This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 2e2c450b-9e66-11ee-b164-01aa75ed71a1
Directive 2009/103/EC of the European Parliament and of the Council of 16 September 2009 relating to insurance against civil liability in respect of the use of motor vehicles, and the enforcement of the obligation to insure against such liability (codified version) (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02009L0103 — MT — 23.12.2023 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DIRETTIVA 2009/103/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (verżjoni kodifikata) (ĠU L 263 7.10.2009, p. 11) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DIRETTIVA (UE) 2021/2118 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-24 ta’ Novembru 2021 |
L 430 |
1 |
2.12.2021 |
|
DIRETTIVA 2009/103/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Settembru 2009
dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà
(verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
“vettura” tfisser:
kwalunkwe vettura bil-mutur li tinsaq esklussivament b’potenza mekkanika fuq l-art iżda li ma tinsaqx fuq binarji u li għandha:
veloċità massima skont id-disinn ta’ aktar minn 25 km/h; jew
piż nett massimu ta’ aktar minn 25 kg u veloċità massima skont id-disinn ta’ aktar minn 14-il km/h;
kwalunkwe karru li għandu jintuża ma’ vettura msemmija fil-punt (a), kemm jekk agganċjat kif ukoll jekk mhux agganċjat.
Mingħajr preġudizzju għall-punti (a) u (b), il-vetturi tas-siġġijiet tar-roti maħsuba esklussivament għall-użu minn persuni b’diżabilità fiżika ma jitqisux bħala vetturi msemmija f’din id-Direttiva;
“użu ta’ vettura” tfisser kwalunkwe użu ta’ vettura li jkun konsistenti mal-funzjoni tal-vettura bħala mezz ta’ trasport fil-ħin li jseħħ l-inċident, irrispettivament mill-karatteristiċi tal-vettura u irrispettivament mill-karatteristiċi tat-terren li fuqu tintuża l-vettura bil-mutur u jekk tkunx stazzjonarja jew tkunx qiegħda tinsaq;
“il-parti li tkun sofriet ħsara” tfisser kwalunkwe persuna intitolata għal kumpens fir-rigward ta’ kwalunkwe telf jew korriment ikkawżat minn vetturi;
“l-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi” tfisser organizzazzjoni professjonali li tkun kostitwita skont ir-Rakommandazzjoni Nru 5 adottata fil-25 ta’ Jannar, 1949, mis-Sub-Kumitat għat-Trasport Stradali tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti u li tiġbor flimkien impriżi tal-assigurazzjoni li, fi Stat, huma awtorizzati li jwettqu negozju fil-qasam tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur kontra r-responsabbiltà ċivili;
“territorju li fih il-vettura normalment tkun ibbażata” tfisser:
it-territorju tal-Istat li tiegħu l-vettura jkollha l-pjanċa ta’ reġistrazzjoni, irrispettivament jekk il-pjanċa hijiex permanenti jew temporanja; jew
fil-każi meta l-ebda reġistrazzjoni ma tkun meħtieġa għal tip ta’ vettura imma l-vettura jkollha pjanċa tal-assigurazzjoni, jew sinjal li jiddistingwiha analogu għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni, it-territorju tal-Istat li fih il-pjanċa jew is-sinjal ikunu maħruġa; jew
fil-każi meta la l-pjanċa tar-reġistrazzjoni u lanqas is-sinjal li jiddistingwiha ma tkun meħtieġa għal ċerti tipi ta’ vetturi, it-territorju tal-Istat li fih id-detentur huwa domiċiljat; jew
f’każi fejn il-vettura m’għandhiex pjanċa ta’ reġistrazzjoni jew għandha pjanċa li ma tkunx tikkorrispondi mal-vettura u kienet involuta f’inċident, it-territorju tal-Istat fejn l-inċident ikun seħħ, sabiex titħallas il-pretensjoni kif previst fl-Artikolu 2(a) jew fl-Artikolu 10;
“karta ħadra” tfisser iċ-ċertifikat internazzjonali tal-assigurazzjoni maħruġ f’isem uffiċċju nazzjonali skont ir-Rakkomandazzjoni Nru 5 adottata fil-25 ta’ Jannar 1949 mis-Sub-kumitat tat-Trasport Stradali tal-Kumitat għat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti;
“impriża ta’ assigurazzjoni” tfisser impriża li tkun irċeviet awtorizzazzjoni uffiċjali skont l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 73/239/KEE;
“stabbiliment” tfisser l-uffiċċju prinċipali, l-aġenzija jew il-fergħa ta’ impriża ta’ assigurazzjoni kif imfisser fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE tat-22 ta’ Ġunju, 1988 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’assigurazzjoni diretta ta’ xort oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ( 1 );
“Stat Membru ta’ domiċilju” tfisser “Stat Membru tal-pajjiż” kif definit fl-Artikolu 13(8), punt (a), tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4, 6, 7 u 8 japplikaw għal vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri:
wara li ftehim ikun ġie konkluż bejn l-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi li taħt il-kondizzjonijiet tiegħu kull aġenzija nazzjonali tiggarantixxi l-ħlas, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar l-assigurazzjoni obbligatorja, ta’ pretensjonijiet fir-rigward ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tagħha, ikkaġunati minn vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, kemm jekk dawk il-vetturi jkunux assigurati jew le;
mid-data stabbilita mill-Kummissjoni, malli hi tkun aċċertat f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri li ftehim bħal dan ikun ġie konkluż;
għall-perijodu ta’ dak il-ftehim.
