This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document e769e82a-d063-11ec-a95f-01aa75ed71a1
Council Regulation (EU) No 747/2014 of 10 July 2014 concerning restrictive measures in view of the situation in Sudan and repealing Regulations (EC) No 131/2004 and (EC) No 1184/2005
Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 747/2014 tal-10 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 131/2004 u Nru 1184/2005
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 747/2014 tal-10 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 131/2004 u Nru 1184/2005
02014R0747 — MT — 13.04.2022 — 006.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 747/2014 tal-10 ta' Lulju 2014 (ĠU L 203 11.7.2014, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/401 tas-7 ta' Marzu 2017 |
L 63 |
3 |
9.3.2017 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1942 tal-25 ta' Ottubru 2017 |
L 276 |
1 |
26.10.2017 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/512 tas-27 ta' Marzu 2018 |
L 84 |
13 |
28.3.2018 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1163 tal-5 ta' Lulju 2019 |
L 182 |
33 |
8.7.2019 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/804 tal-20 ta’ Mejju 2021 |
L 180 |
1 |
21.5.2021 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/595 tal-11 ta’ April 2022 |
L 114 |
60 |
12.4.2022 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 747/2014
tal-10 ta' Lulju 2014
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 131/2004 u Nru 1184/2005
Artikolu 1
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“servizzi ta' senserija” tfisser:
in-negozjar jew l-arranġament ta' tranżazzjonijiet għax-xiri, il-bejgħ jew il-provvista ta' beni u teknoloġija, jew ta' servizzi finanzjarji u tekniċi, minn pajjiż terz lil kull pajjiż terz ieħor; jew
il-bejgħ jew ix-xiri ta' beni u teknoloġija, jew ta' servizzi finanzjarji u tekniċi, li jkunu f'pajjiżi terzi biex jiġu ttrasferiti lejn xi pajjiż terz ieħor;
“pretensjoni” tfisser kull talba, sew asserita bi proċeduri legali jew le, magħmula qabel jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, taħt jew b'rabta ma' kuntratt jew tranżazzjoni, u b'mod partikolari tinkludi:
pretensjoni għat-twettiq ta' kull obbligu li jirriżulta skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b'rabta ma' wieħed minnhom;
talba għall-estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, ta' garanzija finanzjarja jew ta' indennizz ta' kull forma;
talba għal kumpens marbut ma' kuntratt jew tranżazzjoni;
kontro-talba;
talba għar-rikonoxximent jew l-infurzar, inkluż bil-proċedura ta' exequatur, ta' sentenza, ta' deċiżjoni bl-arbitraġġ jew ta' deċiżjoni ekwivalenti, irrispettivament minn fejn tittieħed jew tingħata;
“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni ta' liema forma hi u tkun xi tkun il-liġi applikabbli, sew jekk tikkonsisti f'kuntratt wieħed jew aktar jew obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew differenti; għal dak l-iskop, “kuntratt” jinkludi bond, garanzija jew indennità, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennità finanzjarja, u kreditu, sew jekk legalment indipendenti jew le, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni relatata li taqa' taħt, jew b'konnessjoni ma', it-tranżazzjoni;
“awtoritajiet kompetenti” tirreferi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq il-websites elenkati fl-Anness II;
“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kwalunkwe tip, kemm dawk tanġibbli kif ukoll dawk intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;
“l-iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta' riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta' fondi, beni jew servizzi b'kull mod, inkluż, iżda mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-użu tagħhom bħala ipoteka;
“l-iffriżar ta' fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kull moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta', aċċess għal, jew negozju b'fondi li b'kull mod jirriżulta fi xi bidla fil-volum, fl-ammont, fil-post, fid-dritt tal-proprjetà, fil-pussess, fil-karattru, fid-destinazzjoni tagħhom jew f'bidla oħra li tippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż l-immaniġġar ta' portafolji;
“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta' kull xorta, li jinkludu, iżda mhux limitati għal:
flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet ta' flus, kambjali, ordnijiet ta' flus u strumenti oħra ta' ħlas;
depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta' dejn;
titoli u strumenti ta' dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi l-istokks u l-ishma, iċ-ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti tad-derivattivi;
imgħax, dividends jew introjtu ieħor minn assi jew valur li jakkumula minnhom jew iġġenerat minnhom;
kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, garanziji tal-eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra;
ittri ta' kreditu, poloz tat-tagħbija, poloz ta' bejgħ; u
dokumenti li jagħtu prova ta' interess f'fondi jew f'riżorsi finanzjarji;
“Kumitat tas-Sanzjonijiet” tfisser il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont il-paragrafu 3 tal-UNSCR 1591 (2005);
“assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma' tiswijiet, żvilupp, manifattura, immuntar, ittestjar, manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tkun f'forma ta' struzzjoni, parir, taħriġ, trażmissjoni ta' għarfien operazzjonali jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza, tinkludi forom verbali ta' assistenza;
“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.
