Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 953a3bf3-d01b-11ee-b9d9-01aa75ed71a1

Consolidated text: Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

02019R1020 — MT — 18.02.2024 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) 2019/1020 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Ġunju 2019

dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 169 25.6.2019, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2023/1542 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tat-12 ta’ Lulju 2023

  L 191

1

28.7.2023




▼B

REGOLAMENT (UE) 2019/1020 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Ġunju 2019

dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.  
L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi jsaħħaħ is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti koperti mil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 2, bl-għan li jiżgura li fis-suq tal-Unjoni jkunu disponibbli biss il-prodotti konformi li jissodisfaw rekwiżiti li jipprovdu għal livell għoli ta' protezzjoni ta' interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sikurezza ġenerali, is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-protezzjoni tal-ambjent u tas-sigurtà pubblika u ta' kwalunkwe interess ieħor kopert b'dik il-leġislazzjoni.
2.  
Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli u proċeduri għall-operaturi ekonomiċi rigward prodotti soġġetti għal ċerta leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi.
3.  
Dan ir-Regolament jipprovdi wkoll qafas għal kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.  
Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti li huma soġġetti għal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness I (“leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni”), dment li ma jkun hemm ebda dispożizzjoni speċifika bl-istess objettiv fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, li tirregola b'mod aktar speċifiku aspetti partikolari tal-infurzar u tas-sorveljanza tas-suq.
2.  
L-Artikoli 25 sa 28 għandhom japplikaw għall-prodotti koperti mil-liġi tal-Unjoni dment li ma jkunx hemm dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi tal-Unjoni relatati mal-organizzazzjoni tal-kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni.
3.  
L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma għandhiex timpedixxi lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq milli jieħdu miżuri aktar speċifiċi kif previst fid-Direttiva 2001/95/KE.
4.  
Dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 12 sa 15 tad-Direttiva 2000/31/KE.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“tqegħid fis-suq” tfisser kull forniment ta' prodott għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali, kemm jekk isir bi ħlas kif ukoll jekk ikun mingħajr ħlas;

(2) 

“introduzzjoni fis-suq” tfisser li prodott isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni;

(3) 

“sorveljanza tas-suq” tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jiżguraw li l-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interess pubbliku kopert b'dik il-leġislazzjoni;

(4) 

“awtorità tas-sorveljanza tas-suq” tfisser awtorità ddeżinjata minn Stat Membru skont l-Artikolu 10 bħala responsabbli mit-twettiq tas-sorveljanza tas-suq fit-territorju ta' dak l-Istat Membru;

(5) 

“awtorità applikanti” tfisser l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq li tagħmel talba għal assistenza reċiproka;

(6) 

“awtorità rikjesta” tfisser l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq li tirċievi talba għal assistenza reċiproka;

(7) 

“nuqqas ta' konformità” tfisser kwalunkwe nuqqas ta' konformità ma' kwalunkwe rekwiżit skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jew skont dan ir-Regolament;

(8) 

“manifattur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha prodott iddisinjat jew immanifatturat, u li tikkummerċjalizza dak il-prodott taħt isimha jew it-trademark tagħha;

(9) 

“importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(10) 

“distributur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina ta' provvista, barra l-manifattur jew l-importatur, li tqiegħed prodott fis-suq;

(11) 

“fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li toffri, waqt attività kummerċjali, mill-inqas tnejn mis-servizzi li ġejjin, jiġifieri: dawk ta' ħżin, imballaġġ, indirizzar u dispaċċ, mingħajr ma jkollha s-sjieda tal-prodotti involuti, esklużi s-servizzi postali kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), servizzi tal-konsenja tal-pakketti kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/644 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), u kwalunkwe servizz postali jew servizz ta' trasport tal-merkanzija ieħor.

(12) 

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand manifattur biex taġixxi f'ismu relattivament għal kompiti speċifikati fir-rigward tal-obbligi tal-manifattur skont il-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jew skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

(13) 

“operatur ekonomiku” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur, id-distributur, il-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li hija soġġetta għal obbligi fir-rigward tal-manifattura ta' prodotti, li tqegħedhom fis-suq jew tqegħedhom fis-servizz f'konformità mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(14) 

“fornitur tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni” tfisser fornitur ta' servizz skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

(15) 

“interfaċċja online” tfisser kwalunkwe software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, li jkun operat minn jew f'isem operatur ekonomiku, u li jservi biex jagħti aċċess lill-konsumaturi għall-prodotti tal-operaturi ekonomiċi;

(16) 

“azzjoni korrettiva” tfisser kull azzjoni meħuda minn operatur ekonomiku biex itemm kwalunkwe nuqqas ta' konformità meta dan ikun meħtieġ minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq jew fuq l-inizjattiva proprja tal-operatur ekonomiku;

(17) 

“miżura volontarja” tfisser azzjoni korrettiva meta li tkunx meħtieġa minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq;

(18) 

“riskju” tfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà tal-okkorrenza ta' periklu li jikkawża ħsara u l-livell tas-severità ta' dik il-ħsara;

(19) 

“prodott li jippreżenta riskju” tfisser prodott li għandu l-potenzjal li jaffettwa b'mod negattiv is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni inġenerali, is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, il-protezzjoni tal-konsumaturi, l-ambjent, is-sikurezza pubblika u interessi pubbliċi oħra, protetti bil-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni sa ċertu punt li jmur lil hinn minn dak li huwa meqjus bħala raġonevoli u aċċettabbli fir-rigward tal-iskop maħsub tiegħu jew skont il-kundizzjonijiet normali jew prevedibbli b'mod raġonevoli tal-użu tal-prodott ikkonċernat, inkluża d-durata tal-użu u, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti tat-tqegħid tiegħu fis-servizz, tal-installazzjoni tiegħu u tal-manutenzjoni tiegħu;

(20) 

“prodott li jippreżenta riskju serju” tfisser prodott li jippreżenta riskju, li għalih, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju u filwaqt li jitqies l-użu normali u prevedibbli tal-prodott, il-kombinazzjoni tal-probabbiltà tal-okkorrenza ta' periklu li jikkawża ħsara u l-livell tas-severità ta' dik il-ħsara tiġi meqjusa li tirrikjedi intervent rapidu mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, inklużi każijiet fejn l-effetti tar-riskju ma jkunux immedjati;

(21) 

“utent finali” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li tirresjedi jew li hi stabbilita fl-Unjoni, li lilha prodott ikun tqiegħed għad-dispożizzjoni jew bħala konsumatur barra minn kwalunkwe kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni jew bħala utent finali professjonali matul l-attivitajiet industrijali jew professjonali tagħha;

(22) 

“sejħa lura” tfisser kull miżura maħsuba biex tieħu lura prodott li jkun diġà tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utent finali;

(23) 

“irtirar” tfisser kull miżura maħsuba biex prodott fil-katina ta' provvista ma jitħalliex jitqiegħed fis-suq;

(24) 

“awtoritajiet doganali” tfisser l-awtoritajiet doganali kif iddefiniti fil-punt 1 tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(25) 

“rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” tfisser il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(26) 

“prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni” tfisser prodotti minn pajjiżi terzi maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jew maħsuba għall-użu jew għall-konsum privat fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni u mqiegħda taħt il-proċedura doganali “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera”.

KAPITOLU II

KOMPITI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI

Artikolu 4

Kompiti tal-operaturi ekonomiċi rigward prodotti soġġetti għal ċerta leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni

1.  
Minkejja kwalunkwe obbligu stabbilit fil-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, prodott soġġett għal-leġislazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 jista' jitqiegħed fis-suq biss jekk ikun hemm operatur ekonomiku stabbilit fl-Unjoni li jkun responsabbli għall-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 3 fir-rigward ta' dak il-prodott.
2.  

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 ifisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

manifattur stabbilit fl-Unjoni;

(b) 

importatur, meta l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni;

(c) 

rappreżentant awtorizzat li jkollu mandat bil-miktub mingħand il-manifattur li jiddeżinja lir-rappreżentant awtorizzat sabiex iwettaq il-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 3 f'isem il-manifattur;

(d) 

fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni stabbilit fl-Unjoni fir-rigward ta' prodotti mmaniġġjati minnu meta l-ebda operatur ekonomiku ieħor kif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) ma jkun stabbilit fl-Unjoni.

3.  

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu tal-operaturi ekonomiċi skont il-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, l-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) 

jekk il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għall-prodott tipprevedi dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE jew dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u dokumentazzjoni teknika, li jivverifika li d-dikjarazzjoni tal-konformità jew id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika jkunu tfasslu, filwaqt li jżomm id-dikjarazzjoni tal-konformità jew id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-perijodu meħtieġ minn dik il-leġislazzjoni u jiżgura li d-dokumentazzjoni teknika tista' titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' dawk l-awtoritajiet, fuq talba.

(b) 

abbażi ta' talba motivata minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq, li jagħti lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità;

(c) 

meta jkun hemm raġuni biex wieħed jemmen li l-prodott inkwistjoni jippreżenta riskju, li jinforma lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan;

(d) 

li jikkoopera mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, inkluż b'segwitu għal talba motivata biex jiġi żgurat li tittieħed l-azzjoni korrettiva immedjata meħtieġa biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għall-prodott inkwistjoni, jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex jittaffew ir-riskji ppreżentati minn dak il-prodott, meta jkun meħtieġ li jsir hekk mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew fuq inizjattiva tiegħu stess, meta l-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 jqis jew ikollu raġuni biex jemmen li l-prodott inkwistjoni jippreżenta riskju.

4.  
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi rispettivi tal-operaturi ekonomiċi skont il-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, u d-dettalji ta' kuntatt, inkluż l-indirizz postali, tal-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu indikati fuq il-prodott jew fuq l-imballaġġ ta' dan, fuq il-pakkett jew fid-dokument ta' akkumpanjament.
5.  
Dan l-Artikolu japplika biss fir-rigward ta' prodotti li huma soġġetti għar-Regolamenti (UE) Nru 305/2011 ( 4 ), ►M1  (UE) 2016/425 ( 5 ) ◄ u ►M1  (UE) 2016/426 ( 6 ) u (UE) 2023/1542 ( 7 ) ◄ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi 2000/14/KE ( 8 ), 2006/42/KE ( 9 ), 2009/48/KE ( 10 ), 2009/125/KE ( 11 ), 2011/65/UE ( 12 ), 2013/29/UE ( 13 ), 2013/53/UE ( 14 ), 2014/29/UE ( 15 ), 2014/30/UE ( 16 ), 2014/31/UE ( 17 ), 2014/32/UE ( 18 ), 2014/34/UE ( 19 ), 2014/35/UE ( 20 ), 2014/53/UE ( 21 ) u 2014/68/UE ( 22 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Artikolu 5

Rappreżentant awtorizzat

1.  
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 4(2), ir-rappreżentant awtorizzat għandu jkollu mandat mill-manifattur biex iwettaq il-kompiti elenkati fl-Artikolu 4(3), minkejja kwalunkwe kompitu ieħor mogħti b'mandat skont il-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.
2.  
Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat. Huwa għandu jipprovdi kopja tal-mandat lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fuq talba, b'lingwa tal-Unjoni iddeterminata mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq.
3.  
Ir-rappreżentanti awtorizzati għandu jkollhom il-mezzi xierqa biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom.

Artikolu 6

Bejgħ mill-bogħod

Il-prodotti offruti għall-bejgħ online jew b'mezzi oħra ta' bejgħ mill-bogħod, għandhom jitqiesu bħala disponibbli fis-suq jekk l-offerta tkun immirata għal utenti finali fl-Unjoni. Offerta għall-bejgħ għandha titqies bħala mmirata għal utenti finali fl-Unjoni jekk l-operatur ekonomiku rilevanti jiddirezzjona, bi kwalunkwe mezz, l-attivitajiet tiegħu lejn Stat Membru.

Artikolu 7

Obbligu ta' kooperazzjoni

1.  
L-operaturi ekonomiċi għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward ta' azzjonijiet li jistgħu jeliminaw jew inaqqsu r-riskji ppreżentati minn prodotti mqiegħda għad-dispożizzjoni fis-suq minn dawk l-operaturi.
2.  
Il-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u f'każijiet speċifiċi, biex jiffaċilitaw kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex jittaffew ir-riskji ppreżentati minn prodott li huwa jew kien offrut għall-bejgħ online permezz tas-servizzi tagħhom.