Artikolu 3
Assigurazzjoni obbligatorja għall-vetturi
Kull Stat Membru għandu, soġġett għall-Artikolu 5, jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jiżgura li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vettura normalment ibbażata fit-territorju tiegħu tkun koperta minn assigurazzjoni.
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-użu ta’ vettura f’avvenimenti u attivitajiet tal-isports motorizzat, inklużi t-tlielaq, il-kompetizzjonijiet, it-taħriġ, l-ittestjar u d-dimostrazzjonijiet f’żona ristretta u demarkata fi Stat Membru, fejn l-Istat Membru jiżgura li l-organizzatur tal-attività, jew kwalunkwe parti oħra, ikunu għamlu polza alternattiva tal-assigurazzjoni jew garanzija li tkopri l-ħsara lil kwalunkwe parti terza, inklużi l-ispettaturi u persuni oħra fil-qrib, iżda mhux neċessarjament tkopri l-ħsara lis-sewwieqa parteċipanti u l-vetturi tagħhom.
Il-ħsara koperta u t-termini u l-kondizzjonijiet tal-kopertura għandhom ikunu determinati fuq il-bażi tal-miżuri msemmijin fl-ewwel paragrafu.
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jassigura li l-kuntratt tal-assigurazzjoni jkopri wkoll:
skont il-liġi fis-seħħ fl-Istati Membri l-oħra, kull telf jew korriment ikkawżat fit-territorju ta’ dawk l-Istati;
kull telf jew korriment soffert minn ċittadini ta’ Stati Membri tul vjaġġ dirett bejn żewġ territorji li fihom it-Trattat ikun fis-seħħ, jekk ma jkun hemm l-ebda uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi responsabbli għat-territorju li jkun qed jinqasam; f’dak il-każ, it-telf jew korriment għandu jkun kopert skont il-liġijiet nazzjonali dwar l-assigurazzjoni obbligatorja fis-seħħ fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-vettura tkun normalment ibbażata.
L-assigurazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tkopri b’mod obbligatorju kemm il-ħsara lill-proprjetà kif ukoll id-danni personali.
Artikolu 4
Spezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni
Madankollu, jistgħu jwettqu tali spezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni sakemm dawk l-ispezzjonijiet ikunu nondiskriminatorji, meħtieġa u proporzjonati biex jiksbu l-għan mixtieq, u:
jitwettqu bħala parti minn kontroll mhux immirat esklussivament għall-verifika tal-assigurazzjoni; jew
jiffurmaw parti minn sistema ġenerali ta’ spezzjonijiet fit-territorju nazzjonali li jitwettqu anke fir-rigward ta’ vetturi li normalment ikunu bbażati fit-territorju tal-Istat Membru li jwettaq l-ispezzjoni, u ma jirrikjedux li l-vettura titwaqqaf.
Dawk il-miżuri tal-Istati Membri, b’mod partikolari, għandhom jispeċifikaw l-iskop eżatt tal-ipproċessar tad-data, jirreferu għall-bażi ġuridika rilevanti, jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti tas-sigurtà u jirrispettaw il-prinċipji tan-neċessità, tal-proporzjonalità u tal-limitazzjoni tal-iskop, u għandhom jistabbilixxu perijodu proporzjonat taż-żamma tad-data. Id-data personali pproċessata skont dan l-Artikolu esklussivament għall-fini tal-amministrazzjoni ta’ spezzjoni dwar l-assigurazzjoni għandha tinżamm biss sakemm tkun meħtieġa għal dak l-iskop, u hekk kif dan jinkiseb, għandha titħassar kompletament. Meta spezzjoni dwar l-assigurazzjoni turi li vettura hija koperta b’assigurazzjoni obbligatorja skont l-Artikolu 3, il-kontrollur għandu jħassar dik id-data minnufih. Meta spezzjoni ma tkunx tista’ tiddetermina jekk vettura hijiex koperta b’assigurazzjoni obbligatorja skont l-Artikolu 3, id-data għandha tinżamm biss għal perijodu limitat, li ma jkunx aktar mill-għadd ta’ ġranet meħtieġa biex jiġi ddeterminat jekk il-kopertura tal-assigurazzjoni teżistix.
Artikolu 5
Deroga mill-obbligazzjonijiet fir-rigward ta’ assigurazzjoni obbligatorja tal-vetturi
Stat Membru li jidderoga b’dan il-mod għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li jsir il-ħlas ta’ kumpens għat-telf u l-korriment ikkawżat fit-territorju tiegħu u fit-territorju ta’ Stati Membri oħra minn vetturi li jkunu japprtjenu lil dawk il-persuni.
Għandu b’mod partikolari jaħtarawtorità jew korp fil-pajjiż fejn it-telf jew korriment isseħħ li jkun responsabbli sabiex jikkumpensa l-partijiet li jkunu sofrew ħsara skont il-liġijiet ta’ dak l-Istat f’każi meta l-punt (a) tal-Artikolu 2 ma jkunx japplika.
Għandu jgħaddi lill-Kummissjoni l-lista ta’ persuni eżentati mill-assigurazzjoni obbligatorja u l-awtoritajiet jew korpi responsabbli għall-kumpens.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik il-lista.
F’dak il-każ l-Istati Membri għandhom jiżguraw li vetturi kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu huma trattati bl-istess mod bħal vetturi li għalihom l-obbligu ta’ assigurazzjoni previst fl-Artikolu 3 ma jkunx ġie sodisfatt.