Artikolu 2
Għandu jkun ipprojbit:
l-għoti ta' assistenza teknika jew servizzi ta' senserija relatati ma' attivitajiet militari u għall-fornitura, manifattura, manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u l-partijiet ta' sostituzzjoni għalihom, direttament jew indirettament lil kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fis-Sudan;
l-għoti ta' finanzi jew assistenza finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu fuq esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni għal kull bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal relatat, jew għal forniment ta' assistenza teknika relatata, direttament jew indirettament lil kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fis-Sudan.
Artikolu 3
B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw il-forniment ta' finanzjar u assistenza finanzjarja, assistenza teknika u servizzi ta' senserija fir-rigward ta':
tagħmir militari mhux letali maħsub biss għall-użu umanitarju, użu ta' monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem jew użu protettiv, jew għall-programmi tan-NU, l-Unjoni Afrikana (UA) u l-Unjoni Ewropea għall-bini ta' istituzzjonijiet;
materjal maħsub għall-operazzjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet tal-Unjoni Ewropea, in-NU u tal-UA;
tagħmir għat-tneħħija tal-mini u materjal għall-użu f'operazzjonijiet tat-tenħħija tal-mini.
Artikolu 4
L-Artikolu 2 ma għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket rinforzati bil-metall u elmi militari, temporanjament esportati lejn is-Sudan mill-persunal tan-NU, persunal tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-medja, ħaddiema umanitarji u tal-iżvilupp u l-persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.
Artikolu 5
Artikolu 6
B'deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li jsiru disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, skont kundizzjonijiet li jitqiesu xierqa, dejjem jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet:
l-awtorità kompetenti kkonċernata ddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma:
meħtieġa għall-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi I, u tal-membri dipendenti tal-familji ta' dawn il-persuni fiżiċi, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u spejjeż tas-servizzi pubbliċi;
maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż ta' spejjeż marbutin mal-għoti ta' servizzi legali; jew
maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' onorarji jew imposti għal servizzi għall-kustodja normali jew għall-manutenzjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; u
l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bid-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti l-awtorizzazzjoni, u li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jkunx oġġezzjona għal din l-azzjoni fi żmien jumejn ta' xogħol min-notifika.
Artikolu 7
B'deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma s-suġġett ta' garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 5 jkunu ġew inklużi fl-Anness I, jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklussivament sabiex jintlaħqu l-pretensjonijiet żgurati minn tali rahan jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;
il-garanzija jew is-sentenza mhijiex għall-benefiċċju ta' persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness I;
ir-rikonoxximent li l-garanzija jew is-sentenza ma tmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat; u
il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat mill-Istat Membru bil-garanzija jew bis-sentenza.
Artikolu 8
L-Artikolu 5(2) ma għandux japplika maż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':
imgħax jew qligħ ieħor fuq dawn il-kontijiet;
pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmija fl-Artikolu 5 ġew inklużi fl-Anness I; jew
pagamenti dovuti taħt garanzija jew sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, kif imsemmi fl-Artikolu 7;
bil-kondizzjoni li kwalunkwe imgħax, dħul ieħor u ħlasijiet bħal dawn ikunu ffriżati skont l-Artikolu 5(1).