KAPITOLU III

ASSISTENZA LILL-OPERATURI EKONOMIĊI U L-KOOPERAZZJONI MAGĦHOM

Artikolu 8

Informazzjoni għall-operaturi ekonomiċi

1.  
Il-Kummissjoni, f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1724, għandha tiżgura li l-portal L-Ewropa Tiegħek jipprovdi lill-utenti aċċess online faċli għal informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-prodott u d-drittijiet, l-obbligi u r-regoli derivati mil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.
2.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri għall-għoti ta' informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi, fuq talba tagħhom u mingħajr ħlas, fir-rigward tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni nazzjonali tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għall-prodotti. Għal dan l-għan, l-Artikolu 9(1), (4) u (5) tar-Regolament (UE) 2019/515 għandu japplika.

Artikolu 9

Attivitajiet konġunti għall-promozzjoni tal-konformità

1.  
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jaqblu ma' awtoritajiet rilevanti oħrajn jew ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil operaturi ekonomiċi jew utenti finali għat-twettiq ta' attivitajiet konġunti li għandhom l-għan li jippromwovu l-konformità, jidentifikaw in-nuqqas ta' konformità, joħolqu sensibilizzazzjoni u jipprovdu gwida fir-rigward tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fir-rigward ta' kategoriji speċifiċi ta' prodotti, b'mod partikolari kategoriji ta' prodotti li ta' spiss jinstabu li jippreżentaw riskju serju, inklużi prodotti offruti għall-bejgħ online..
2.  
L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq inkwistjoni u l-partijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li l-ftehim dwar l-attivitajiet konġunti ma jwassalx għal kompetizzjoni inġusta bejn l-operaturi ekonomiċi u ma jaffettwax l-oġġettività, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-partijiet.
3.  
Awtorità tas-sorveljanza tas-suq tista' tuża kwalunkwe informazzjoni li tirriżulta minn attivitajiet konġunti mwettqa bħala parti minn kwalunkwe investigazzjoni rigward in-nuqqas ta' konformità li titwettaq minnha.
4.  
L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq inkwistjoni għandha tagħmel il-ftehim dwar l-attivitajiet konġunti, inklużi l-ismijiet tal-partijiet involuti, disponibbli għall-pubbliku u għandha ddaħħal dak il-ftehim fis-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34. Fuq talba ta' Stat Membru, in-Netwerk stabbilit skont l-Artikolu 29 għandu jassisti fit-tfassil tal-ftehim dwar attivitajiet konġunti.

KAPITOLU IV

L-ORGANIZZAZZJONI, L-ATTIVITAJIET U L-OBBLIGI TAL-AWTORITAJIET TAS-SORVELJANZA TAS-SUQ U L-UFFIĊĊJU UNIKU TA' KOLLEGAMENT

Artikolu 10

Deżinjazzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-uffiċċju uniku ta' kollegament

1.  
L-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jwettqu sorveljanza tas-suq kif previst f'dan ir-Regolament.
2.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, kull Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità tas-sorveljanza tas-suq waħda jew aktar fit-territorju tiegħu. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, dwar l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tiegħu u l-oqsma ta' kompetenza ta' kull waħda minn dawk l-awtoritajiet, billi juża s-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34.
3.  
Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant għalih.
4.  
L-uffiċċju uniku ta' kollegament għandu mill-inqas ikun responsabbli biex jirrappreżenta l-pożizzjoni koordinata tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) u biex jikkomunika l-istrateġiji nazzjonali kif stabbiliti fl-Artikolu 13. L-uffiċċju uniku ta' kollegament għandu jassisti wkoll fil-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fi Stati Membri differenti, kif stabbilit fil-Kapitolu VI.
5.  
Sabiex iwettqu s-sorveljanza tas-suq tal-prodotti disponibbli online u offline bl-istess effikaċja għall-kanali kollha tad-distribuzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-uffiċċju uniku ta' kollegament ikollhom ir-riżorsi neċessarji, inklużi riżorsi baġitarji u oħra suffiċjenti, bħal għadd suffiċjenti ta' persunal kompetenti, għarfien espert, proċeduri u arranġamenti oħra għat-twettiq ta' dmirijiethom b'mod adegwat.
6.  
Fejn ikun hemm aktar minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq waħda fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dmirijiet rispettivi ta' dawk l-awtoritajiet ikunu ddefiniti b'mod ċar u li jiġu stabbiliti mekkaniżmi xierqa ta' komunikazzjoni u koordinazzjoni biex jippermettu lil dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib u jwettqu d-dmirijiet tagħhom b'mod effikaċi.

Artikolu 11

Attivitajiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

1.  

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom biex jiżguraw dan li ġej:

(a) 

is-sorveljanza effettiva tas-suq fi ħdan it-territorju tagħhom ta' prodotti li jsiru disponibbli online u offline fir-rigward ta' prodotti li huma soġġetti għal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(b) 

it-teħid minn operaturi ekonomiċi ta' azzjoni korrettiva xierqa u proporzjonata b'rabta mal-konformità ma' dik il-leġislazzjoni u ma' dan ir-Regolament;

(c) 

it-teħid ta' miżuri xierqa u proporzjonati meta l-operatur ekonomiku jonqos milli jieħu azzjoni korrettiva.

2.  
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom u jwettqu d-dmirijiet tagħhom b'mod indipendenti, imparzjali u mingħajr preġudizzju.
3.  
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, bħala parti mill-attivitajiet tagħhom stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandhom iwettqu kontrolli xierqa fuq il-karatteristiċi tal-prodotti fuq skala adegwata, permezz ta' kontrolli dokumentarji u, fejn xieraq, kontrolli fiżiċi u tal-laboratorju bbażati fuq kampjuni adegwati, filwaqt li jipprijoritizzaw ir-riżorsi u l-azzjonijiet tagħhom biex jiżguraw sorveljanza effettiva tas-suq u filwaqt li jqisu l-istrateġija nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 13.

Sabiex jiddeċiedu dwar liema kontrolli jwettqu, fuq liema tipi ta' prodotti u fuq liema skala, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jimxu fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskju filwaqt li jqisu l-fatturi li ġejjin:

(a) 

il-perikli possibbli u n-nuqqasijiet ta' konformità assoċjati mal-prodotti u, meta jkun disponibbli, l-okkorrenza tagħhom fis-suq;

(b) 

l-attivitajiet u l-operazzjonijiet taħt il-kontroll tal-operatur ekonomiku;

(c) 

ir-rekord tal-imgħoddi ta' nuqqas ta' konformità tal-operatur ekonomiku;

(d) 

jekk ikun rilevanti, it-tfassil tal-profil tar-riskju mwettaq mill-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1);

(e) 

l-ilmenti tal-konsumaturi u informazzjoni oħra riċevuta minn awtoritajiet oħra, operaturi ekonomiċi, midja u sorsi oħra li jistgħu jindikaw nuqqas ta' konformità.

4.  
Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta man-Netwerk, tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet uniformi tal-ispezzjonijiet, kriterji għad-determinazzjoni tal-frekwenzi tal-ispezzjonijiet u l-ammont ta' kampjuni li għandhom jiġu vverifikati fir-rigward ta' ċerti prodotti jew kategoriji ta' prodotti, fejn ikunu ġew kontinwament identifikati riskji speċifiċi jew ksur serju tal-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza jew ta' interessi pubbliċi oħra protetti minn dik il-leġislazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 43(2).
5.  
Meta l-operaturi ekonomiċi jippreżentaw rapporti ta' testijiet jew ċertifikati ta' attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tagħhom mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni maħruġa minn korp ta' valutazzjoni tal-konformità akkreditat f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jagħtu l-kunsiderazzjoni debita lil dawk ir-rapporti jew ċertifikati.
6.  
Evidenza li tintuża minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq fi Stat Membru wieħed tista' tintuża bħala parti mill-investigazzjonijiet biex tiġi vverifikata l-konformità ta' prodott imwettqa mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fi Stat Membru ieħor, mingħajr ebda rekwiżit formali ulterjuri.
7.  

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jistabbilixxu l-proċeduri segwenti b'rabta mal-prodotti soġġetti għal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni:

(a) 

proċeduri għall-għoti ta' segwitu dwar ilmenti jew rapporti dwar kwistjonijiet relatati ma' riskji jew nuqqas ta' konformità;

(b) 

proċeduri sabiex jiġi vverifikat jekk l-azzjoni korrettiva li kellha tittieħed mill-operaturi ekonomiċi tkunx ittieħdet.

8.  
Bl-għan li jiġu żgurati l-komunikazzjoni u l-koordinazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom fi Stati Membri oħra, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jipparteċipaw b'mod attiv fil-gruppi ta' kooperazzjoni amministrattiva (ADCOs) msemmija fl-Artikolu 30(2).
9.  
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni skont il-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, il-prodotti li kienu meqjusa bħala mhux konformi fuq il-bażi ta' deċiżjoni ta' awtorità tas-sorveljanza tas-suq fi Stat Membru wieħed għandhom ikunu preżunti bħala li mhumiex konformi mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fi Stat Membri oħra, sakemm awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti fi Stat Membru ieħor ma tikkonkludix il-kuntrarju fuq il-bażi tal-investigazzjoni tagħha stess, b'kont meħud ta' kontribut, jekk ikun hemm, minn operatur ekonomiku.

Artikolu 12

Evalwazzjonijiet bejn il-pari

1.  
Għandhom jiġu organizzati evalwazzjonijiet bejn il-pari għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jixtiequ jipparteċipaw f'dawn l-evalwazzjonijiet, sabiex tissaħħaħ il-konsistenza fl-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2.  
In-Netwerk għandu jiżviluppa l-metodoloġija u l-pjan rikorrenti għall-evalwazzjonijiet bejn il-pari fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq parteċipanti. Fl-istabbiliment tal-metodoloġija u l-pjan rikorrenti, in-Netwerk għandu jqis, tal-anqas, in-numru u d-daqs tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri, l-għadd ta' persunal disponibbli u riżorsi oħra għat-twettiq tal-evalwazzjoni bejn il-pari, u kriterji rilevanti oħra.
3.  
L-evalwazzjonijiet bejn il-pari għandhom ikopru l-aħjar prattiki żviluppati minn xi awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq oħra, u aspetti rilevanti oħra relatati mal-effettività tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq.
4.  
L-eżitu tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari għandu jiġi rrapportat lin-Netwerk.

Artikolu 13

Strateġiji nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq

1.  
Kull Stat Membru għandu jfassal strateġija nazzjonali globali ta' sorveljanza tas-suq, tal-anqas kull erba' snin. Kull Stat Membru għandu jfassal l-ewwel tali strateġija sas-16 ta' Lulju 2022. L-istrateġija nazzjonali għandha tippromwovi approċċ konsistenti, komprensiv u integrat għas-sorveljanza tas-suq u għall-infurzar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru. Fit-tfassil tal-istrateġija dwar is-sorveljanza tas-suq nazzjonali, is-setturi kollha koperti mil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u l-istadji kollha tal-katina tal-provvista tal-prodott, inklużi l-importazzjonijiet u l-ktajjen ta' provvista diġitali, għandhom jiġu kkunsidrati. Il-prijoritajiet stabbiliti fil-programm ta' ħidma tan-Netwerk jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll.
2.  

L-istrateġija nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq għandha tinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin meta din ma tikkompromettix l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq:

(a) 

l-informazzjoni disponibbli dwar l-okkorrenza ta' prodotti mhux konformi, b'mod partikolari b'kunsiderazzjoni tal-kontrolli msemmija fl-Artikoli 11(3) u 25(3), rispettivament u, fejn applikabbli, ix-xejriet tas-suq li jistgħu jaffettwaw ir-rati ta' nuqqas ta' konformità għall-kategoriji ta' prodotti, u t-theddid u r-riskji possibbli relatati mat-teknoloġiji emerġenti;

(b) 

l-oqsma identifikati mill-Istati Membri bħala prijoritajiet għall-infurzar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(c) 

l-attivitajiet ta' infurzar ippjanati biex jitnaqqas in-nuqqas ta' konformità f'dawk l-oqsma identifikati bħala prijorità, inklużi, fejn rilevanti, il-livelli minimi ta' kontroll previsti għall-kategoriji ta' prodott li jkollhom livelli sinifikanti ta' nuqqas ta' konformità;

(d) 

valutazzjoni tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fi Stati Membri oħra kif imsemmi fl-Artikolu 11(8) u l-Kapitolu VI.