Il-fond ta’ garanzija tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-inċident għandu mbagħad ikollu pretensjoni kontra l-fond ta’ garanzija fl-Istat Membru fejn il-vettura tkun normalment ibbażata.
Mill-11 ta’ Ġunju 2010 l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni prattika ta’ dan il-paragrafu.
Il-Kummissjoni, wara li tkun eżaminat dawn ir-rapporti, għandha, jekk xieraq, tippreżenta proposti dwar is-sostituzzjoni jew it-tħassir ta’ din id-deroga.
Kwalunkwe Stat Membru li jidderoga b’dan il-mod għandu jiżgura li l-vetturi msemmija fl-ewwel subparagrafu jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-vetturi li fir-rigward tagħhom l-obbligu tal-assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 ma jkunx ġie ssodisfat.
Il-fond ta’ garanzija tal-Istat Membru fejn ikun seħħ inċident għandu mbagħad ikollu pretensjoni kontra l-fond ta’ garanzija fl-Istat Membru fejn il-vettura tkun normalment ibbażata.
Kwalunkwe Stat Membru li jidderoga b’dan il-mod għandu jiżgura li l-vetturi msemmija fl-ewwel subparagrafu jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-vetturi li fir-rigward tagħhom l-obbligu tal-assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 ma jkunx ġie ssodisfat.
Il-fond ta’ garanzija tal-Istat Membru fejn ikun seħħ inċident għandu mbagħad ikollu pretensjoni kontra l-fond ta’ garanzija fl-Istat Membru fejn il-vettura tkun normalment ibbażata.
Kwalunkwe Stat Membru li jidderoga mill-Artikolu 3 fir-rigward tal-vetturi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jiżgura li tali vetturi jiġu ttrattati bl-istess mod bħal vetturi li fir-rigward tagħhom l-obbligu tal-assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 ma jkunx ġie ssodisfat.
Il-fond ta’ garanzija tal-Istat Membru fejn ikun seħħ inċident għandu mbagħad ikollu pretensjoni kontra l-fond ta’ garanzija fl-Istat Membru fejn il-vettura tkun normalment ibbażata.
Artikolu 6
L-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi
Kull Stat Membru għandu jassigura li, meta inċident fit-territorju tiegħu jkun ikkawżat minn vettura li normalment tkun bbażata fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, l-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi għandu, mingħajr preġudizzju għall-obbligu msemmi fl-Artikolu 2 (a), jikseb informazzjoni:
dwar it-territorju li fih il-vettura tkun normalment ibbażata, u dwar in-numru tar-reġistrazzjoni tagħha, jekk ikun hemm;
safejn ikun possibbli, dwar id-dettalji tal-assigurazzjoni tal-vettura, kif dawn normalment ikunu jidhru fuq il-karta ħadra u li jkunu fil-pussess tad-detentur tal-vettura, safejn dawn id-dettalji huma meħtieġa mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-vettura normalment tkun ibbażata.
Kull Stat Membru għandu wkoll jassigura li l-uffiċċju jikkomunika din l-informazzjoni msemmija f’punti (a) u (b) lill-uffiċċju nazzjonali tal-Istat li fit-territorju tiegħu l-vettura msemmija fl-ewwel paragrafu tkun normalment ibbażata.
KAPITOLU 2
DISPOŻIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW VETTURI NORMALMENT IBBAŻATI FIT-TERRITORJU TA’ PAJJIŻ TERZ
Artikolu 7
Miżuri nazzjonali li jikkonċernaw vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ pajjiż terz
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jassigura li l-vetturi kollha li huma normalment ibbażati fit-territorju ta’ pajjiż terz li jidħlu fit-territorju li fih it-Trattat ikun fis-seħħ m’għandhomx jintużaw fit-territorju tiegħu sakemm xi telf jew korriment ikkawżati minn dawk il-vetturi ma jkunux koperti, skont il-ħtiġiet tal-liġijiet tal-Istati Membri varji dwar l-assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi, fit-territorju li fih it-Trattat ikun fis-seħħ.
Artikolu 8
Dokumentazzjoni li tikkonċerna vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ pajjiż terz
Madankollu, vetturi normalment ibbażati f’pajjiż terz għandhom ikunu ittrattati bħal vetturi normalment ibbażati fil-Komunità jekk l-uffiċċji nazzjonali tal-Istati Membri kollha jiggarantixxu flimkien, kull wieħed skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali proprja tiegħu dwar assigurazzjoni obbligatorja, ħlas ta’ talbiet fir-rigward ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tagħhom ikkaġunati minn dawk il-vetturi.
KAPITOLU 3
AMMONTI MINIMI TA’ KOPERTURA TAL-ASSIGURAZZJONI OBBLIGATORJA
Artikolu 9
Ammonti minimi
Mingħajr preġudizzju għal xi garanziji ogħla li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, kull Stat Membru għandu jesiġi li l-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tkun obbligatorja fir-rigward tal-ammonti minimi li ġejjin:
għal korrimenti personali: EUR 6 450 000 għal kull inċident, irrispettivament mill-għadd ta’ partijiet li jkunu sofrew ħsara, jew EUR 1 300 000 għal kull parti li tkun sofriet ħsara;
għal ħsara lill-proprjetà, EUR 1 300 000 għal kull inċident, irrispettivament mill-għadd ta’ partijiet li jkunu sofrew ħsara.