Artikolu 9
Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:
jagħtu minnufih kull tali informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħall-informazzjoni fuq kontijiet u l-ammonti ffriżati skont l-Artikolu 5 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u jittrażmettu tali informazzjoni, direttament jew permezz tal-awtoritajiet kompetenti lill-Kummissjoni; u
jikkoperaw mal-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Anness II fi kwalunkwe verifika ta' dan it-tagħrif.
Artikolu 10
Il-parteċipazzjoni, konsapevolment u intenzjonalment, f'attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri msemmija fl-Artikoli 2 u 5 għandha tkun ipprojbita.
Artikolu 11
Artikolu 12
Ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' kwalunkwe kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni ta' dawn ġiet affettwata, direttament jew indirettament, b'mod sħiħ jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarja, ta' kwalunkwe għamla, ma tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:
mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, mill-entitajiet jew mill-korpi nnominati, elenkati fl-Anness I;
minn kull persuna, entità jew korp li jaġixxu permezz ta' waħda mill-persuni, l-entitajiet jew il-korpi jew li jaġixxu f'isimhom, imsemmija fil-punt (a).
Artikolu 13
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin dwar il-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u għandhom jikkondividu kull informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir-Regolament, partikolarment informazzjoni fir-rigward ta':
fondi ffriżati taħt l-Artikolu 5 u awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt l-Artikoli 6, 7 u 8;
ksur u problemi ta' infurzar u sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.
Artikolu 14
1. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.
Artikolu 15
Artikolu 16
L-Anness I għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet neċessarja biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi ismijiet, inklużi psewdonomi, data u post tat-twelid, ċittadinanza, numru tal-passaport u numru tal-identità, sess, indirizz, jekk magħruf, u funzjoni jew professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi tali informazzjoni tista' tinkludi ismijiet, post u data ta' reġistrazzjoni, numru ta' reġistrazzjoni u post ta' negozju. L-Anness I għandu jinkludi wkoll id-data ta' elenkar mill-Kunsill ta' Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
Artikolu 17
Artikolu 18
Artikolu 19
Dan ir-Regolament għandu japplika:
fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;
abbord kull inġenju tal-ajru jew kull bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;
għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Unjoni jew lil hinn minnu li tkun ċittadina ta' Stat Membru;
għal kull persuna ġuridika, entità jew korp, ġewwa jew barra mit-territorju tal-Unjoni, li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta' Stat Membru;
għal kwalunkwe persuni, entità jew korp fir-rigward ta' kull negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni.
Artikolu 20
Ir-Regolamenti (KE) Nru 131/2004 u (KE) Nru 1184/2005 huma b'dan imħassra. Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzai għal dan ir-Regolament u għar-Regolament (UE) Nru 748/2014.
Artikolu 21
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 5
A. Persuni fiżiċi
1. ELHASSAN, Gaffar Mohammed
Psewdonimu: Gaffar Mohmed Elhassan
