Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document a00f9eec-7869-11ec-9136-01aa75ed71a1

Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2019/2129 tal-25 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni uniformi ta’ rati ta’ frekwenza għall-verifiki tal-identità u għall-verifiki fiżiċi fuq ċerti kunsinni ta’ annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

02019R2129 — MT — 26.12.2021 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2129

tal-25 ta’ Novembru 2019

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni uniformi ta’ rati ta’ frekwenza għall-verifiki tal-identità u għall-verifiki fiżiċi fuq ċerti kunsinni ta’ annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 321 12.12.2019, p. 122)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2141 tat-3 ta’ Diċembru 2021

  L 433

5

6.12.2021




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2129

tal-25 ta’ Novembru 2019

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni uniformi ta’ rati ta’ frekwenza għall-verifiki tal-identità u għall-verifiki fiżiċi fuq ċerti kunsinni ta’ annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni uniformi tar-rata ta’ frekwenza xierqa tal-verifiki tal-identità u tal-verifiki fiżiċi fuq il-kunsinni tal-annimali u tal-oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/625 li huma maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament,

1. 

“rata ta’ frekwenza” tfisser il-perċentwal minimu ta’ kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti msemmija fl-Artikolu 1, iddeterminat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, mill-għadd ta’ kunsinni li jkunu waslu fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera matul perjodu identifikat, li fuqu jridu jitwettqu l-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi mill-awtoritajiet kompetenti;

2. 

“IMSOC” tfisser is-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Artikolu 3

Għażla tal-kunsinni għall-verifiki fiżiċi

1.  

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu l-kunsinni għall-verifiki fiżiċi skont il-proċedura li ġejja:

(a) 

tintgħażel kunsinna aleatorja b’mod awtomatiku mill-IMSOC;

(b) 

l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tagħżel il-kunsinna ġġenerata skont il-punt (a) jew tagħżel kunsinna differenti tal-istess kategorija u oriġini tal-oġġetti.

2.  
Għal kull kunsinna magħżula għall-verifiki fiżiċi f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu verifiki tal-identità kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2130.

Artikolu 4

Rati ta’ frekwenza għall-verifiki tal-identità u għall-verifiki fiżiċi

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi fuq kunsinni ta’ annimali, ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, ta’ prodotti derivati, ta’ tiben u ħuxlief u ta’ prodotti komposti skont ir-rati ta’ frekwenza ddeterminati f’konformità mal-Artikolu 5.
2.  
Għall-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II li magħhom l-Unjoni kkonkludiet ftehimiet ta’ ekwivalenza, għandhom jitwettqu l-verifiki fiżiċi skont ir-rati ta’ frekwenza stabbiliti minn dawn il-ftehimiet.

Artikolu 5

Determinazzjoni u modifika tar-rati ta’ frekwenza tal-verifiki tal-identità u tal-verifiki fiżiċi mwettqa fuq l-annimali, il-prodotti li joriġinaw mill-annimali, il-prodotti ġerminali, il-prodotti sekondarji mill-annimali, il-prodotti derivati, it-tiben u l-ħuxlief u l-prodotti komposti

1.  
Ir-rati ta’ frekwenza tal-linja bażi għall-verifiki tal-identità u għall-verifiki fiżiċi fuq il-kunsinni tal-annimali u tal-oġġetti msemmija fl-Artikolu 1 huma stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, fuq il-bażi tal-valutazzjonijiet xjentifiċi u tal-informazzjoni msemmija fil-punti (a)(v) u (vi) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) 2017/625.
2.  

Ir-rata ta’ frekwenza għall-verifiki fiżiċi fuq oġġetti speċifiċi minn pajjiż terz speċifiku tista’ tiżdied fejn jiġu identifikati nuqqasijiet serji abbażi ta’:

(a) 

informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 125(1) tar-Regolament (UE) 2017/625; jew

(b) 

ir-riżultat tal-kontrolli mwettqa mill-esperti tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 120(1) tar-Regolament (UE) 2017/625.

F’dan il-każ, ir-rata ta’ frekwenza ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 1 tiżdied għar-rata ta’ frekwenza tal-linja bażi ogħla li jmiss stabbilita fl-Anness I jew għal rata ta’ frekwenza ta’ 50 % meta r-rata ta’ frekwenza applikabbli għall-kategorija speċifika tal-oġġetti tkun ta’ 30 %,

3.  
Ir-rata ta’ frekwenza tal-verifiki fiżiċi għandha tiżdied mir-rata ta’ frekwenza tal-linja bażi ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 1 għar-rata ta’ frekwenza tal-linja bażi ogħla li jmiss stabbilita fl-Anness I, jew għal rata ta’ frekwenza ta’ 50 % jekk ir-rata ta’ frekwenza applikabbli għall-kategorija speċifika tal-oġġetti tkun ta’ 30 %, meta d-data u l-informazzjoni miġbura permezz tal-IMSOC jindikaw, għal oġġetti speċifiċi minn pajjiż terz speċifiku u għall-istess kategorija ta’ oġġetti, livell ta’ nuqqas ta’ konformità fir-rigward tal-verifiki fiżiċi fl-aħħar 12-il xahar li jaqbeż bi 30 % ir-rata medja tan-nuqqas ta’ konformità għall-istess kategorija ta’ oġġetti mill-pajjiżi terzi kollha.
4.  
Meta l-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 jew fil-paragrafu 3 ma jibqgħux jiġu ssodisfati, ir-rata ta’ frekwenza għandha titnaqqas għar-rata ta’ frekwenza tal-linja bażi rispettiva stabbilita fl-Anness I.
5.  
Permezz tal-IMSOC, il-Kummissjoni għandha tqiegħed ir-rati ta’ frekwenza ddeterminati f’konformità ma’ dan l-Artikolu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u tal-operaturi.