Għall-Istati Membri li ma adottawx il-euro, l-ammonti minimi għandhom jiġu maqluba fil-munita nazzjonali tagħhom billi tiġi applikata r-rata tal-kambju tat-22 ta’ Diċembru 2021 ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28b fir-rigward tal-adattament ta’ dawk l-ammonti għall-HICP fi żmien sitt xhur wara t-tmiem ta’ kull perijodu ta’ ħames snin.
Għall-Istati Membri li ma adottawx il-euro, l-ammonti minimi għandhom jiġu maqluba għall-munita nazzjonali tagħhom billi tiġi applikata r-rata tal-kambju fid-data tal-kalkolu tal-ammonti minimi ġodda ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
KAPITOLU 4
KUMPENS GĦAL ĦSARA KKAWŻATA MINN VETTURA MHUX IDENTIFIKATA JEW VETTURA LI FIR-RIGWARD TAGĦHA L-OBBLIGU TA’ ASSIGURAZZJONI PREVIST FL-ARTIKOLU 3 MA ĠIEX ISSODISFAT U KUMPENS F’KAŻ TA’ INSOLVENZA
Artikolu 10
Korp responsabbli għall-għoti ta’ kumpens
L-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jikkunsidraw kumpens mill-korp bħala sussidjarju jew mhux sussidjarju u d-dritt li jipprevedu s-saldu ta’ pretensjonijiet bejn il-korp u l-persuna jew persuni responsabbli li kkawżaw l-inċident u assiguraturi jew korpi tas-sigurtà soċjali oħra li jeħtiġilhom jikkumpensaw il-parti li tkun sofriet ħsara fir-rigward tal-istess inċident. Madankollu, l-Istati Membri ma jistgħux jippermettu li l-korp jagħmel il-ħlas ta’ kumpens soġġett għall-fatt li l-parti li tkun sofriet ħsara tistabbilixxi, b’xi mod, li l-persuna responsabbli ma tkunx tista’ jew tirrifjuta li tħallas.
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-ħlas ta’ kumpens minn dak il-korp fir-rigward ta’ persuni li jkunu daħlu volontarjament fil-vettura li tkun ikkawżat it-telf jew il-korriment meta l-korp jkun jista’ jġib provi li kienu jafu li l-vettura ma kinitx assigurata.
Madankollu, meta l-korp ikun ħallas kumpens għal korriment personali sinifikanti lil kwalunkwe parti li tkun sofriet ħsara b’riżultat tal-istess inċident li fih il-ħsara lill-proprjetà ġiet ikkawżata minn vettura mhux identifikata, l-Istati Membri ma jistgħux jeskludu l-ħlas ta’ kumpens għal ħsara lill-proprjetà fuq il-bażi li l-vettura ma tkunx identifikata. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li eċċess ta’ mhux aktar minn EUR 500 jitħallas mill-parti li tkun sofriet ħsara li ġġarrab tali ħsara lill-proprjetà.
Il-kondizzjonijiet li fihom danni personali għandhom jiġu kkunsidrati sinifikanti għandhom jiġu stabbiliti skont il-leġislazzjoni nazzjonali jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-inċident. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont, inter alia, jekk id-dannu kienx jeħtieġ kura fi sptar.
Artikolu 10a
Il-protezzjoni ta’ partijiet li jkunu sofrew ħsara fir-rigward ta’ ħsara li tirriżulta minn inċidenti li jseħħu fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom fil-każ tal-insolvenza ta’ impriża tal-assigurazzjoni
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jawtorizza korp inkarigat biex jipprovdi kumpens lill-partijiet li jkunu sofrew ħsara li jirrisjedu fit-territorju tiegħu, mill-inqas fil-limiti tal-obbligu tal-assigurazzjoni, għal ħsara lill-proprjetà jew korriment personali kkawżati minn vettura assigurata minn impriża tal-assigurazzjoni, mill-mument meta:
l-impriża tal-assigurazzjoni tkun soġġetta għal proċeduri ta’ falliment; jew
l-impriża tal-assigurazzjoni tkun soġġetta għal proċeduri ta’ stralċ kif definiti fl-Artikolu 268(1), punt (d), tad-Direttiva 2009/138/KE.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-korp għandu:
jagħmel offerta ta’ kumpens motivata, meta jkun stabbilixxa li huwa responsabbli li jipprovdi kumpens skont il-paragrafu 1, punt (a) jew (b), il-pretensjoni ma tkunx ikkontestata u l-ħsarat ikunu ġew ikkwantifikati parzjalment jew kompletament;
jipprovdi tweġiba motivata għall-punti magħmula fil-pretensjoni, meta jkun stabbilixxa li ma jkunx responsabbli li jipprovdi kumpens skont il-paragrafu 1, punt (a) jew (b), jew meta r-responsabbiltà tiġi miċħuda jew ma tkunx ġiet iddeterminata b’mod ċar jew il-ħsarat ma jkunux ġew ikkwantifikati kompletament.
Meta l-ħsara tkun ġiet ikkwantifikata parzjalment biss, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-ħlas tal-kumpens stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw fir-rigward ta’ dik il-ħsara kwantifikata parzjalment, u mill-mument tal-aċċettazzjoni tal-offerta ta’ kumpens motivata korrispondenti.
Il-korp imsemmi fil-paragrafu 1 fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża tal-assigurazzjoni għandu jagħmel il-ħlas lill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 fl-Istat Membru li fih il-parti li tkun sofriet ħsara tirrisjedi li jkun ikkumpensa lill-parti li tkun sofriet ħsara skont il-paragrafu 8 fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx is-sitt xhur, dment li ma jkunx miftiehem mod ieħor bil-miktub minn dawk il-korpi, wara li jkun irċieva pretensjoni għal tali rimborż.
Il-korp li pprovda kumpens skont l-ewwel subparagrafu jenħtieġ li jkun surrogat għall-parti li tkun sofriet ħsara fid-drittijiet tagħha fil-konfront tal-persuna li kkawżat l-inċident jew l-impriża tal-assigurazzjoni tagħha, ħlief fil-konfront tad-detentur tal-polza jew persuna assigurata oħra li kkawżat l-inċident sa fejn ir-responsabbiltà tad-detentur tal-polza jew tal-persuna assigurata tkun koperta mill-impriża tal-assigurazzjoni insolventi skont il-liġi nazzjonali applikabbli. Kull Stat Membru għandu jkun obbligat jirrikonoxxi din is-surroga kif previst minn kwalunkwe Stat Membru ieħor.
Il-paragrafi 1 sa 10 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li:
jqisu kumpens imħallas mill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 bħala sussidjarju jew mhux sussidjarju;
jipprevedu s-saldu ta’ pretensjonijiet fir-rigward tal-istess inċident bejn:
il-korp imsemmi fil-paragrafu 1;
il-persuna jew persuni responsabbli għall-inċident;
impriżi tal-assigurazzjoni oħra jew korpi tas-sigurtà soċjali li jridu jikkumpensaw il-parti li tkun sofriet ħsara.
Għal dak il-għan, sat-23 ta’ Ġunju 2023 kull Stat Membru għandu:
jistabbilixxi jew jawtorizza lill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 u jagħtih is-setgħa biex jinnegozja u jikkonkludi tali ftehim; jew
jaħtar entità u jagħtiha s-setgħat li tinnegozja u tikkonkludi tali ftehim, li l-korp imsemmi fil-paragrafu 1 isir parti għaliha ladarba jiġi stabbilit jew jiġi awtorizzat.
Il-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi nnotifikat minnufih lill-Kummissjoni.
Meta l-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jiġix konkluż sat-23 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 28b sabiex tispeċifika l-kompiti proċedurali u l-obbligi proċedurali tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tar-rimborż.
Artikolu 11
Tilwim
F’każ ta’ tilwim bejn il-korp imsemmi fl-Artikolu 10(1) u l-assiguratur tar-responsabbiltà ċivili dwar min minnhom għandu jikkumpensa lill-parti li tkun sofriet ħsara, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex waħda minn dawk il-partijiet tkun iddikjarata bħala responsabbli fil-prim’istanza għall-ħlas ta’ kumpens mingħajr dewmien lill-parti li tkun sofriet ħsara.
Jekk finalment ikun deċiż li l-parti l-oħra kellha tħallas l-ammont kollu jew parti mill-kumpens, dik il-part l-oħra għandha tħallas lura kif xieraq lill-parti li tkun għamlet il-pagament.
KAPITOLU 5
KATEGORIJI SPEĊJALI TA’ PARTI LI TKUN SOFRIET ĦSARA, KLAWŻOLI TA’ ESKLUŻJONI, PRIMJUM WIEĦED, VETTURI LI JINTBAGĦTU MINN STAT MEMBRU GĦAL IEĦOR
Artikolu 12
Kategoriji speċjali ta’ parti li tkun sofriet ħsara
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju kemm għar-responsabbiltà ċivili kif ukoll għall-ammont ta’ kumpens.
Artikolu 13
Klawsoli ta’ esklużjoni
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li kwalunkwe dispożizzjoni statutorja jew kwalunkwe klawżola kuntrattwali inkluża f’polza tal-assigurazzjoni maħruġa f’konformità mal-Artikolu 3 titqies nulla fir-rigward ta’ pretensjonijiet minn partijiet terzi li sofrew ħsara b’riżultat ta’ inċident, meta dik id-dispożizzjoni statutorja jew il-klawżola kuntrattwali teskludi mill-assigurazzjoni l-użu jew is-sewqan ta’ vetturi minn:
persuni li ma jkollhomx l-awtorizzazzjoni espressa jew impliċita għal dan,
persuni li ma jkollhomx liċenza li tippermettilhom isuqu l-vettura konċernata,
persuni li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tekniċi statutorji li jikkonċernaw il-kondizzjoni u s-sigurtà tal-vettura konċernata.
Madanakollu d-dispożizzjoni jew il-klawsola msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tista’ tiġi invokata kontra persuni li minn jeddhom ikunu daħlu fil-vettura li kkaġunat il-ħsara jew il-korriment, meta l-assiguratur jkun jista’ juri li dawn kienu jafu li l-vettura kienet misruqa.
L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla — fil-każ ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tagħhom — li ma japplikawx id-dispożizzjoni fl-ewwel subparagrafu jekk u dment li l-parti li tkun sofriet ħsara tista’ tikseb kumpens għall-ħsara li tkun sofriet mingħand korp tas-sigurtà soċjali.
L-Istati Membri li, fil-każ ta’ vetturi misruqa jew miksuba bi vjolenza, jiddisponu li l-korp imsemmi fl-Artikolu 10(1) għandu jħallas kumpens, jistgħu jiffissaw fir-rigward tal-ħsara lill-proprjetà eċċess ta’ mhux aktar minn EUR 250 li jitħallas mill-parti li tkun sofriet ħsara.
Artikolu 14
Premium wieħed
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw li l-poloz kollha tal-assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili li toriġina mill-użu ta’ vetturi:
jagħtu kopertura, abbażi ta’ premium wieħed u matul l-iskadenza kollha tal-kuntratt, fit-territorju kollu tal-Komunità, inkluż għal kull perjodu meta l-vettura tibqa’ fl-Istati Membri l-oħra matul il-perijodu tal-kuntratt; u
jiggarantixxu, fuq l-istess bażi tal-istess premium wieħed, f’kull Stat Membru, il-kopertura meħtieġa mil-liġi tiegħu jew il-kopertura meħtieġa mil-liġi tal-Istat Membru ta’ fejn il-vettura tkun normalment ibbażata, meta dik tal-aħħar tkun akbar.
Artikolu 15
Vettura mibgħuta minn Stat Membru għal ieħor
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċentri ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istat Membru fejn il-vettura tkun irreġistrata, tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni, meta jkun differenti, u ta’ kwalunkwe Stat Membru rilevanti ieħor, bħall-Istat Membru fejn ikun seħħ inċident, jew fejn parti li tkun sofriet ħsara tirrisjedi, jikkooperaw ma’ xulxin biex jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa dwar il-vettura mibgħuta li huma jkollhom f’konformità mal-Artikolu 23 tkun disponibbli.
Artikolu 15a
Il-protezzjoni ta’ partijiet li jkunu sofrew ħsara f’inċidenti li jinvolvu karru rmunkat minn vettura
Fil-każ ta’ inċident ikkawżat minn sett ta’ vetturi li jikkonsisti f’vettura li tirmonka karru, meta l-karru jkollu assigurazzjoni separata tar-responsabbiltà ċivili, il-parti li tkun sofriet ħsara tista’ tressaq il-pretensjoni tagħha direttament kontra l-impriża tal-assigurazzjoni li assigurat il-karru, meta:
il-karru jista’ jiġi identifikat, iżda l-vettura li rmunkatu ma tistax tiġi identifikata; u
il-liġi nazzjonali applikabbli tipprevedi li l-assiguratur tal-karru għandu jipprovdi kumpens.
Impriża tal-assigurazzjoni li tkun ikkumpensat lill-parti li tkun sofriet ħsara għandha tkun tista’ tirrikorri għand l-impriża li tkun assigurat il-vettura tal-irmonk, jew għand il-korp imsemmi fl-Artikolu 10(1), jekk u sa fejn dan ikun previst skont il-liġi nazzjonali applikabbli.
Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali applikabbli li tipprevedi regoli aktar favorevoli għall-parti li tkun sofriet ħsara.
Fil-każ ta’ inċident ikkawżat minn sett ta’ vetturi li jikkonsisti f’vettura li tirmonka karru, l-assiguratur tal-karru, dment li l-liġi nazzjonali applikabbli ma tirrikjedix li jipprovdi kumpens sħiħ, għandu, fuq talba tal-parti li tkun sofriet ħsara, jinfurmaha mingħajr dewmien żejjed dwar:
l-identità tal-assiguratur tal-vettura tal-irmonk; jew
meta l-assiguratur tal-karru ma jkunx jista’ jidentifika l-assiguratur tal-vettura tal-irmonk, il-mekkaniżmu ta’ kumpens previst fl-Artikolu 10.
KAPITOLU 6
STQARRIJA, EĊĊESS, AZZJONI DIRETTA
Artikolu 16
Dikjarazzjoni rigward pretensjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detentur tal-assigurazzjoni għandu d-dritt li jitlob fi kwalunkwe ħin dikjarazzjoni dwar il-pretensjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili li tinvolvi l-vettura jew il-vetturi koperti mill-kuntratt ta’ assigurazzjoni matul il-ħames snin preċedenti tar-relazzjoni kuntrattwali, jew dwar in-nuqqas ta’ tali pretensjonijiet (“dikjarazzjoni dwar il-pretensjonijiet preċedenti”).
L-impriża ta’ assigurazzjoni, jew il-korp li setgħa ġie maħtur mill-Istat Membru biex jipprovdi assigurazzjoni obbligatorja jew li jipprovdi tali dikjarazzjonijiet, għandhom jipprovdu dik id-dikjarazzjoni dwar il-pretensjonijiet preċedenti lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni fi żmien 15-il jum mit-talba. Huma għandhom jagħmlu dan billi jużaw il-formola tad-dikjarazzjoni ta’ pretensjonijiet preċedenti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jkunu qegħdin jikkunsidraw id-dikjarazzjonijiet ta’ pretensjonijiet preċedenti maħruġa minn impriżi tal-assigurazzjoni oħra jew korpi oħra kif imsemmi fit-tieni subparagrafu, l-impriżi tal-assigurazzjoni ma jittrattawx lid-detenturi tal-poloz tal-assigurazzjoni b’mod diskriminatorju jew iżommu żżejjed fuq il-primjums tagħhom minħabba n-nazzjonalità tagħhom jew fuq il-bażi tal-Istat Membru ta’ residenza preċedenti tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta impriża tal-assigurazzjoni tikkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta’ pretensjonijiet preċedenti meta tiddetermina l-primjums, għandha tittratta dawk maħruġa fi Stati Membri oħra bħala ugwali għal dawk maħruġa minn impriża tal-assigurazzjoni jew korpi kif imsemmija fit-tieni paragrafu fl-istess Stat Membru, inkluż meta jiġu applikati xi skontijiet.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni jippubblikaw deskrizzjoni ġenerali tal-politiki tagħhom fir-rigward tal-użu tad-dikjarazzjonijiet ta’ pretensjonijiet preċedenti fil-kalkolu tal-primjums.
Il-Kummissjoni għandha tadotta sat-23 ta’ Lulju 2023 atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw permezz ta’ mudell, il-forma u l-kontenut tad-dikjarazzjoni ta’ pretensjonijiet preċedenti msemmija fit-tieni paragrafu. Dak il-mudell għandu jkun fih informazzjoni dwar dan li ġej:
l-identità tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tal-korp li ħarġu d-dikjarazzjoni ta’ pretensjonijiet preċedenti;
l-identità tad-detentur tal-polza, inkluża l-informazzjoni ta’ kuntatt tiegħu;
il-vettura assigurata u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura tagħha;
id-data tal-bidu u d-data tat-tmiem tal-kopertura tal-assigurazzjoni tal-vettura;
l-għadd ta’ pretensjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili saldati skont il-kuntratt tal-assigurazzjoni tad-detentur tal-polza matul il-perijodu kopert mid-dikjarazzjoni ta’ pretensjonijiet preċedenti, inkluża d-data ta’ kull pretensjoni;
informazzjoni addizzjonali rilevanti skont ir-regoli jew il-prattiki applikabbli fl-Istati Membri.
Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati kollha u taħdem mill-qrib mal-Istati Membri qabel ma tadotta dawk l-atti ta’ implimentazzjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 28a(2).
Artikolu 16a
Għodod għat-tqabbil tal-prezzijiet tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur
L-għodda ta’ tqabbil fis-sens tal-paragrafu 1 għandha:
topera b’mod indipendenti mill-fornituri tal-assigurazzjoni obbligatorja msemmija fl-Artikolu 3 u tiżgura li l-fornituri tas-servizzi jingħataw trattament ugwali fir-riżultati tat-tfittxija;
tiżvela b’mod ċar l-identità tas-sidien u l-operaturi tal-għodda ta’ tqabbil;
tistabbilixxi l-kriterji ċari u oġġettivi li fuqhom ikun ibbażat it-tqabbil;
tuża lingwaġġ ċar u mhux ambigwu;
tipprovdi informazzjoni eżatta u aġġornata u tiddikjara l-ħin tal-aħħar aġġornament;
tkun disponibbli għal kwalunkwe fornitur tal-assigurazzjoni obbligatorja msemmija fl-Artikolu 3, tagħmel l-informazzjoni rilevanti disponibbli, tinkludi firxa wiesgħa ta’ offerti li jkopru parti sinifikanti mis-suq tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u, meta l-informazzjoni ppreżentata ma tagħtix stampa sħiħa ta’ dak is-suq, tipprovdi lill-utent b’dikjarazzjoni ċara li tgħid hekk, qabel ma jintwerew ir-riżultati;
tipprovdi proċedura effettiva għar-rapportar ta’ informazzjoni żbaljata;
tinkludi dikjarazzjoni li l-prezzijiet huma bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta u mhumiex vinkolanti għall-fornituri tal-assigurazzjoni.
Artikolu 17
Eċċess
L-impriżi ta’ assigurazzjoni m’għandhomx jeħtieġu lil xi parti li tkun sofriet ħsara f’inċident li jġorr xi eċċess safejn tikkonċerna l-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3.
Artikolu 18
Dritt ta’ azzjoni diretta
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet li jkunu sofrew ħsara f’inċidenti kkawżati minn vettura koperta mill-assigurazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3 għandhom dritt ta’ azzjoni diretta kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni li tkopri l-persuna responsabbli kontra responsabbiltà ċivili.
KAPITOLU 7
ĦLAS TA’ TALBIET LI JIRRIŻULTAW MINN KULL INĊIDENT IKKAWŻAT MINN VETTURA KOPERTA MINN ASSIGURAZZJONI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3
Artikolu 19
Proċedura għall-ħlas ta’ talbiet
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċedura msemmija fl-Artikolu 22 għall-ħlas ta’ talbiet li jirriżultaw minn kull inċident ikkawżat minn vettura koperta minn assigurazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3.
Fil-każ ta’ talbiet li jistgħu jiġu mħallsa mis-sistema ta’ uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi msemmija fl-Artikolu 2, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-istess proċedura bħal fl-Artikolu 22.
Sabiex tiġi applikata din il-proċedura kull riferenza għal impriża ta’ assigurazzjoni għandha tinftiehem bħala riferenza għall-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi.
Artikolu 20
Dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw il-kumpens għall-partijiet li jsofru ħsara f’inċident li jseħħ fi Stat Membru li ma jkunx dak tar-residenza tagħhom
Mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni ta’ pajjiżi terzi dwar ir-responsabbiltà ċivili u l-liġi privata internazzjonali, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ukoll japplikaw għal partijiet li jkunu sofrew ħsara li jkunu residenti fi Stat Membru u intitolati għal kumpens fir-rigward ta’ kull telf jew korriment li jkun jirriżulta minn inċidenti li jseħħu f’pajjiżi terzi li l- uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi tagħhom ikunu issieħbu fis-sistema tal-karta ħadra kull meta dawn l-inċidenti jkunu kkawżati mill-użu ta’ vetturi assigurati u normalment ibbażati fi Stat Membru.