3.  
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istrateġija nazzjonali tagħhom tas-sorveljanza tas-suq lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra permezz tas-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34. Kull Stat Membru għandu jippubblika sommarju tal-istrateġiji tiegħu.

KAPITOLU V

SETGĦAT U MIŻURI TA' SORVELJANZA TAS-SUQ

Artikolu 14

Setgħat tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

1.  
L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom is-setgħat ta' sorveljanza tas-suq, ta' investigazzjoni u ta' infurzar neċessarji għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għall-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.
2.  
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom stabbiliti f'dan l-Artikolu b'mod effiċjenti u effettiv, f'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, sa fejn dan l-eżerċizzju huwa relatat mas-suġġett u l-għan tal-miżuri u n-natura u l-ħsara globali proprja jew potenzjali ġenerali li tirriżulta mill-każ ta' nuqqas ta' konformità. Is-setgħat għandhom jingħataw u jiġu eżerċitati skont il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, inklużi l-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll skont il-prinċipji fil-liġi nazzjonali relatati mal-libertà ta' espressjoni u l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja, is-salvagwardji proċedurali applikabbli u r-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679.
3.  

Meta jingħataw is-setgħat skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li s-setgħa tkun eżerċitabbli f'wieħed mill-modi li ġejjin, kif xieraq:

(a) 

direttament mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq taħt l-awtorità tagħhom stess;

(b) 

permezz ta' rikors għal awtoritajiet pubbliċi oħra f'konformità mad-diviżjoni tas-setgħat u l-organizzazzjoni istituzzjonali u amministrattiva tal-Istat Membru inkwistjoni;

(c) 

b'applikazzjoni mal-qrati kompetenti għall-għoti tad-deċiżjoni neċessarja biex jiġi approvat l-eżerċizzju ta' dik is-setgħa, inkluż, fejn xieraq, fuq appell, jekk l-applikazzjoni biex tingħata d-deċiżjoni meħtieġa ma rnexxietx.

4.  

Is-setgħat mogħtija lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu tal-anqas is-setgħat li ġejjin:

(a) 

is-setgħat li jirrikjedu lill-operaturi ekonomiċi jipprovdu dokumenti rilevanti, speċifikazzjonijiet tekniċi, data jew informazzjoni dwar il-konformità u l-aspetti tekniċi tal-prodott, inkluż l-aċċess għal software integrat sa fejn tali aċċess ikun meħtieġ għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott mal-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, fi kwalunkwe forma jew format u irrispettivament mill-mezz ta' ħżin jew mill-post fejn tali dokumenti, speċifikazzjonijiet tekniċi, data jew informazzjoni huma maħżuna, u li jieħdu jew jiksbu kopji tagħha;

(b) 

is-setgħat li jirrikjedu lill-operaturi ekonomiċi jipprovdu informazzjoni rilevanti dwar il-katina tal-provvista, dwar id-dettalji tan-netwerk ta' distribuzzjoni, dwar il-kwantitajiet ta' prodotti fis-suq u dwar mudelli oħra tal-prodotti, li għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-prodott inkwistjoni, meta dan ikun rilevanti għall-konformità mar-rekwiżiti applikabbli skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(c) 

is-setgħa li jirrikjedu lill-operaturi ekonomiċi jipprovdu l-informazzjoni rilevanti meħtieġa sabiex tiġi aċċertata s-sjieda tas-siti web, meta l-informazzjoni inkwistjoni tkun relatata mas-suġġett tal-investigazzjoni;

(d) 

is-setgħa li jitwettqu, mingħajr avviż minn qabel, spezzjonijiet fuq il-post u kontrolli fiżiċi tal-prodotti;

(e) 

is-setgħa li jidħlu fi kwalunkwe bini, art jew mezz ta' trasport li l-operatur ekonomiku inkwistjoni juża għal skopijiet relatati mal-kummerċ tal-operatur ekonomiku, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tiegħu, sabiex jidentifikaw nuqqas ta' konformità u jiksbu l-evidenza;

(f) 

is-setgħa li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiftħu investigazzjonijiet fuq inizjattiva tagħhom stess sabiex jiġu identifikati n-nuqqasijiet ta' konformità u jinġiebu fi tmiemhom;

(g) 

is-setgħa li jirrikjedu lill-operaturi ekonomiċi jieħdu azzjoni xierqa biex itemmu każ ta' nuqqas ta' konformità jew biex jeliminaw ir-riskju;

(h) 

is-setgħa li jieħdu l-miżuri xierqa meta operatur ekonomiku jonqos milli jieħu azzjoni korrettiva xierqa jew meta n-nuqqas ta' konformità jew ir-riskju jippersisti, inklużi s-setgħa li jipprojbixxu jew jirrestrinġu d-disponibbiltà ta' prodott fis-suq jew li jordnaw li l-prodott jiġi rtirat jew jissejjaħ lura,;

(i) 

is-setgħa li jimponu penali f'konformità mal-Artikolu 41;

(j) 

is-setgħa li jakkwistaw kampjuni tal-prodott, inkluż b'identità moħbija, biex jispezzjonaw dawk il-kampjuni u jwettqu inġinerija inversa fuqhom sabiex jidentifikaw il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità u biex jiksbu l-evidenza;

(k) 

is-setgħa, meta ma jkun hemm l-ebda mezz effettiv ieħor disponibbli, li jneħħu riskju serju:

(i) 

li jirrikjedu t-tneħħija ta' kontenut li jirreferi għall-prodotti relatati minn interfaċċja online jew li jirrikjedu l-wiri espliċitu ta' twissija lill-utenti finali meta dawn jaċċessaw interfaċċja online; jew

(ii) 

meta ma tiġix milqugħa rikjesta skont il-punt (i), li jirrikjedu lill-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jirrestrinġu l-aċċess għall-interfaċċja online, inkluż billi jirrikjedu lil parti terza rilevanti biex timplimenta tali miżuri.

5.  
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jużaw kwalunkwe informazzjoni, dokument, sejba, dikjarazzjoni jew kwalunkwe intelligence bħala evidenza għall-fini tal-investigazzjonijiet tagħhom, irrispettivament kemm mill-format li huma maħżuna fih kif ukoll mill-mezz li huma maħżuna fuqu.

Artikolu 15

Irkupru tal-kostijiet mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

1.  
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom sabiex jitolbu lura mingħand l-operatur ekonomiku rilevanti t-totalità tal-kostijiet tal-attivitajiet tagħhom fir-rigward ta' każijiet ta' nuqqas ta' konformità.
2.  
Il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jinkludu l-kostijiet ta' twettiq ta' ttestjar, il-kostijiet ta' teħid ta' miżuri f'konformità mal-Artikolu 28(1) u (2), il-kostijiet tal-ħżin u l-kostijiet tal-attivitajiet relatati ma' prodotti li jinstab li mhumiex konformi u li huma soġġetti għal azzjoni korrettiva qabel ir-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni libera jew it-tqegħid tagħhom fis-suq.

Artikolu 16

Miżuri ta' sorveljanza tas-suq

1.  

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu miżuri xierqa jekk prodott soġġett għal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, meta jintuża skont l-għan maħsub tiegħu jew skont kundizzjonijiet li jistgħu jiġu previsti b'mod raġonevoli u meta jkun installat u miżmum kif suppost:

(a) 

ikun suxxettibbli li jikkomprometti s-saħħa jew is-sikurezza tal-utenti; jew

(b) 

ma jikkonformax mal-leġislazzjoni tal-Unjoni applikabbli dwar l-armonizzazzjoni.

2.  
Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jagħmlu s-sejbiet imsemmija fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1, huma għandhom mingħajr dewmien jirrikjedu lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu azzjoni korrettiva xierqa u proporzjonata biex iġib fi tmiemu n-nuqqas ta' konformità jew jelimina r-riskju f'perijodu ta' żmien li jispeċifikaw.
3.  

Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-azzjoni korrettiva rikjesta li trid tittieħed mill-operatur ekonomiku tista' tinkludi, fost l-oħrajn:

(a) 

li jagħmel il-prodott konformi, inkluża billi jirrettifika n-nuqqas ta' konformità formali kif definit mil-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jew billi jiżgura li l-prodott ma jibqax jippreżenta riskju;

(b) 

li ma jħallix li l-prodott jitqiegħed fis-suq;

(c) 

li jirtira jew isejjaħ lura l-prodott minnufih u jwissi lill-pubbliku dwar ir-riskju ppreżentat;

(d) 

li jeqred il-prodott jew inkella jagħmlu inoperabbli;

(e) 

li jwaħħal mal-prodott twissijiet adattati, miktuba b'mod ċar u li jinftehmu faċilment tar-riskji li jista' jippreżenta, bil-lingwa jew il-lingwi ddeterminati mill-Istat Membru li fih il-prodott jitqiegħed fis-suq;

(f) 

tistabbilixxi l-kondizzjonijiet minn qabel biex il-prodott ikkonċernat isir disponibbli fis-suq;

(g) 

li jwissi lill-utenti finali f'riskju immedjatament u b'mod xieraq, inkluż billi jippubblika twissijiet speċjali bil-lingwa jew il-lingwi ddeterminati mill-Istat Membru li fih il-prodott jitqiegħed fis-suq;

4.  
L-azzjonijiet korrettivi msemmija fil-punti (e), (f) u (g) tal-paragrafu 3 jistgħu jiġu rikjesti biss f'każijiet fejn il-prodott aktarx jippreżenta riskju f'ċerti kundizzjonijiet biss jew għall-ċerti utenti finali biss.
5.  
Jekk l-operatur ekonomiku jonqos milli jieħu l-azzjoni korrettiva msemmija fil-paragrafu 3 jew meta n-nuqqas ta' konformità jew ir-riskju msemmi fil-paragrafu 1 jippersisti, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jiżguraw li l-prodott jiġi rtirat jew jissejjaħ lura, jew li t-tqegħid tiegħu fis-suq jiġi pprojbit jew limitat, u li l-pubbliku, il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra jkunu infurmati kif xieraq.
6.  
L-informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata permezz tas-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34. Dik il-komunikazzjoni ta' informazzjoni għandha wkoll titqies li tissodisfa r-rekwiżiti ta' notifika għall-proċeduri ta' salvagwardja applikabbli tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.
7.  
Meta miżura nazzjonali titqies ġustifikata skont il-proċedura ta' salvagwardja applikabbli, jew meta ma jkun hemm l-ebda awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru ieħor li tkun ikkonkludiet il-kuntrarju kif imsemmi fl-Artikolu 11(9), l-awtoritajiet kompetenti tas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri l-oħra għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa fir-rigward tal-prodott li ma jkunx konformi u għandhom idaħħlu l-informazzjoni rilevanti fis-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34.

Artikolu 17

Użu tas-segretezza tal-informazzjoni, professjonali u kummerċjali

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom b'livell għoli ta' trasparenza u għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku kwalunkwe informazzjoni li jqisu li tkun rilevanti għall-protezzjoni tal-interessi tal-utenti finali. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' kunfidenzjalità u ta' segretezza professjonali u kummerċjali u għandhom jipproteġu d-data personali skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali.

Artikolu 18

Drittijiet proċedurali tal-operaturi ekonomiċi

1.  
Kwalunkwe miżura, deċiżjoni jew ordni meħuda jew magħmula mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jew dan ir-Regolament għandha tiddikjara r-raġunijiet eżatti li hi bbażata fuqhom.
2.  
Kwalunkwe miżura, deċiżjoni jew ordni bħal din għandha tiġi kkomunikata mingħajr dewmien lill-operatur ekonomiku rilevanti, li fl-istess waqt għandu jkun informat bir-rimedji disponibbli għalih skont il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat u bit-termini perentorji li għalihom ikunu soġġetti dawk ir-rimedji.
3.  
Qabel ma tittieħed jew titwettaq miżura, deċiżjoni jew ordni msemmija fil-paragrafu 1, l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jinstema' f'perijodu xieraq ta' mhux anqas minn 10 ijiem ta' xogħol, sakemm ma jkunx impossibbli li tingħata lill-operatur ekonomiku dik l-opportunità minħabba l-urġenza tal-miżura, tad-deċiżjoni jew tal-ordni, fuq il-bażi tar-rekwiżiti tas-saħħa jew tas-sikurezza jew raġunijiet oħra relatati mal-interessi pubbliċi koperti mil-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

Jekk il-miżura, id-deċiżjoni jew l-ordni tittieħed jew issir mingħajr ma l-operatur ekonomiku jkun ingħata l-opportunità li jinstema', l-operatur ekonomiku għandu jingħata dik l-opportunità mill-aktar fis possibbli wara u dik il-miżura, id-deċiżjoni jew l-ordni għandha tiġi rrieżaminata minnufih mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq.