Deżinjazzjoni: Ġeneral Maġġur u Kmandant tar-Reġjun Militari tal-Punent għall-Forzi Armati Sudaniżi (SAF)
Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Karta ta' identifikazzjoni 4302 ta' ex-impjegat tas-servizzi
Data tat-twelid: 24 ta' Ġunju 1952
Indirizz: El Waha, Omdurman, Sudan
Data tan-nomina min-NU: 25 ta' April 2006
Informazzjoni oħra: Irtirat mill-Armata Sudaniża. Indirizz tal-Internet tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5282254
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Il-Grupp ta' Esperti jirrapporta li l-Ġeneral Maġġur Gaffar Mohammed Elhassan stqarrilhom li huwa kellu kmand operazzjonali dirett (primarjament kmand tattiku) tal-elementi kollha tas-SAF f'Darfur meta kien jikkmanda r-Reġjun Militari tal-Punent. Elhassan kien f'din il-pożizzjoni ta' Kmandant taż-Żona Militari tal-Punent minn Novembru 2004 (bejn wieħed u ieħor) sal-bidu tal-2006. L-informazzjoni tal-Grupp tgħid li Elhassan kien responsabbli mill-ksur tal-paragrafu 7 ta' SCR 1591 minħabba li permezz tal-pożizzjoni tiegħu huwa talab (minn Khartoum) u awtorizza (mid-29 ta' Marzu 2005) it-trasferiment ta' tagħmir militari f'Darfur mingħajr approvazzjoni minn qabel tal-Kumitat 1591. Elhassan innifsu ammetta lill-Grupp ta' Esperti li kienu nġiebu f'Darfur inġenji tal-ajru, magni tal-inġenji tal-ajru u tagħmir militari ieħor minn partijiet oħrajn tas-Sudan bejn id-29 ta' Marzu 2005 u Diċembru 2005. Pereżempju huwa informa lill-Grupp li żewġ ħelikopters tal-attakk Mi-24 inġiebu b'mod mhux awtorizzat f'Darfur bejn it-18 u l-21 ta' Settembru 2005. Hemm ukoll raġunijiet validi biex wieħed jemmen li Elhassan kien direttament responsabbli, bħala Kmandant taż-Żona Militari tal-Punent, mill-awtorizzazzjoni ta' ġlied militari offensiv fiż-żona ta' madwar Abu Hamra, fit-23-24 ta' Lulju 2005 u fiż-żona ta' Jebel Moon f'Darfur tal-Punent, fid-19 ta' Novembru 2005. Il-ħelikopters tal-attakk Mi-24 kienu involuti fiż-żewġ operazzjonijiet u allegatament sparaw fiż-żewġ okkażjonijiet. Il-Grupp ta' Esperti jirrapporta li Elhassan indika lill-Grupp li huwa stess approva t-talbiet għal appoġġ bl-ajru u operazzjonijiet oħrajn tal-ajru fil-kapaċità tiegħu ta' Kmandant taż-Żona Militari tal-Punent. (Ara r-rapport tal-Grupp ta' Esperti, S/2006/65, paragrafi 266-269.) Permezz ta' tali azzjonijiet il-Ġeneral Maġġur Gaffar Mohammed ELHASSAN kiser id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' SCR 1591 u għalhekk jilħaq il-kriterji biex jiġi nominat mill-Kumitat biex ikun soġġett għal sanzjonijiet.
2. ALNSIEM, Musa Hilal Abdalla
Psewdonimu: a) Sheikh Musa Hilal; b) Abd Allah; c) Abdallah; d) AlNasim; e) Al Nasim; f) AlNaseem; g) Al Naseem; h) AlNasseem; i) Al Nasseem
Nomina: a) eks-Membru tal-Assemblea Nazzjonali tas-Sudan mid-distrett ta' Al-Waha, b) eks-konsulent speċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Federali, c) Kap Suprem tat-Tribù ta' Mahamid fit-Tramuntana tad-Darfur
Data tat-twelid: a) 1 ta' Jannar 1964; b) 1959;
Post tat-twelid: Kutum;
Indirizz: a) Kabkabiya, is-Sudan; b) Kutum, is-Sudan (Residenti f'Kabkabiya u l-belt ta' Kutum, fit-Tramuntana ta' Darfur u għex f'Khartoum).
Nazzjonalità: Is-Sudan
Passaport: a) Passaport Diplomatiku D014433, maħruġ fil-21 ta' Frar 2013 (Skada fil-21 ta' Frar 2015);
b) Passaport Diplomatiku D009889, maħruġ fis-17 ta' Frar 2011 (Skada fis-17 ta' Frar 2013)
Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Ċertifikat ta' Nazzjonalità A0680623.
Data tan-nomina min-NU: 25 ta' April 2006.