Artikolu 6

Tħassir

Id-Deċiżjoni 94/360/KE titħassar b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS I

Kriterji tal-linja bażi sabiex jiġu ddeterminati r-rati ta’ frekwenza tal-linja bażi għall-verifiki tal-identità u għall-verifiki fiżiċi tal-kunsinni ta’ annimali, ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, ta’ prodotti ġerminali, ta’ prodotti sekondarji mill-annimali, ta’ prodotti derivati, ta’ tiben u ħuxlief u ta’ prodotti komposti



Kriterji tal-linja bażi sabiex jiġu ddeterminati r-rati ta’ frekwenzi tal-linja bażi għall-verifiki tal-identità u għall-verifiki fiżiċi

Rati ta’ frekwenza tal-linja bażi li japplikaw għall-

Kategorija tar-riskju

Kategorija ta’ annimali jew ta’ oġġetti (*1)

Verifiki tal-identità

Verifiki fiżiċi

I

Annimali

100  %

100  %

II

— Laħam ikkapuljat, laħam separat mekkanikament u preparazzjonijiet tal-laħam għall-konsum mill-bniedem (“KB”)

— Laħam tat-tjur għall-KB

— Laħam tal-fenek, laħam tal-annimali tal-kaċċa, u l-prodotti tal-laħam tagħhom għall-KB

— Bajd għall-KB

— Prodotti tal-bajd għall-KB li huma ppreservati f’temperaturi mkessħa jew iffriżati

— Ħalib għall-KB

— Prodotti tal-ħalib u prodotti li fihom il-kolostru għall-KB, li huma ppreservati f’temperaturi mkessħa jew iffriżati

— Prodotti tas-sajd mill-akkwakultura u molluski bivalvi għall-KB, li mhumiex f’kontenituri ssiġillati ermetikament maħsuba biex jagħmluhom stabbli f’temperatura ambjentali

— Prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati, għall-għalf tal-annimali tar-razzett

100  %

30  %

III

— Laħam minbarra l-laħam imsemmi fil-kategorija tar-riskju II, u l-prodotti tal-laħam idderivati minn dan il-laħam, għall-KB

— Xaħam tal-annimali mdewweb u qrieqeċ għall-KB

— Prodotti tal-laħam tat-tjur għall-KB

— Prodotti tal-bajd għall-KB, minbarra dawk imsemmija fil-kategorija tar-riskju II

— Prodotti tal-ħalib u prodotti li fihom il-kolostru għall-KB, minbarra dawk imsemmija fil-kategorija tar-riskju II

— Prodotti tas-sajd minbarra dawk imsemmija fil-kategorija tar-riskju II

— Għasel u prodotti oħra tal-apikultura għall-KB

— Prodotti tas-sajd minbarra dawk imsemmija fil-kategorija tar-riskju IV

— Bajd għat-tifqis

— Fertilizzanti organiċi u materjali li jtejbu l-ħamrija, idderivati minn prodotti sekondarji tal-annimali

— Koxox taż-żrinġijiet u bebbux għall-KB

— Insetti għall-KB

100  %

15  %

IV

— Ġelatina u kollaġen għall-KB

— Budellat

— Semen u embrijuni

— Prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati, minbarra dawk imsemmija fil-kategoriji tar-riskju II u III

— Prodotti komposti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(2)(c), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625

100  %

5  %

V

— Prodotti raffinati ħafna għall-KB

— Tiben u qamħ

— Prodotti oħra minbarra dawk imsemmija fil-kategoriji tar-riskju II, III u IV

100  %

1  %

(*1)   

Ir-rati ta’ frekwenza għall-verifiki fiżiċi tal-kunsinni ta’ kampjuni kummerċjali għandhom ikunu konformi mad-deskrizzjoni tal-kategoriji tal-oġġetti mogħtija f’dan l-Anness.

▼B




ANNESS II

Lista ta’ ċerti pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 4(2) u tal-frekwenzi tal-verifiki fiżiċi

1.    New Zealand

Fil-każ ta’ New Zealand, il-frekwenzi għandhom ikunu dawk previsti fil-Ftehim li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/132/KE ( 1 ) fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar il-miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ ta’ annimali ħajjin u prodotti tal-annimali.

2.    Il-Kanada

Fil-każ tal-Kanada, il-frekwenzi għandhom ikunu dawk previsti fl-Anness VIII tal-Ftehim li kien approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE ( 2 ).

3.    Iċ-Ċilì

Fil-każ taċ-Ċilì, il-frekwenzi għandhom ikunu dawk previsti fil-Ftehim dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji applikabbli għall-Kummerċ tal-Annimali u tal-Prodotti tal-Annimali, tal-Pjanti, tal-Prodotti mill-Pjanti u Oġġetti oħra kif ukoll dwar il-Benessri tal-Annimali, stabbilit fl-Anness IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/979/KE ( 3 ).



( 1 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/132/KE tas-17 ta’ Diċembru 1996 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (ĠU L 57, 26.2.1997, p. 4).

( 2 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE tal-14 ta’ Diċembru 1998 dwar il-Ftehim milħuq bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji biex jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fir-rigward ta’ kummerċ f’annimali ħajjin u prodotti magħmulin mill-annimali (ĠU L 71, 18.3.1999, p. 1).

( 3 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/979/KE tat-18 ta’ Novembru 2002 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċertu dispożizzjonijiet ta’ Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (ĠU L 352, 30.12.2002, p. 1).

Top