Artikolu 19

Prodotti li jippreżentaw riskju serju

1.  
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jiżguraw li l-prodotti li jippreżentaw riskju serju jiġu rtirati jew jissejħu lura, meta ma jkun hemm l-ebda mezz effettiv ieħor disponibbli biex jitneħħa r-riskju serju, jew li t-tqegħid fis-suq tagħhom jiġi pprojbit. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinnotifikaw dan minnufih lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 20.
2.  
Deċiżjoni dwar jekk prodott jippreżentax riskju serju għandha tkun ibbażata fuq stima adegwata tar-riskju li tqis ix-xorta tal-periklu u l-possibbiltà li dan iseħħ. Il-fattibbiltà tal-kisba ta' livelli ogħla ta' sikurezza u d-disponibbiltà ta' prodotti oħra li jippreżentaw grad inqas ta' riskju ma għandhiex tikkostitwixxi bażi li fuqha wieħed jikkunsidra li prodott jippreżenta riskju.

Artikolu 20

Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni Rapida

1.  
Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq tieħu jew ikun biħsiebha tieħu miżura skont l-Artikolu 19 u tqis li r-raġunijiet li għalihom ittieħdet il-miżura jew l-effetti tal-miżura meħuda jmorru lil hinn mit-territorju tal-Istat Membru tagħha, din għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b'dik il-miżura, f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tgħarraf ukoll mingħajr dewmien lill-Kummissjoni jekk dik il-miżura tiġi mmodifikata jew irtirata.
2.  
Jekk prodott li jippreżenta riskju serju jkun tqiegħed fis-suq, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni dwar kull miżura voluntarja meħuda u kkomunikata lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq minn operatur ekonomiku.
3.  
L-informazzjoni mogħtija skont il-paragrafi 1 u 2 għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, partikolarment id-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott, l-oriġini u l-katina ta' provvista tal-prodott, in-natura tar-riskju relatat mal-prodott, in-natura u d-durata tal-miżura nazzjonali meħuda u kull miżura voluntarja meħuda mill-operaturi ekonomiċi.
4.  
Għall-finijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, għandu jsir użu mis-Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni Rapida (RAPEX) prevista fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2001/95/KE. Il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 12 ta' dik id-Direttiva għandhom japplikaw mutatis mutandis.
5.  
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi u żżomm interfaċċja tad-data bejn ir-RAPEX u s-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 sabiex jiġi evitat dħul doppju tad-data.

Artikolu 21

Faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni

1.  
L-objettiv tal-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni huwa li jikkontribwixxu sabiex titjieb il-kapaċità tal-laboratorju, kif ukoll sabiex tiġi żgurata affidabbiltà u konsistenza tal-ittestjar, għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni.
2.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' tiddeżinja faċilità ta' ttestjar pubblika ta' Stat Membru bħala faċilità ta' ttestjar tal-Unjoni għal kategoriji speċifiċi ta' prodotti jew għal riskji speċifiċi relatati ma' kategorija ta' prodotti.

Il-Kummissjoni tista' tiddeżinja wkoll waħda mill-faċilitajiet ta' ttestjar tagħha stess bħala faċilità ta' ttestjar tal-Unjoni għal kategoriji speċifiċi ta' prodotti jew għar-riskji speċifiċi relatati ma' kategorija ta' prodotti, jew għal prodotti li għalihom il-kapaċità ta' ttestjar tkun nieqsa jew ma tkunx biżżejjed.

3.  
Il-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni jridu jkunu akkreditati skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008.
4.  
Id-deżinjazzjoni ta' faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni m'għandhiex taffettwa l-libertà tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, tan-Netwerk u tal-Kummissjoni li jagħżlu faċilitajiet ta' ttestjar għall-finijiet tal-attivitajiet tagħhom.
5.  
Il-faċilitajiet ta' ttestjar iddeżinjati tal-Unjoni għandhom jipprovdu s-servizzi tagħhom lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, lin-Netwerk, lill-Kummissjoni u lil entitajiet governattivi jew intergovernattivi oħrajn biss.
6.  

Il-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni għandhom, fi ħdan il-qasam ta' kompetenza tagħhom, iwettqu l-attivitajiet li ġejjin:

(a) 

iwettqu ttestjar ta' prodotti fuq talba tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, tan-Netwerk jew tal-Kummissjoni;

(b) 

jipprovdu parir tekniku jew xjentifiku indipendenti fuq talba lin-Netwerk;

(c) 

jiżviluppaw tekniki u metodi ġodda ta' analiżi;

7.  
L-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu remunerati u jistgħu jiġu ffinanzjati mill-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 36(2).
8.  
Il-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni jistgħu jirċievu finanzjament mill-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 36(2) sabiex iżidu l-kapaċità ta' ttestjar tagħhom jew sabiex joħolqu kapaċità ta' ttestjar ġdida għal kategoriji speċifiċi ta' prodotti jew għal riskji speċifiċi relatati ma' kategorija ta' prodotti li għalihom il-kapaċità ta' ttestjar tkun nieqsa jew ma tkunx biżżejjed.
9.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċeduri għad-deżinjazzjoni tal-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 43(2).

KAPITOLU VI

ASSISTENZA REĊIPROKA TRANSFRUNTIERA

Artikolu 22

Assistenza reċiproka

1.  
Għandu jkun hemm kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni effiċjenti fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri, u bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni.
2.  
Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq ma tkunx tista' tikkonkludi l-investigazzjoni tagħha minħabba li ma tkunx tista' taċċedi għal ċerta informazzjoni minkejja li tkun wettqet l-isforzi kollha xierqa biex tikseb dik l-informazzjoni, hija tista' tissottometti talba motivata lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru ieħor fejn l-aċċess għal din l-informazzjoni jista' jiġi infurzat. F'dan il-każ, l-awtorità rikjesta għandha tforni lill-awtorità applikanti mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien 30 jum, kwalunkwe informazzjoni li l-awtorità rikjesta tqies rilevanti biex tistabbilixxi jekk prodott hux konformi.
3.  
L-awtorità rikjesta għandha twettaq l-investigazzjonijiet xierqa jew tieħu kwalunkwe miżura oħra li tkun xierqa sabiex tiġbor l-informazzjoni mitluba. Fejn ikun hemm bżonn, dawk l-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu bl-assistenza ta' awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq oħra.
4.  
L-awtorità applikanti għandha tibqa' responsabbli għal kwalunkwe investigazzjoni li tkun bdiet, sakemm l-awtorità mitluba ma taqbilx li tieħu f'idejha r-responsabbiltà.
5.  

F'każijiet debitament ġustifikati, awtorità rikjesta tista' tirrifjuta li tikkonforma ma' talba għal informazzjoni skont il-paragrafu 2 meta:

(a) 

l-awtorità applikanti ma tkunx issostanzjat biżżejjed li l-informazzjoni mitluba hija meħtieġa biex jiġi stabbilit in-nuqqas ta' konformità;

(b) 

l-awtorità rikjesta tippreżenta raġunijiet raġonevoli li juru li l-fatt li tikkonforma mat-talba jista' jxekkel b'mod sostanzjali l-eżekuzzjoni tal-attivitajiet tagħha stess.

Artikolu 23

Talbiet għal miżuri ta' infurzar

1.  
Meta biex jintemm nuqqas ta' konformità rigward prodott ikun hemm il-ħtieġa ta' miżuri li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor, u meta dawn il-miżuri ma jirriżultawx mir-rekwiżiti tal-Artikolu 16(7), awtorità applikanti tista' tissottometti talba debitament motivata għal miżuri ta' infurzar lil awtorità rikjesta f'dak l-Istat Membru l-ieħor.
2.  
L-awtorità rikjesta għandha mingħajr dewmien tieħu l-miżuri ta' infurzar xierqa u neċessarji kollha billi tuża s-setgħat mogħtija lilha permezz ta' dan ir-Regolament sabiex ittemm il-każ ta' nuqqas ta' konformità billi teżerċita s-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 14 u kwalunkwe setgħa addizzjonali mogħtija lilha skont il-liġi nazzjonali.
3.  
L-awtorità rikjesta għandha tinforma lill-awtorità applikanti dwar il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 li jkunu ttieħdu jew li jkun hemm il-ħsieb li jittieħdu.

Awtorità rikjesta tista' tirrifjuta li tikkonforma ma' talba għal miżuri ta' infurzar fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-awtorità mitluba tikkonkludi li l-awtorità applikanti ma pprovdietx informazzjoni suffiċjenti;

(b) 

l-awtorità rikjesta tqis li t-talba tmur kontra l-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(c) 

l-awtorità rikjesta tippreżenta raġunijiet raġonevoli li juru li l-fatt li tikkonforma mat-talba jista' jxekkel b'mod sostanzjali l-eżekuzzjoni tal-attivitajiet tagħha stess.

Artikolu 24

Proċedura għal talbiet għal assistenza reċiproka

1.  
Qabel ma tissottometti talba skont l-Artikolu 22 jew 23, l-awtorità applikanti għandha tagħmel ħilitha biex twettaq l-investigazzjonijiet raġonevoli possibbli kollha.
2.  
Meta tissottometti talba skont l-Artikolu 22 jew 23, l-awtorità applikanti għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha disponibbli biex l-awtorità rikjesta tkun tista' tissodisfa t-talba, inkluża kwalunkwe evidenza neċessarja li tkun tista' tinkiseb biss fl-Istat Membru tal-awtorità applikanti.
3.  
It-talbiet skont l-Artikoli 22 u 23 u kull komunikazzjoni relatata magħhom għandhom isiru bl-użu tal-formoli elettroniċi standard permezz tas-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34.
4.  
Il-Komunikazzjoni għandha ssir direttament bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq involuti jew permezz tal-uffiċċji uniċi ta' kollegament tal-Istati Membri kkonċernati.
5.  
Il-lingwi li għandhom jintużaw għat-talbiet skont l-Artikoli 22 u 23 u għal kull komunikazzjoni marbuta magħhom għandhom ikunu miftiehma mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikkonċernati.
6.  
Meta ma jkun jista' jintlaħaq ebda qbil dwar il-lingwi li għandhom jintużaw bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikkonċernati, it-talbiet skont l-Artikoli 22 u 23 għandhom jintbagħtu fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-awtorità applikanti, u t-tweġibiet għat-tali talbiet għandhom jintbagħtu bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-awtorità rikjesta. F'dak il-każ, l-awtorità applikanti u l-awtorità rikjesta għandhom jieħdu ħsieb it-traduzzjoni tat-talbiet, tat-tweġibiet jew ta' dokumenti oħra li jirċievu mill-awtorità l-oħra.
7.  
Is-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 għandha tipprovdi informazzjoni strutturata dwar każijiet ta' assistenza reċiproka għall-uffiċċji uniċi ta' kollegament involuti. Bl-użu ta' din l-informazzjoni, l-uffiċċji uniċi ta' kollegament għandhom jipprovdu kwalunkwe appoġġ meħtieġ biex jiffaċilitaw l-assistenza.

KAPITOLU VII

PRODOTTI LI JIDĦLU FIS-SUQ TAL-UNJONI

Artikolu 25

Kontrolli fuq prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw l-awtoritajiet doganali, awtorità waħda jew aktar tas-sorveljanza tas-suq jew kwalunkwe awtorità oħra fit-territorju tagħhom bħala l-awtoritajiet inkarigati mill-kontroll fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni.

Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-awtoritajiet iddeżinjati skont l-ewwel subparagrafu u dwar l-oqsma ta' kompetenza tagħhom permezz tas-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34.

2.  
L-awtoritajiet iddeżinjati skont il-paragrafu 1 għandu jkollhom is-setgħat u r-riżorsi neċessarji għat-twettiq b'mod adegwat tal-kompiti tagħhom kif imsemmi f'dak il-paragrafu.
3.  
Il-prodotti soġġetti għal-liġi tal-Unjoni li jitqiegħdu taħt il-proċedura doganali “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet iddeżinjati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawn għandhom iwettqu dawk il-kontrolli fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju f'konformità mal-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u, fejn rilevanti, fuq il-bażi ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(3) ta' dan ir-Regolament.
4.  

L-informazzjoni relatata mar-riskji għandha tiġi skambjata bejn:

(a) 

l-awtoritajiet iddeżinjati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu f'konformità mal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013; u

(b) 

l-awtoritajiet doganali f'konformità mal-Artikolu 46(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

Meta, b'rabta mal-prodotti soġġetti għal-liġi tal-Unjoni li huma f'ħażna temporanja jew inkella mqiegħda taħt proċedura doganali għajr ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera', l-awtoritajiet doganali fl-ewwel punt tad-dħul ikollhom raġuni biex jemmnu li dawk il-prodotti mhumiex konformi mal-liġi applikabbli tal-Unjoni jew jippreżentaw riskju, dawn għandhom jibagħtu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-uffiċċju doganali kompetenti tad-destinazzjoni.

5.  
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet iddeżinjati f'konformità mal-paragrafu 1 informazzjoni dwar il-kategoriji ta' prodotti jew l-identità tal-operaturi ekonomiċi meta jkun ġie identifikat riskju ogħla ta' nuqqas ta' konformità.
6.  
Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni data statistika dettaljata li tkopri l-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet iddeżinjati taħt il-paragrafu 1 fir-rigward ta' prodotti soġġetti għal-liġi tal-Unjoni matul is-sena kalendarja preċedenti. Id-data statistika għandha tkopri n-numru ta' interventi fil-qasam ta' kontrolli fuq it-tali prodotti fir-rigward tas-sigurtà u l-konformità tal-prodotti.

Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, li jkun fih l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri għas-sena kalendarja preċedenti u analiżi tad-data sottomessa. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat fis-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34.

7.  
Meta l-Kummissjoni ssir taf b'riskju serju ppreżentat minn prodotti soġġetti għal-liġi tal-Unjoni li huma importati minn pajjiż terz, din għandha tirrakkomanda lill-Istat Membru kkonċernat biex jieħu l-miżuri xierqa ta' sorveljanza tas-suq.
8.  
Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta man-Netwerk, tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu parametri referenzjarji u tekniki għall-kontrolli fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju komuni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat infurzar konsistenti tal-liġi tal-Unjoni, biex jissaħħu l-kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni u biex jiġi żgurat livell uniformi u effettiv ta' tali kontrolli. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 43(2).
9.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji tad-data li għandha tiġi sottomessa skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 43(2).

Artikolu 26

Sospensjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera

1.  

L-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) għandhom jissospendu r-rilaxx ta' prodott għaċ-ċirkolazzjoni libera jekk, f'konformità mal-Artikolu 25(3), jiġi stabbilit li:

(a) 

il-prodott mhuwiex akkumpanjat mid-dokumentazzjoni meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni applikabbli għalih jew ikun hemm dubju raġonevoli dwar l-awtentiċità, il-preċiżjoni jew il-kompletezza ta' tali dokumentazzjoni;

(b) 

il-prodott mhuwiex immarkat jew ittikkettat f'konformità mal-liġi tal-Unjoni applikabbli għalih;

(c) 

il-prodott ikollu fuqu mmarkar CE jew immarkar ieħor mitlub mil-liġi tal-Unjoni applikabbli għalih li jkun twaħħal b'mod falz jew qarrieqi;

(d) 

l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata u d-dettalji ta' kuntatt, inkluż l-indirizz postali, ta' operatur ekonomiku b'kompiti rigward il-prodott soġġett għal ċerta leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mhumiex indikati jew identifikabbli f'konformità mal-Artikolu 4(4); jew

(e) 

għal kwalunkwe raġuni oħra, meta jkun hemm raġuni għaliex wieħed jemmen li l-prodott ma jikkonformax mal-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għalih jew li jippreżenta riskju serju għas-saħħa, is-sikurezza, l-ambjent jew kwalunkwe interess pubbliku ieħor imsemmi fl-Artikolu 1.

2.  
L-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) għandhom jinnotifikaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar kwalunkwe sospensjoni ta' rilaxx imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
3.  
Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom bażi raġonevoli biex jemmnu li prodott ma jikkonformax mal-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għalih jew jippreżenta riskju serju, huma għandhom jirrikjedu lill-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) biex jissospendu l-proċess għar-rilaxx tiegħu għal ċirkolazzjoni libera.
4.  
In-notifiki taħt il-paragrafu 2 u t-talbiet taħt il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jistgħu jsiru permezz tas-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34, inkluż bl-użu tal-interfaċċji elettroniċi bejn din is-sistema u s-sistemi użati mill-awtoritajiet doganali, meta dawn ikunu disponibbli.

Artikolu 27

Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

Meta r-rilaxx ta' prodott għaċ-ċirkolazzjoni libera jkun ġie sospiż f'konformità mal-Artikolu 26, dak il-prodott għandu jiġi rrilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera meta jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti u l-formalitajiet l-oħra kollha relatati ma' tali rilaxx u meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

fi żmien erbat ijiem tax-xogħol mis-sospensjoni, l-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) ma jkunux intalbu jżommu s-sospensjoni mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(b) 

l-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) ikunu ġew informati mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar l-approvazzjoni tiegħu għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ma għandux jitqies bħala prova ta' konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 28

Rifjut tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

1.  

Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jikkonkludu li prodott jippreżenta riskju serju, dawn għandhom jieħdu l-miżuri biex jipprojbixxu t-tqegħid tal-prodott fis-suq u għandhom jeħtieġu li l-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) ma jirrilaxxawhx għaċ-ċirkolazzjoni libera. Dawn għandhom jeħtieġu lil dawn l-awtoritajiet biex jinkludu l-avviż li ġej fis-sistema ta' pproċessar ta' data doganali, u, fejn xieraq, fuq il-fattura kummerċjali li takkumpanja l-prodott u fuq kwalunkwe dokument ta' akkumpanjament rilevanti ieħor:

“Prodott perikoluż – ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera mhux awtorizzat – Regolament (UE) 2019/1020”.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom idaħħlu minnufih dik l-informazzjoni fis-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34.

2.  

Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jikkonkludu li prodott ma jistax jitqiegħed fis-suq peress li ma jikkonformax mal-liġi tal-Unjoni applikabbli għalih, dawn għandhom jieħdu l-miżuri biex jipprojbixxu t-tqegħid tal-prodott fis-suq u għandhom jeħtieġu li l-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) ma jirrilaxxawhx għaċ-ċirkolazzjoni libera. Dawn għandhom jeħtieġu lil dawk l-awtoritajiet biex jinkludu l-avviż li ġej fis-sistema ta' pproċessar tad-data doganali, u, fejn xieraq, fuq il-fattura kummerċjali li takkumpanja l-prodott u fuq kwalunkwe dokument ta' akkumpanjament rilevanti ieħor:

“Prodott mhux konformi – ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera mhux awtorizzat – Regolament (UE) 2019/1020”.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom idaħħlu minnufih dik l-informazzjoni fis-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34.

3.  
Meta l-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 jew 2 imbagħad jiġi ddikjarat għal proċedura doganali għajr għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera u dment li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ma joġġezzjonawx, l-avviż meħtieġ mill-paragrafu 1 jew 2 għandu jiġi inkluż ukoll, skont l-istess kondizzjonijiet kif meħtieġa mill-paragrafu 1 jew 2, fid-dokumenti użati b'rabta ma' dik il-proċedura
4.  
L-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) jistgħu jeqirdu jew inkella jrendu inoperabbli prodott li jippreżenta riskju għas-saħħa u għas-sikurezza tal-utenti finali meta l-awtorità inkwistjoni tqis li jkun neċessarju u proporzjonat li jsir hekk. Il-kost tat-tali miżura għandu jiġġarrab mill-persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara l-prodott għaċ-ċirkolazzjoni libera.

L-Artikoli 197 u 198 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għandhom japplikaw kif xieraq.

KAPITOLU VIII

INFURZAR IKKOORDINAT U KOOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI

Artikolu 29

Netwerk tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti

1.  
B'dan qed jitwaqqaf Netwerk tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti (“in-Netwerk”).
2.  
L-għan tan-Netwerk huwa li jservi bħala pjattaforma għal koordinazzjoni u kooperazzjoni strutturati bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, u li jissimplifika l-prattiki tas-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni sabiex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar effettiva.

Artikolu 30

Kompożizzjoni u funzjonament tan-Netwerk

1.  
In-netwerk għandu jkun magħmul minn rappreżentanti minn kull Stat Membru, inkluż rappreżentant ta' kull uffiċċju uniku ta' kollegament imsemmi fl-Artikolu 10 u espert nazzjonali fakultattiv, il-presidenti tal-ADCOs, u rappreżentanti mill-Kummissjoni.
2.  
Għandhom jiġu stabbiliti ADCOs separati jew konġunti għall-applikazzjoni uniformi tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. ADCOs għandhom ikunu magħmula minn rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tas-sorveljanza tas-suq u, jekk xieraq, rappreżentanti tal-uffiċċji uniċi ta' kollegament.

Il-laqgħat tal-ADCO huma maħsuba biss għar-rappreżentanti tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni.

Il-partijiet ikkonċernati rilevanti bħall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-industrija, l-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), il-konsumaturi, il-laboratorji tal-ittestjar, il-korpi ta' valutazzjoni tal-istandardizzazzjoni u tal-konformità fil-livell tal-Unjoni, jistgħu jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-ADCO skont is-suġġett tad-diskussjoni.

3.  
Il-Kummissjoni għandha tappoġġa u tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq permezz tan-Netwerk u tipparteċipa fil-laqgħat tan-Netwerk, tas-sottogruppi tiegħu u tal-ADCOs.
4.  
In-Netwerk għandu jiltaqa' f'intervalli regolari u, fejn meħtieġ, fuq talba motivata tal-Kummissjoni jew ta' Stat Membru.
5.  
In-Netwerk jista' jistabbilixxi sottogruppi permanenti jew temporanji li jittrattaw kwistjonijiet u kompiti speċifiċi.
6.  
In-Netwerk jista' jistieden esperti u partijiet terzi oħra, inklużi l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-industrija, l-SMEs, il-konsumaturi, il-laboratorji tal-ittestjar, il-korpi tal-istandardizzazzjoni u ta' valutazzjoni tal-konformità fil-livell tal-Unjoni, biex jattendu għal laqgħat bħala osservaturi jew biex jipprovdu kontribuzzjonijiet bil-miktub.
7.  
In-Netwerk għandu jagħmel mill-aħjar li jista' biex jasal għal kunsens. Id-deċiżjonijiet meħuda min-Netwerk għandhom ikunu rakkomandazzjonijiet legalment mhux vinkolanti.
8.  
In-Netwerk għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

Artikolu 31

Rwol u kompiti tan-Netwerk

1.  
Fit-twettiq tal-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 2, in-Netwerk għandu jindirizza kwistjonijiet orizzontali ġenerali ta' sorveljanza tas-suq bl-għan li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-uffiċċji uniċi ta' kollegament, kif ukoll il-Kummissjoni.
2.  

In-Netwerk għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a) 

li jipprepara, jadotta u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tiegħu;

(b) 

li jiffaċilita l-identifikazzjoni ta' prijoritajiet komuni għall-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-iskambju ta' informazzjoni transsettorjali dwar l-evalwazzjonijiet tal-prodotti inklużi valutazzjoni tar-riskju, metodi u riżultati tal-ittestjar, żviluppi xjentifiċi riċenti u teknoloġiji ġodda, riskji emerġenti u aspetti oħra rilevanti għall-attivitajiet ta' kontroll u dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq nazzjonali;

(c) 

li jikkoordina l-ADCOs u l-attivitajiet tagħhom;

(d) 

li jorganizza proġetti konġunti ta' sorveljanza u ttestjar tas-suq transsettorjali u jiddefinixxi l-prijoritajiet tagħhom;

(e) 

li jagħmel skambju tal-għarfien espert u tal-aħjar prattiki, b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji tas-sorveljanza tas-suq nazzjonali;

(f) 

li jiffaċilita l-organizzazzjoni ta' programmi ta' taħriġ u skambji tal-persunal;

(g) 

f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, li jorganizza kampanji ta' informazzjoni u programmi ta' żjarat reċiproċi volontarji bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(h) 

li jiddiskuti kwistjonijiet li jirriżultaw mill-mekkaniżmu ta' assistenza reċiproka transfruntiera;

(i) 

li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-gwidi sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni effettiva u uniformi ta' dan ir-Regolament;

(j) 

li jipproponi l-finanzjament tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 36;

(k) 

li jikkontribwixxi għal prattiki amministrattiva uniformi fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri;

(l) 

li jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fi kwistjonijiet marbuta ma' żvilupp ulterjuri tas-sistema RAPEX u tas-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34.

(m) 

li jippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' għarfien espert u tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet responsabbli mill-kontrolli fil-fruntieri esterni tal-Unjoni;

(n) 

li jippromwovi u jiffaċilita l-kollaborazzjoni ma' netwerks u gruppi rilevanti oħra, bil-ħsieb li jiġu esplorati possibbiltajiet għall-użu ta' teknoloġiji ġodda għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq u t-traċċabbiltà tal-prodotti;

(o) 

li jivvaluta regolarment l-istrateġiji nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq, filwaqt li l-ewwel evalwazzjoni bħal din issir sas-16 ta' Lulju 2024;

(p) 

li jittratta kwalunkwe kwistjoni oħra f'attivitajiet fi ħdan in-Netwerk bl-għan li jikkontribwixxi għall-funzjonament effettiv tas-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni.

Artikolu 32

Rwol u kompiti tal-gruppi ta' kooperazzjoni amministrattiva

1.  
Fit-twettiq tal-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 2, l-ADCOs għandhom jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi relatati mas-sorveljanza tas-suq u kwistjonijiet speċifiċi għas-settur.
2.  

L-ADCOs għandu jkollhom il-kompiti li ġejjin:

(a) 

li jiffaċilitaw l-applikazzjoni uniformi tal-leġislazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni fil-qasam ta' kompetenza tagħhom bl-għan li tiżdied l-effiċjenza tas-sorveljanza tas-suq fis-suq intern kollu;

(b) 

li jippromwovu l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u n-Netwerk u jiżviluppaw fiduċja reċiproka bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(c) 

li jistabbilixxu u jikkoordinaw proġetti komuni bħall-attivitajiet transfruntiera ta' sorveljanza tas-suq;

(d) 

li jiżviluppaw prattiki u metodoloġiji komuni għas-sorveljanza effettiva tas-suq;

(e) 

li jinfurmaw lil xulxin dwar il-metodi u l-attivitajiet nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq u li jiżviluppaw u jippromwovu l-aħjar prattiki;

(f) 

li jidentifikaw kwistjonijiet ta' interess komuni relatati mas-sorveljanza tas-suq u jissuġġerixxu l-approċċi komuni li għandhom jiġu adottati;

(g) 

li jiffaċilitaw evalwazzjonijiet speċifiċi għas-settur tal-prodotti, inklużi valutazzjoni tar-riskju, metodi u riżultati tal-ittestjar, żviluppi xjentifiċi riċenti u aspetti oħra rilevanti għall-attivitajiet ta' kontroll.

Artikolu 33

Rwol u kompiti tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandu jkollha l-kompiti li ġejjin:

(a) 

li tassisti n-Netwerk, is-sottogruppi tiegħu, u l-ADCOs permezz ta' segretarjat eżekuttiv li jipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku;

(b) 

li żżomm u tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-uffiċċji uniċi ta' kollegament u tal-presidenti tal-ADCOs, lista aġġornata tal-presidenti tal-ADCOs inkluż l-informazzjoni ta' kuntatt tagħhom;

(c) 

li tassisti lin-Netwerk fil-preparazzjoni u l-monitoraġġ tal-programm ta' ħidma tiegħu;

(d) 

li tappoġġa l-funzjonament tal-Punti ta' Kuntatt tal-Prodotti li għandhom dmirijiet assenjati mill-Istati Membri b'rabta mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(e) 

li, b'konsultazzjoni man-Netwerk, tiddetermina l-ħtieġa ta' kapaċità ta' ttestjar addizzjonali u tipproponi soluzzjonijiet għal dak l-għan, f'konformità mal-Artikolu 21;

(f) 

li tapplika l-istrumenti ta' kooperazzjoni internazzjonali msemmija fl-Artikolu 35;

(g) 

li tipprovdi appoġġ għall-istabbiliment ta' ADCOs separati jew konġunti;

(h) 

li tiżviluppa u tmantni s-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34, inklużi l-interfaċċja msemmija fl-Artikolu 34(7), kif ukoll l-interfaċċja mad-databases nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq, u tipprovdi informazzjoni lill-pubbliku permezz ta' dik is-sistema;

(i) 

li tassisti lin-Netwerk biex iwettaq xogħol preliminari jew anċillari li jsir b'rabta mal-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq marbuta mal-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, bħall-istudji, il-programmi, l-evalwazzjonijiet, l-analiżijiet komparattivi, il-programmi taż-żjarat u ż-żjarat konġunti reċiproċi, l-iskambju ta' persunal, ix-xogħol ta' riċerka, ix-xogħol fil-laboratorju, l-ittestjar tal-profiċjenza, it-testijiet bejn laboratorji u x-xogħol ta' valutazzjoni tal-konformità;

(j) 

li tħejji u tassisti fl-implimentazzjoni tal-kampanji tal-Unjoni ta' sorveljanza tas-suq u ta' attivitajiet simili;

(k) 

li torganizza proġetti konġunti ta' sorveljanza u ttestjar tas-suq u programmi ta' taħriġ komuni, sabiex tiffaċilita l-iskambji ta' persunal bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u, fejn xieraq, mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, u sabiex torganizza kampanji ta' informazzjoni u programmi ta' żjarat reċiproċi volontarji bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(l) 

li twettaq attivitajiet taħt programmi ta' assistenza teknika, kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u l-promozzjoni u t-tisħiħ tal-politiki u tas-sistemi tal-Unjoni ta' sorveljanza tas-suq fost il-partijiet interessati fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali;

(m) 

li jiffaċilita l-għarfien espert tekniku jew xjentifiku għall-fini ta' implimentazzjoni tal-kooperazzjoni amministrattiva ta' sorveljanza tas-suq;

(n) 

li teżamina, fuq it-talba tan-Netwerk jew fuq inizjattiva tagħha stess, kwalunkwe kwistjoni li tkopri l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u toħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki biex iħeġġeġ l-applikazzjoni konsistenti ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 34

Sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkompli tiżviluppa u tmantni sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni għall-ġbir, għall-ipproċessar u għall-ħżin ta' informazzjoni, f'forma strutturata, dwar kwistjonijiet relatati mal-infurzar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, bl-għan li titjieb il-kondiviżjoni tad-data fost l-Istati Membri, inkluż għall-fini ta' talbiet għal informazzjoni, filwaqt li tingħata ħarsa ġenerali komprensiva tal-attivitajiet, ir-riżultati u x-xejriet tas-sorveljanza tas-suq. Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-uffiċċji uniċi ta' kollegament, u l-awtoritajiet iddeżinjati taħt l-Artikolu 25(1) għandu jkollhom aċċess għal dik is-sistema. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tmantni l-interfaċċja tal-utent pubbliku ta' din is-sistema, fejn għandha tiġi pprovduta informazzjoni ewlenija għall-utenti finali dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq.
2.  
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tmantni ulterjorment l-interfaċċji elettroniċi bejn is-sistema msemmija fil-paragrafu 1 u s-sistemi nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq.
3.  

L-uffiċċji uniċi ta' kooperazzjoni għandhom idaħħlu l-informazzjoni li ġejja fis-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni:

(a) 

l-identità tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Istat Membru tagħhom u l-oqsma ta' kompetenza ta' dawk l-awtoritajiet skont l-Artikolu 10(2);

(b) 

l-identità tal-awtoritajiet iddeżinjati taħt l-Artikolu 25(1);

(c) 

l-istrateġija nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq imfassla mill-Istat Membru tagħhom skont l-Artikolu 13 u r-riżultati mir-rieżami u l-valutazzjoni tal-istrateġija tas-sorveljanza tas-suq.

4.  

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom idaħħlu fis-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni b'rabta mal-prodotti mqiegħda fis-suq li fir-rigward tagħhom jkun sar kontroll dettaljat tal-konformità, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 tad-Direttiva 2001/95/KE u l-Artikolu 20 ta' dan ir-Regolament, u fejn applikabbli, fir-rigward ta' prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni li għalihom il-proċess tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jkun ġie sospiż f'konformità mal-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament, fit-territorju tagħhom, l-informazzjoni li ġejja dwar:

(a) 

miżuri skont l-Artikolu 16(5) meħuda minn dik l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq;

(b) 

rapporti tal-ittestjar imwettaq minnhom;

(c) 

azzjoni korrettiva meħuda mill-operaturi ekonomiċi kkonċernati;

(d) 

rapporti faċilment disponibbli dwar il-korrimenti kkawżati mill-prodott inkwistjoni;

(e) 

kwalunkwe oġġezzjoni mqajma minn Stat Membru f'konformità mal-proċedura ta' salvagwardja applikabbli fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għall-prodott u kwalunkwe segwitu sussegwenti;

(f) 

fejn disponibbli, in-nuqqasijiet ta' konformità mal-Artikolu 5(2) min-naħa tar-rappreżentanti awtorizzati;

(g) 

fejn disponibbli, in-nuqqasijiet ta' konformità mal-Artikolu 5(1) min-naħa tal-manifatturi.

5.  
Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iqisu li jkun utli, jistgħu jdaħħlu fis-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni kwalunkwe informazzjoni addizzjonali relatata mal-kontrolli li jwettqu u r-riżultati tal-ittestjar imwettqa minnhom jew fuq talba tagħhom.
6.  
Fejn rilevanti għall-infurzar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u għall-finijiet ta' minimizzazzjoni tar-riskju, l-awtoritajiet doganali għandhom jisiltu mis-sistemi doganali nazzjonali informazzjoni dwar prodotti mqiegħda taħt il-proċedura doganali “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” relatata mal-infurzar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni u jittrażmettuha lis-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni.
7.  
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa interfaċċja elettronika li tippermetti t-trażmissjoni ta' data bejn is-sistemi doganali nazzjonali u s-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni. Din l-interfaċċja għandha tkun fis-seħħ fi żmien erba' snin mid-data ta' adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni rilevanti msemmi fil-paragrafu 8.
8.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji tal-arranġamenti ta' implimentazzjoni għall-paragrafi 1 sa 7 ta' dan l-Artikolu, u b'mod partikolari l-ipproċessar tad-data li għandu jiġi applikat fuq id-data miġbura skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u li jiddefinixxu d-data li għandha tintbagħat f'konformità mal-paragrafi 6 u 7 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 43(2).

Artikolu 35

Kooperazzjoni internazzjonali

1.  
Sabiex titjieb l-effiċjenza tas-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tikkoopera u tiskambja informazzjoni relatata mas-sorveljanza tas-suq mal-awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fi ħdan il-qafas ta' ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Kwalunkwe ftehim bħal dan għandu jkun ibbażat fuq ir-reċiproċità, jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità li jikkorrispondu għal dawk applikabbli fl-Unjoni, u jiżgura li kwalunkwe skambju ta' informazzjoni jkun konformi mal-liġi applikabbli tal-Unjoni.
2.  

Il-kooperazzjoni jew l-iskambju ta' informazzjoni jistgħu jkunu relatati, fost l-oħrajn, ma' dan li ġej:

(a) 

il-metodi ta' valutazzjoni tar-riskju użati u r-riżultati tal-ittestjar tal-prodotti;

(b) 

is-sejħiet lura kkoordinati tal-prodotti jew azzjonijiet simili oħra;

(c) 

il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont l-Artikolu 16.

3.  
Il-Kummissjoni tista' tapprova sistema speċifika ta' kontroll qabel l-esportazzjoni relatat mal-prodotti mwettaq minn pajjiż terz fuq il-prodotti eżattament qabel ma jiġu esportati fl-Unjoni biex jiġi vverifikat li dawk il-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għalihom. L-approvazzjoni tista' tingħata fir-rigward ta' prodott wieħed jew aktar, fir-rigward ta' kategorija waħda jew aktar ta' prodott jew fir-rigward ta' prodotti jew ta' kategoriji ta' prodotti immanifatturati minn ċerti manifatturi.
4.  
Il-Kummissjoni għandha tipproduċi u żżomm lista ta' dawk il-prodotti jew kategoriji ta' prodotti li għalihom tkun ingħatat l-approvazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3 u għandha tqiegħed din il-lista għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
5.  

L-approvazzjoni tista' tingħata lil pajjiż terz skont il-paragrafu 3 biss jekk ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-pajjiż terz ikollu sistema ta' verifika effiċjenti tal-konformità tal-prodotti esportati lejn l-Unjoni u l-kontrolli mwettqa f'dak il-pajjiż terz ikunu effettivi u effiċjenti biżżejjed biex jissostitwixxu jew inaqqsu l-kontrolli tal-importazzjonijiet;

(b) 

l-awditi fl-Unjoni u, jekk ikun rilevanti, fil-pajjiż terz juru li l-prodotti esportati minn dak il-pajjiż terz lejn l-Unjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

6.  
Meta tkun ingħatat approvazzjoni bħal din, il-valutazzjoni tar-riskju applikata għall-kontrolli tal-importazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, għandha tinkludi l-approvazzjonijiet mogħtija.

Madankollu, l-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) jistgħu jwettqu kontrolli fuq dawk il-prodotti jew il-kategoriji ta' prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, inkluż sabiex jiġi żgurat li l-kontrolli ta' qabel l-esportazzjoni mwettqa mill-pajjiż terz ikunu effettivi biex jiddeterminaw il-konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

7.  
L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tispeċifika l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li taħt ir-responsabbiltà tagħha għandhom jitwettqu l-kontrolli ta' qabel l-esportazzjoni u dik l-awtorità kompetenti għandha tkun il-kontroparti għall-kuntatti kollha mal-Unjoni.
8.  
L-awtorità kompetenti, imsemmija fil-paragrafu 7, għandha tiżgura l-verifika uffiċjali tal-prodotti qabel id-dħul tagħhom fl-Unjoni.
9.  
Meta l-kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jsibu nuqqas ta' konformità sinifikanti, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih permezz tas-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 u jadattaw il-livell ta' kontrolli fuq it-tali prodotti.
10.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li japprovaw kull sistema speċifika ta' kontrolli ta' qabel l-esportazzjoni relatati mal-prodotti, imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 43(2).
11.  
Il-Kummissjoni għandha b'mod regolari timmonitorja l-funzjonament korrett tal-approvazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jirtiraw dik l-approvazzjoni meta jinstab li l-prodotti li jkunu deħlin fis-suq tal-Unjoni ma jikkonformawx mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni f'numru sinifikanti ta' każijiet. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 43(2). Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-pajjiż terz ikkonċernat b'dan.
12.  
Is-sistema ta' kontroll qabel l-esportazzjoni relatat mal-prodotti għandha tiġi evalwata skont l-Artikolu 42(4).

KAPITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 36

Attivitajiet ta' finanzjament

1.  
L-Unjoni għandha tiffinanzja t-twettiq tal-kompiti tan-Netwerk imsemmija fl-Artikolu 31 u l-evalwazzjonijiet bejn il-pari msemmija fl-Artikolu 12.
2.  

L-Unjoni tista' tiffinanzja l-attivitajiet li ġejjin b'rabta mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:

(a) 

il-funzjonament tal-Punti ta' Kuntatt tal-Prodotti;

(b) 

it-twaqqif u l-funzjonament tal-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 21;

(c) 

l-iżvilupp ta' strumenti ta' kooperazzjoni internazzjonali msemmija fl-Artikolu 35;

(d) 

it-tfassil u l-aġġornar tal-kontribuzzjonijiet għal-linji gwida dwar is-sorveljanza tas-suq;

(e) 

it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni tal-għarfien espert tekniku jew xjentifiku għall-fini ta' assistenza lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tagħha tal-kooperazzjoni amministrattiva ta' sorveljanza tas-suq;

(f) 

l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 13;

(g) 

kampanji ta' sorveljanza tas-suq u attivitajiet assoċjati tal-Istati Membri u tal-Unjoni, inklużi riżorsi u tagħmir, taħriġ u għodod tal-IT;

(h) 

it-twettiq ta' xogħol preliminari jew anċillari b'rabta mal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq relatati mal-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, bħall-istudji, il-programmi, l-evalwazzjonijiet, il-linji gwida, l-analiżijiet komparattivi, il-programmi taż-żjarat u ż-żjarat konġunti reċiproċi, l-iskambju ta' persunal, ix-xogħol ta' riċerka, l-attivitajiet ta' taħriġ, ix-xogħol fil-laboratorju, l-ittestjar tal-profiċjenza, it-testijiet bejn laboratorji u x-xogħol ta' valutazzjoni tal-konformità;

(i) 

l-attivitajiet imwettqa taħt programmi li jipprovdu assistenza teknika, kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u l-promozzjoni u t-tisħiħ tal-politika u tas-sistemi tal-Unjoni ta' sorveljanza tas-suq fost il-partijiet interessati fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali.

3.  
L-Unjoni għandha tiffinanzja l-interfaċċja elettronika msemmija fl-Artikolu 34(7) inkluż l-iżvilupp tas-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 li jippermettilha tirċievi flussi awtomatiċi ta' data elettronika mis-sistemi doganali nazzjonali.
4.  
L-Unjoni għandha tiffinanzja l-interfaċċji elettroniċi msemmija fl-Artikolu 34(2) li jippermettu l-iskambju ta' data bejn is-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 u s-sistemi nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq.
5.  
L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fir-rigward tal-attivitajiet li jappoġġjaw dan ir-Regolament għandha tiġi implimentata f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 23 ), b'mod dirett, jew inkella permezz tal-għoti tal-kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja lill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 62(1) ta' dak ir-Regolament.
6.  
L-approprjazzjonijiet allokati għall-attivitajiet imsemmija f'dan ir-Regolament għandhom ikunu stabbiliti kull sena mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju fis-seħħ.
7.  
L-approprjazzjonijiet iddeterminati mill-awtorità baġitarja għall-finanzjament tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jkopru wkoll l-ispejjeż relatati max-xogħol preparatorju u mal-attivitajiet ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-attivitajiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u għall-kisba tal-għanijiet tagħhom. Dawn l-ispejjeż għandhom jinkludu l-kostijiet tat-twettiq tal-istudji, tal-organizzazzjoni ta' laqgħat tal-esperti, tal-attivitajiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet ġenerali tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq, l-ispejjeż marbuta man-netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni flimkien mal-ispejjeż relatati l-oħra kollha ta' għajnuna teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni.

Artikolu 37

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.  
Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu implimentati l-miżuri ffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effikaċi u, jekk jiġu identifikati xi irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn ikun il-każ, permezz ta' pieni amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2.  
Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta' awditjar, abbażi ta' dokumenti u tal-verifiki fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċevew fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.
3.  
L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, fosthom verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 ) u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 ( 25 ) bl-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi tip ta' attività irregolari oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' ftehim jew deċiżjoni ta' għotja jew kuntratt li jkun jikkonċerna finanzjament skont dan ir-Regolament.
4.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta' għotja u deċiżjonijiet ta' għotja li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li b'mod espliċitu jagħtu setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu t-tali awditi u investigazzjonijiet, f'konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom.

KAPITOLU X

EMENDI

Artikolu 38

Emendi għad-Direttiva 2004/42/KE

L-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 26 ) huma mħassra.

Artikolu 39

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 765/2008

1.  

Regolament (KE) Nru 765/2008 huwa emendat kif ġej:

(1) 

it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni u t-tħassir tar-Regolament (KEE) Nru 339/93”;

(2) 

fl-Artikolu 1, paragrafi 2 u 3 huma mħassra;

(3) 

fl-Artikolu 2, punti 1, 2, 14, 15, 17, 18 u 19 huma mħassra;

(4) 

il-Kapitolu III li fih l-Artikoli 15 sa 29, huwa mħassar;

(5) 

il-paragrafu 1 tal-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:

(a) 

il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c) l-abbozzar u l-aġġornament tal-kontribuzzjonijiet għal-linji gwida fl-oqsma tal-akkreditazzjoni, notifikazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u valutazzjoni tal-konformità;”;

(b) 

il-punti (d) u (e) huma mħassra;

(c) 

il-punti (f) u (g) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(f) 

it-twettiq ta' xogħol preliminari jew anċillari b'konnessjoni mal-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità, metroloġija u akkreditazzjoni konnessi mal-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja, bħal studji, programmi, evalwazzjonijiet, linji gwida, analiżi komparattiva, viżti reċiproċi u konġunti, xogħol ta' riċerka, l-iżvilupp u l-manteniment tal-bażijiet tad-data, attivitajiet ta' taħriġ, xogħol ta' laboratorju, ittestjar tal-profiċjenza, testijiet inter-laboratorji u xogħol ta' valutazzjoni tal-konformità;

(g) 

attivitajiet imwettqa taħt programmi tal-assistenza teknika, kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u l-promozzjoni u t-titjib tal-valutazzjoni tal-konformità Ewropea u politiki u sistemi ta' akkreditazzjoni fost il-partijiet interessati fuq livell Komunitarju u internazzjonali.”.

2.  
Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet imħassra tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom jitqiesu bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 40

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 305/2011

Fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit bis-segwenti:

“1.  
Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikollhom raġuni suffiċjenti li jemmnu li prodott tal-kostruzzjoni kopert minn standard armonizzat jew li għalih Valutazzjoni Teknika Ewropea nħarġet ma jiksibx il-prestazzjoni ddikjarata u jippreżenta riskju għas-sodisfazzjoni tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni koperti b'dan ir-Regolament, huma għandhom iwettqu evalwazzjoni fir-rigward tal-prodott ikkonċernat li tkopri r-rekwiżiti rispettivi stabbiliti b'dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.”.

KAPITOLU XI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 41

Penali

1.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u ta' leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness II li jimponu obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati skont il-liġi nazzjonali.
2.  
Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
3.  
L-Istati Membri għandhom sas-16 ta' Ottubru 2021, jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, meta ma jkunux ġew notifikati preċedentement, u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 42

Evalwazzjoni, rieżami u linja gwida

1.  
Sal-31 ta' Diċembru 2026 u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament fid-dawl tal-għanijiet li jfittex u għandha tippreżenta rapport dwarhom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
2.  
Ir-rapport għandu jivvaluta jekk dan ir-Regolament laħaqx l-għanijiet tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tat-tnaqqis tan-numru ta' prodotti mhux konformi fis-suq tal-Unjoni, tal-iżgurar ta' infurzar effettiv u effiċjenti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fi ħdan l-Unjoni, tat-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u ta' tisħiħ tal-kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, b'kunsiderazzjoni tal-impatt fuq in-negozji u b'mod partikolari fuq l-SMEs. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-effikaċja tas-sistema ta' evalwazzjoni bejn il-pari u tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq li jirċievu finanzjament tal-Unjoni fid-dawl tar-rekwiżiti tal-politiki u tal-liġi tal-Unjoni u l-possibbiltajiet li tkompli tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet doganali.
3.  
Sas-16 ta' Lulju 2023, il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport ta' evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4. Ir-rapport għandu jevalwa b'mod partikolari l-kamp ta' applikazzjoni ta' dak l-Artikolu, l-effetti tiegħu u l-kostijiet u l-benefiċċji tiegħu. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġislattiva.
4.  
Fi żmien erba' snin wara l-ewwel approvazzjoni ta' sistema speċifika ta' kontroll qabel l-esportazzjoni relatat mal-prodotti msemmija fl-Artikolu 35(3), il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-effetti u l-kosteffiċjenza tagħha.
5.  
Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida għall-implimentazzjoni prattika tal-Artikolu 4 għall-finijiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-operaturi ekonomiċi.

Artikolu 43

Proċedura ta' kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Meta l-kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 11(4), l-Artikolu 21(9), l-Artikolu 25(8), l-Artikolu 35(10) u l-Artikolu 35(11) ta' dan ir-Regolament, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 44

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-16 ta' Lulju 2021. Madankollu, l-Artikoli 29, 30, 31, 32, 33 u 36 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Lista ta' leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni

1. 

Id-Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE tal-15 ta' Diċembru 1969 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw mal-ħġieġ tal-kristall (ĠU L 326, 29.12.1969, p. 36);

2. 

Id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16);

3. 

Id-Direttiva tal-Kunsill 75/107/KEE tad-19 ta' Diċembru 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta' fliexken użati bħala reċipjenti ta' kejl (ĠU L 42, 15.2.1975, p. 14);

4. 

Id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE tal-20 ta' Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers (ĠU L 147, 9.6.1975, p. 40);

5. 

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE tal-20 ta' Jannar 1976 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta' ċerti prodotti f'imballaġġ minn qabel (ĠU L 46, 21.2.1976, p. 1);

6. 

Id-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE tal-20 ta' Diċembru 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl u dwar l-irrevokar tad-Direttiva 71/354/KEE (ĠU L 39, 15.2.1980, p. 40);

7. 

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-ħtiġiet ta' effiċjenza għal kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b'karburanti likwidi jew gassużi (ĠU L 167, 22.6.1992, p. 17);

8. 

Id-Direttiva 94/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tikkettjar tal-materjali li jintużaw fil-komponenti ewlenin tax-xeddijiet tas-saqajn għall-bejgħ lill-konsumatur (ĠU L 100, 19.4.1994, p. 37);

9. 

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10);

10. 

Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58);

11. 

Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar apparat mediku dijanjostiku in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1);

12. 

Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta' barra (ĠU L 162, 3.7.2000, p. 1);

13. 

Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34);

14. 

Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1);

15. 

Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar diterġenti (ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1);

16. 

Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7);

17. 

Id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar il-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi organiċi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mill-ġdid ta' vetturi u li temenda d-Direttiva 1999/13/KE (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87);

18. 

Id-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru tagħhom, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 10);

19. 

Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24);

20. 

Id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar emissjonijiet minn sistemi ta' kondizzjonament tal-arja f'vetturi bil-mutur li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12);

▼M1

21. 

Ir-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE (ĠU L 191, 28.7.2023, p. 1) ;

▼B

22. 

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1);

23. 

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1);

24. 

Id-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti mballati minn qabel, li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE u 80/232/KEE, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17);

25. 

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1);

26. 

Ir-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-ħarsien tal-persuni mexjin u ta' utenti vulnerabbli oħra tat-triq, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u jħassar id-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE (ĠU L 35, 4.2.2009, p. 1);

27. 

Ir-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 35, 4.2.2009, p. 32);

28. 

Id-Direttiva 2009/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-kejl kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku (ĠU L 106, 28.4.2009, p. 7);

29. 

Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1);

30. 

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1);

31. 

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1);

32. 

Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10);

33. 

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1);

34. 

Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46);

35. 

Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59);

36. 

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1);

37. 

Id-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr, u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE (ĠU L 165, 30.6.2010, p. 1);

38. 

Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5);

39. 

Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88);

40. 

Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta' fibri ta' tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta' prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttiva 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 272, 18.10.2011, p. 1);

41. 

Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1);

42. 

Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38);

43. 

Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).

44. 

Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52);

45. 

Id-Direttiva 2013/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' oġġetti pirotekniċi (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 27);

46. 

Id-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 90);

47. 

Id-Direttiva 2014/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mad-disponibbiltà fis-suq u s-superviżjoni ta' splussivi ċivili (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 1);

48. 

Id-Direttiva 2014/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-twettiq tad-disponibbiltà fis-suq ta' reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 45);

49. 

Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79);

50. 

Id-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 107);

51. 

Id-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' strumenti tal-kejl (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 149);

52. 

Id-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta' sikurezza għal-liftijiet (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 251);

53. 

Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta' protezzjoni maħsuba għall-użu f'atmosferi potenzjalment esplużivi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309);

54. 

Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357);

55. 

Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1);

56. 

Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62);

57. 

Id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta' apparat ta' pressjoni (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 164);

58. 

Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146);

59. 

Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195);

60. 

Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 131);

61. 

Ir-Regolament (UE) 2016/424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular u li jħassar id-Direttiva 2000/9/KE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 1);

62. 

Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir ta' protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51);

63. 

Ir-Regolament (UE) 2016/426 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir li jaħraq karburanti gassużi u li jħassar id-Direttiva 2009/142/KE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 99);

64. 

Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53);

65. 

Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1);

66. 

Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176);

67. 

Ir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (ĠU L 137, 24.5.2017, p. 1);

68. 

Ir-Regolament (UE) Nru 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1);

69. 

Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1);

70. 

Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1), sa fejn jirrigwarda d-disinn, il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(1) tiegħu, f'dak li jikkonċerna l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir tagħhom għall-kontroll mill-bogħod.




ANNESS II

Lista tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mingħajr dispożizzjonijiet dwar penali

1. 

Id-Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE tal-15 ta' Diċembru 1969 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw mal-ħġieġ tal-kristall (ĠU L 326, 29.12.1969, p. 36);

2. 

Id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16);

3. 

Id-Direttiva tal-Kunsill 75/107/KEE tad-19 ta' Diċembru 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta' fliexken użati bħala reċipjenti ta' kejl (ĠU L 42, 15.2.1975, p. 14);

4. 

Id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE tal-20 ta' Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers (ĠU L 147, 9.6.1975, p. 40);

5. 

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE tal-20 ta' Jannar 1976 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta' ċerti prodotti f'imballaġġ minn qabel (ĠU L 46, 21.2.1976, p. 1);

6. 

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-ħtiġiet ta' effiċjenza għal kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b'karburanti likwidi jew gassużi (ĠU L 167, 22.6.1992, p. 17);

7. 

Id-Direttiva 94/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tikkettjar tal-materjali li jintużaw fil-komponenti ewlenin tax-xeddijiet tas-saqajn għall-bejgħ lill-konsumatur (ĠU L 100, 19.4.1994, p. 37);

8. 

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10);

9. 

Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta' barra (ĠU L 162, 3.7.2000, p. 1);

10. 

Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34);

11. 

Id-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru tagħhom, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 10);

12. 

Id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar emissjonijiet minn sistemi ta' kondizzjonament tal-arja f'vetturi bil-mutur li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12);

13. 

Id-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti mballati minn qabel, li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE u 80/232/KEE, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17);

14. 

Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46);

15. 

Id-Direttiva 2010/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr, u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE (ĠU L 165, 30.6.2010, p. 1);

16. 

Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5);

17. 

Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta' fibri ta' tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta' prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttiva 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 272, 18.10.2011, p. 1);

18. 

Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146);

19. 

Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 131).




ANNESS III

Tabella ta' korrelazzjoni



Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(3)

Artikolu 2, il-punt 1

Artikolu 3, il-punt 1

Artikolu 2, il-punt 2

Artikolu 3, il-punt 2

Artikolu 2, il-punt 14

Artikolu 3, il-punt 22

Artikolu 2, il-punt 15

Artikolu 3, il-punt 23

Artikolu 2, il-punt 17

Artikolu 3, il-punt 3

Artikolu 2, il-punt 18

Artikolu 3, il-punt 4

Artikolu 2, il-punt 19

Artikolu 3, il-punt 25

Artikolu 15(1) u (2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 15(3)

Artikolu 2(3)

Artikolu 15(4)

Artikolu 15(5)

Artikolu 2(2)

Artikolu 16(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 16(2)

Artikolu 16(5)

Artikolu 16(3)

Artikolu 16(4)

Artikolu 17(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 17(2)

Artikolu 34(1), l-aħħar sentenza u l-Artikolu 34(3), il-punt (a)

Artikolu 18(1)

Artikolu 10(6)

Artikolu 18(2), il-punt (a)

Artikolu 11(7), il-punt (a)

Artikolu 18(2), il-punt (b)

Artikolu 18(2), il-punt (c)

Artikolu 11(7), il-punt (b)

Artikolu 18(2), il-punt (d)

Artikolu 18(3)

Artikoli 10(5) u 14(1)

Artikolu 18(4)

Artikolu 14(2)

Artikolu 18(5)

Artikolu 13

Artikolu 18(6)

Artikolu 31(2), il-punt (o)

Artikolu 19(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(3)

Artikolu 19(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 14(4), il-punti (a), (b), (e) u (j)

Artikolu 19(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 11(5)

Artikolu 19(2)

Artikolu 16(3), il-punt (g)

Artikolu 19(3)

Artikolu 18(2)

Artikolu 19(4)

Artikolu 11(2)

Artikolu 19(5)

Artikolu 17

Artikolu 20(1)

Artikolu 19(1)

Artikolu 20(2)

Artikolu 19(2)

Artikolu 21(1)

Artikolu 18(1)

Artikolu 21(2)

Artikolu 18(2)

Artikolu 21(3)

Artikolu 18(3)

Artikolu 21(4)

Artikolu 22(1)

Artikolu 20(1)

Artikolu 22(2)

Artikolu 20(2)

Artikolu 22(3)

Artikolu 20(3)

Artikolu 22(4)

Artikolu 20(4)

Artikolu 23(1) u (3)

Artikolu 34(1)

Artikolu 23(2)

Artikolu 34(4)

Artikolu 24(1)

Artikolu 22(1)

Artikolu 24(2)

Artikolu 22(2) sa (5)

Artikolu 24(3)

Artikolu 24(4)

Artikolu 25(1)

Artikolu 25(2), il-punt (a)

Artikolu 31(2), il-punt (f) u l-Artikolu 33(1), il-punti (i) u (k)

Artikolu 25(2), il-punt (b)

Artikolu 31(2), il-punti (g) u (m) u l-Artikolu 33(1), il-punti (i) u (k)

Artikolu 25(3)

Artikolu 26

Artikolu 27(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 25(2)

Artikolu 27(1), it-tieni sentenza

Artikolu 25(3)

Artikolu 27(2)

Artikolu 25(4)

Artikolu 27(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 26(1)

Artikolu 27(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 26(2)

Artikolu 27(4)

Artikolu 27(5)

Artikolu 28(1)

Artikolu 27, l-ewwel paragrafu, il-punt (a)

Artikolu 28(2)

Artikolu 27, l-ewwel paragrafu, il-punt (b)

Artikolu 29(1)

Artikolu 28(1)

Artikolu 29(2)

Artikolu 28(2)

Artikolu 29(3)

Artikolu 28(3)

Artikolu 29(4)

Artikolu 28(4)

Artikolu 29(5)

Artikolu 25(5)

Artikolu 32(1), il-punt (d)

Artikolu 32(1), il-punt (e)

Artikolu 36(2), il-punt (e)



( 1 ) Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2018/644 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' April 2018 dwar servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini (ĠU L 112, 2.5.2018, p. 19).

( 3 ) Id-Direttiva 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).

►M1  ( 5 ) Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51). ◄

►M1  ( 6 ) Ir-Regolament (UE) 2016/426 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir li jaħraq karburanti gassużi u li jħassar id-Direttiva 2009/142/KE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 99).

( 7 ) Ir-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE (ĠU L 191, 28.7.2023, p. 1); ◄

( 8 ) Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta' barra (ĠU L 162, 3.7.2000, p. 1).

( 9 ) Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).

( 10 ) Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1).

( 11 ) Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

( 12 ) Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).

( 13 ) Id-Direttiva 2013/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' oġġetti pirotekniċi (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 27).

( 14 ) Id-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali u li tħassar id-Direttiva 94/25/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 90).

( 15 ) Id-Direttiva 2014/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-twettiq tad-disponibbiltà fis-suq ta' reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 45).

( 16 ) Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79).

( 17 ) Id-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 107).

( 18 ) Id-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' strumenti tal-kejl (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 149).

( 19 ) Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta' protezzjoni maħsuba għall-użu f'atmosferi potenzjalment esplożivi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309).

( 20 ) Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).

( 21 ) Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).

( 22 ) Id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta' apparat ta' pressjoni (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 164).

( 23 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

( 24 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

( 25 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

( 26 ) Id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta' emissjonijiet ta' kompożizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mil-ġdid ta' vetturi u li jemenda d-Direttiva 1999/13/KE (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87).

Top