Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 36a8df46-4650-11f0-b9f2-01aa75ed71a1

Consolidated text: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/784 tal-25 ta' April 2017 li tawtorizza lir-Repubblika Taljana biex tapplika miżura speċjali ta' deroga mill-Artikoli 206 u 226 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1401

02017D0784 — MT — 01.07.2025 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/784

tal-25 ta' April 2017

li tawtorizza lir-Repubblika Taljana biex tapplika miżura speċjali ta' deroga mill-Artikoli 206 u 226 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1401

(ĠU L 118 6.5.2017, p. 17)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1105 tal-24 ta’ Lulju 2020

  L 242

4

28.7.2020

►M2

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1552 tal-25 ta’ Lulju 2023

  L 188

45

27.7.2023




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/784

tal-25 ta' April 2017

li tawtorizza lir-Repubblika Taljana biex tapplika miżura speċjali ta' deroga mill-Artikoli 206 u 226 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1401



Artikolu 1

B'deroga mill-Artikolu 206 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Italja hija awtorizzata tistipula li l-VAT dovuta fuq provvisti ta' merkanzija u ta' servizzi lill-entitajiet li ġejjin trid titħallas mir-riċevitur f'kont bankarju separat u mblukkat tad-dipartiment tat-taxxa:

— 
l-awtoritajiet pubbliċi;
— 
kumpaniji kkontrollati mill-awtoritajiet pubbliċi fis-sens tal-Artikolu 2359 tal-Kodiċi Ċivili Taljan (Codice Civile).

▼M2 —————

▼B

Artikolu 2

B'deroga mill-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Italja hija awtorizzata teżiġi li l-fatturi li jinħarġu b'rabta ma' provvisti ta' merkanzija u ta' servizzi lill-entitajiet elenkati taħt l-Artikolu 1 ikunu jinkludu kumment speċjali li l-VAT trid titħallas f'dak il-kont bankarju separat u mblukkat tad-dipartiment tat-taxxa.

Artikolu 3

L-Italja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri nazzjonali msemmijin fl-Artikoli 1 u 2.

▼M1

Sat- ►M2  30 ta’ Settembru 2024 ◄ , l-Italja għandha tressaq rapport lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni ġenerali tar-rifużjonijiet tal-VAT lill-persuni taxxabbli milqutin mill-miżuri msemmija fl-Artikoli 1 u 2 u, b’mod partikolari, dwar kemm tieħu żmien, bħala medja, il-proċedura tar-rifużjoni u dwar l-effettività ta’ dawk il-miżuri u ta’ kwalunkwe miżura oħra implimentati mill-Italja bl-għan li titnaqqas l-evażjoni tat-taxxa fis-setturi kkonċernati. Dak ir-rapport għandu jinkludi lista tal-miżuri differenti implimentati, flimkien mad-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom.

▼B

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1401 titħassar b'effett mill-1 ta' Lulju 2017.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2017 sat- ►M2  30 ta’ Ġunju 2026 ◄ .

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Top