Informazzjoni oħra: Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5795065
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Rapport mill-Human Rights Watch jiddikjara li għandhom memorandum iddatat it-13 ta' Frar 2004 minn uffiċċju tal-gvern lokali fit-Tramuntana ta' Darfur li jordna lill-“unitajiet tas-sigurtà fil-lokalità” biex “jippermettu li l-attivitajiet tal-mujahideen u l-voluntiera taħt il-kmand tax-Xejk Musa Hilal jipproċedu fiż-żoni tat-[Tramuntana ta' Darfur] u jiżguraw il-ħtiġijiet vitali tagħhom”. Fit-28 ta' Settembru 2005, 400 milizzja Għarbija attakkaw il-villaġġi ta' Aro Sharrow (inkluż il-kamp tiegħu ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP)), Acho, u Gozmena f'Darfur tal-Punent. Aħna nemmnu wkoll li Musa Hilal kien preżenti waqt l-attakk fuq il-kamp tal-IDP ta' Aro Sharrow: ibnu kien inqatel waqt l-attakk tal-Armata tal-Liberazzjoni Sudaniża (SLA) fuq Shareia, jiġifieri issa kien involut fi ġlieda personali marbuta mal-familja. Hemm raġunijiet validi biex wieħed jemmen li bħala l-Kap Suprem huwa kellu responsabbiltà diretta għal dawn l-azzjonijiet u huwa responsabbli għal ksur tad-dritt internazzjonali umanitarju u dwar id-drittijiet tal-bniedem u għal atroċitajiet oħra.
▼M5 —————
4. MAYU, Jibril Abdulkarim Ibrahim
Psewdonimu: a) General Gibril Abdul Kareem Barey; b) “Tek”; c) Gabril Abdul Kareem Badri
Nomina: Kmandant Operattiv tal-Moviment Nazzjonali għar-Riforma u l-Iżvilupp (NMRD)
Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1967
Post tat-twelid: El-Fasher, it-Tramuntana tad-Darfur
Nazzjonalità: Sudaniż mit-twelid
Indirizz: Tine, Sudan (Residenti f'Tine, fuq in-naħa Sudaniża tal-fruntiera maċ-Chad)
Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: a) 192-3238459-9, b) Ċertifikat ta' nazzjonalità akkwistat permezz tat-twelid 302581
Data tan-nomina min-NU: 25 ta' April 2006.
Informazzjoni oħra: Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5795071
Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Mayu huwa responsabbli għall-ħtif ta' persunal tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Sudan (AMIS) f'Darfur matul Ottubru 2005. Mayu jagħmel tentattiv bil-miftuħ li jisfratta l-missjoni tal-AMIS permezz ta' intimidazzjoni; pereżempju huwa hedded li jispara fuq ħelikopters tal-Unjoni Afrikana (UA) u jwaqqagħhom fiż-żona ta' Jebel Moon f'Novembru 2005. Permezz ta' tali azzjonijiet Mayu kiser biċ-ċar SCR 1591 billi huwa jikkostitwixxi theddida għall-istabbiltà f'Darfur u jissodisfa l-kriterji biex jiġi nominat mill-Kumitat biex ikun soġġett għal sanzjonijiet.
B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi
ANNESS II
WEBSITES GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR L-AWTORITAJIET KOMPETENTI U L-INDIRIZZ GĦAN-NOTIFIKI LILL-KUMMISSJONI EWROPEA
IL-BELĠJU
https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions
IL-BULGARIJA
https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions
IĊ-ĊEKJA
www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html
L-ESTONJA
https://vm.ee/et/rahvusvahelised-sanktsioonid
L-IRLANDA
https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955
L-ITALJA
https://www.esteri.it/it/politica-estera-e-cooperazione-allo-sviluppo/politica_europea/misure_deroghe/
ĊIPRU
https://mfa.gov.cy/themes/
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
IL-LUSSEMBURGU
https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/organisations-economiques-int/mesures-restrictives.html
L-UNGERIJA
https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato
MALTA
https://foreignandeu.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/SMB-Home.aspx
IN-NETHERLANDS
https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties
L-AWSTRIJA
https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/
IL-POLONJA
https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe
https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions
IL-PORTUGALL
https://www.portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi
IS-SLOVAKKJA
https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
https://um.fi/pakotteet
L-IŻVEZJA
https://www.regeringen.se/sanktioner
Indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
Il-Kummissjoni Ewropea
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (DĠ FISMA)
Rue de Spa 2
B-1049 Brussell, il-Belġju
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu