji bejn xjentisti u sajjieda (+ l-Art. 44(3) Sajd intern)

0 %*

Artikolu 29(1) + (2)

Promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali — taħriġ, netwerking, djalogu soċjali, appoġġ lil konjuġi u lis-sieħeb/sieħba għall-ħajja (+ l-Art. 44(1)(a) Sajd intern)

0 %*

Artikolu 29(3)

Il-promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali — apprendisti abbord il-biċċiet tal-baħar SSCF/djalogu soċjali

0 %*

Artikolu 30

Diversifikazzjoni u forom ġodda ta' dħul (+ l-Art. 44(4) Sajd intern)

0 %*

Artikolu 31

Appoġġ fil-bidu għal sajjieda żgħażagħ (+ l-Art. 44(2) Sajd intern)

0 %

Artikolu 32

Saħħa u sikurezza (+ l-Art. 44(1)(b) Sajd intern)

0 %

Artikolu 33

Waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd

40 %

Artikolu 34

Waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd

100 %

Artikolu 35

Fondi mutwi għal avvenimenti klimatiċi avversi u inċidenti ambjentali

40 %

Artikolu 36

Appoġġ għal sistemi ta' allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd

40 %

Artikolu 37

Appoġġ għad-disinn u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni u ta' kooperazzjoni reġjonali

0 %

Artikolu 38

Limitazzjoni tal-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar u l-adattament ta' sajd għall-protezzjoni tal-ispeċi (+ l-Art. 44(1)(c) Sajd intern)

40 %

Artikolu 39

Innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar (+ l-Art. 44(1)(c) Sajd intern)

40 %

Artikolu 40(1)(a)

Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità marittima — ġbir ta' rkaptu tas-sajd li jintilef u skart marittimu

0 %

Artikolu 40(1)(b)-(g) u (i)

Protezzjoni u rkuprar tal-bijodiversità marittima — kontribut għal ġestjoni jew konservazzjoni aħjar, il-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' faċilitajiet statiċi jew mobbli, it-tħejjija ta' pjanijiet ta' protezzjoni u ta' ġestjoni marbutin mas-siti NATURA 2000 u żoni ta' spazji protetti, il-ġestjoni, l-irkupru u l-monitoraġġ ta' żoni protetti tal-baħar, inklużi siti ta' NATURA 2000, għarfien ambjentali, il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet oħra mmirati lejn iż-żamma u t-titjib tas-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistemi (+ l-Art. 44(6) Il-fawna u l-flora akkwatika interna)

40 %

Artikolu 40(1)(h)

Protezzjoni u r-restawrazzjoni tal-bijodiversità marittima — skemi ta' kumpens għall-ħsara fil-qbid minn mammiferi u għasafar

0 %

Artikolu 41(1)(a), (b) u (c)

Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima — dwar investimenti abbord; awditi u skemi għall-effiċjenza enerġetika; studji li jivvalutaw il-kontribut ta' sistemi ta' propulsjoni alternattiva u disinji tal-bastimenti (+ Art. 44(1)(d) Sajd intern)

100 %

Artikolu 41(2)

Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima — is-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' magni prinċipali jew anċillari

100 %

Artikolu 42

Il-valur miżjud, il-kwalità tal-prodotti u l-użu ta' qabdiet mhux mixtieqa (+ Art. 44(1)(e) Sajd Intern)

0 %

Artikolu 43(1) + (3)

Portijiet tas-sajd, siti ta' żbark, swali tal-irkant u postijiet ta' kenn — investimenti li jtejbu l-infrastruttura tal-portijiet tas-sajd, is-swali tal-irkant jew is-siti ta' żbark u l-postijiet ta' kenn, il-bini ta' postijit ta' kenn sabiex tittejjeb is-sikurezza tas-sajjieda (+ Art. 44(1)(f) Sajd intern)

40 %

Artikolu 43(2)

Il-portijiet tas-sajd, is-siti ta' żbark, is-swali tal-irkant u l-postijiet ta' kenn — investimenti biex tiġi faċilitata l-konformità mal-obbligu tal-ħatt l-art tal-qabdiet kollha

0 %

KAPITOLU II

Żvilupp sostenibbli fl-Akkwakultura

Artikolu 47

Innovazzjoni

0 %*

Artikolu 48(1)(a)-(d), (f), (g) u (h)

Investimenti produttivi fl-akkwakultura

0 %*

Artikolu 48(1)(e), (i) u (j)

Investimenti produttivi fl-akkwakultura — l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, it-tnaqqis fl-użu tal-ilma u l-kimiċi, sistemi ta' riċirkulazzjoni sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun l-użu tal-ilma

0 %*

Artikolu 48(1)(k)

Investimenti produttivi fl-akkwakultura — żieda fl-effiċjenza enerġetika, enerġija rinnovabbli

40 %

Artikolu 49

Servizzi ta' ġestjoni, ta' għajnuna u konsulenza għall-farms tal-akkwakultura

0 %*

Artikolu 50

Il-promozzjoni tal-kapital uman u tan-netwerking

0 %*

Artikolu 51

Potenzjal akbar għas-siti tal-akkwakultura

40 %

Artikolu 52

Inħeġġu akkwakulturisti ġodda li jipprattikaw akkwakultura sostenibbli

0 %

Artikolu 53

Konverżjoni għal skemi tal-immaniġġar u l-awditjar tal-ambjent u l-akkwakultura organika

0 %*

Artikolu 54

Akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali

0 %*

Artikolu 55

Miżuri tas-saħħa pubblika

0 %

Artikolu 56

Miżuri għas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali

0 %

Artikolu 57

Assigurazzjoni tal-istokkijiet fis-settur tal-akkwakultura

40 %

KAPITOLU III

Żvilupp sostenibbli taż-Żoni tas-Sajd

Artikolu 62(1)(a)

Appoġġ preparatorju

0 %

Artikolu 63

Implimentazzjoni ta' strateġiji għall-iżvilupp lokali (inklużi spejjeż operattivi u animazzjoni)

40 %

Artikolu 64

Attivitajiet ta' kooperazzjoni

0 %*

KAPITOLU IV

Miżuri relatati mal-Kummerċjalizzazzjoni u l-Ipproċessar

Artikolu 66

Pjanijiet dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni

0 %*

Artikolu 67

Għajnuna għall-ħażna

0 %

Artikolu 68

Miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni

0 %*

Artikolu 69

L-ipproċessar ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

0 %*

KAPITOLU V

Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

Artikolu 70

Reġim ta' kumpens

0 %

KAPITOLU VI

Miżuri ta' akkumpanjament għall-Politika Komuni tas-Sajd b'ġestjoni konġunta

Artikolu 76

Kontroll u infurzar

0 %

Artikolu 77

Ġbir ta' dejta

0 %*

KAPITOLU VII

Għajnuna teknika bl-inizjattiva tal-Istati Membri

Artikolu 78

Għajnuna teknika bl-inizjattiva tal-Istati Membri

0 %

KAPITOLU VIII

Miżuri dwar politika marittima integrata ffinanzjata b'ġestjoni konġunta

Artikolu 80(1)(a)

Is-Sorveljanza Marittima Integrata

0*%

Artikolu 80(1)(b)

Promozzjoni tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u kostali

40 %

Artikolu 80(1)(c)

Jittejjeb l-għarfien dwar il-qagħda tal-ambjent tal-baħar

40 %

(1)   

Jista' jiġi assenjat piż sa 40 % tal-miżuri mmarkati bl-* fit-Tabella, skont l-Artikolu 3(2).



( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259).

( 2 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 181/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470).

( 3 ) Il-Fond Ewropew gћall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Soċjali Ewropew.

Top