L-Artikoli 21 u 24 għandhom ikunu japplikaw biss fil-każ ta’ inċidenti kkawżati mill-użu ta’ vettura:
assigurata permezz ta’ stabbiliment fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara; u
normalment ibbażata fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara.
Artikolu 21
Rappreżentanti għal talbiet
Ir-rappreżentant tat-talbiet għandu jkun responsabbli għall-amministrazzjoni u l-pagament tal-pretensjonijiet li joriġinaw minn inċident fil-każi li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 20(1).
Ir-rappreżentant tal-pretensjonijiet għandu jkun residenti jew stabbilit fl-Istat Membru ta’ fejn hu jkun maħtur.
L-Istati Membri jistgħu ma jirrestrinġux din il-liberta’ tal-għażla.
Il-ħtieġa li jkun maħtur rappreżentant għall-pretensjonijiet m’għandhiex tippreġudika d-dritt tal-parti li tkun sofriet ħsara jew tal-impriża tagħha ta’ assigurazzjoni li tibda proċeduri diretti kontra l-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew l-impriża tal-assigurazzjoni tagħha.
Għandhom ikunu kapaċi li jeżaminaw każi fl-islien jew l-ilsna uffiċjali tal-Istat Membru tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara.
Artikolu 22
Proċedura għall-kumpens
L-Istati Membri għandhom joħolqu obbligu, sostenut b’pieni finanzjarji effettivi u sistematiċi xierqa jew amministrattivi ekwivalenti, sabiex, fi żmien tliet xhur mid-data ta’ meta l-parti li tkun sofriet ħsara tkun ippreżentat il-pretensjoni tagħha għal kumpens jew direttament jew lill-impriża ta’ assigurazzjoni tal-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew lir-rappreżentant għall-pretensjonijiet tagħha,
l-impriża ta’ assigurazzjoni tal-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet tagħha jkunu meħtieġa jagħmlu offerta għal kumpens raġunat f’każi meta r-responsabbiltà ma tkunx ikkontestata u l-ħsarat ikunu ġew ikkwantifikati; jew
l-impriża ta’ assigurazzjoni li lilha tkun ġiet indirizzata t-talba għal kumpens jew ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet tagħha jkunu meħtieġa jipprovdu tweġiba raġunata għal punti magħmula fit-talba f’każi meta r-responsabbiltà tkun miċħuda jew ma tkunx ġiet determinata b’mod ċar jew il-ħsarat ma jkunux ġew ikkwantifikati kompletament.
L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet biex jassiguraw li, meta l-offerta ma tkunx saret fil-limitu ta’ żmien ta’ tliet xhur, għandu jkun pagabbli imgħax fuq l-ammont ta’ kumpens li toffri l-impriża ta’ assigurazzjoni jew li jingħata mill-qorti lill-parti li tkun sofriet ħsara.
Artikolu 23
Ċentri ta’ informazzjoni
Sabiex persuna li tkun sofriet ħsara jkollha l-possibbiltà li tfittex kumpens, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew japprova ċentru ta’ informazzjoni responsabbli:
għaż-żamma ta’ reġistru li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur normalment ibbażati fit-territorju tal-Istat inkwistjoni;
in-numri tal-poloz ta’ assigurazzjoni li jkopru l-użu ta’ dawk il-vetturi għar-riskji kklassifikati fil-klassi 10 tal-punt A tal-Anness għad-Direttiva 73/239/KEE, apparti mir-responsabbiltà ċivili ta’ trasportaturi, u meta l-perijodu ta’ validità tal-polza jkun skada, ukoll id-data tat-terminazzjoni tal-kopertura tal-assigurazzjoni;
l-impriżi ta’ assigurazzjoni li jkopru l-użu ta’ vetturi għar-riskji klassifikati fil-klassi 10 tal-punt A tal-Anness tad-Direttiva 73/239/KEE, minbarra r-responsabbiltà ċivili tat-trasportaturi, u rappreżentanti għall-pretensjonijiet maħtura minn dawn l-impriżi ta’ assigurazzjoni skont l-Artikolu 21 ta’ din id-Direttiva li l-ismijiet tagħhom għandhom ikunu nnotifikati liċ-ċentru ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;
il-lista ta’ vetturi li, f’kull Stat Membru, jibbenefikaw mid-deroga għall- obbligu ta’ kopertura ta’ assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili skont l-Artikolu 5(1) u (2);
rigward il-vetturi previsti fil-punt (iv):
jew għal koordinazzjoni tal-ġabra u t-tixrid ta’ dik id-data;
u għall-assistenza tal-persuni intitolati biex isiru jafu bid-data msemmija fil-punti (a) (i) sa (v).
Id-data taħt il-punti (a)(i), (ii) u (iii) għandha tinżamm għal perijodu ta’ seba’ snin wara t-terminazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-vettura jew it-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-parti li tkun sofriet ħsara tkun intitolata għal perjodu ta’ seba’ snin wara l-inċident biex takkwista mingħajr dewmien miċ-ċentru ta’ informazzjoni tal-Istat Membru ta’ fejn għandha r-residenza, tal-Istat Membru fejn il-vettura tkun normalment ibbażata jew tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-inċident, din id-data li ġejja:
l-isem u l-indirizz tal-impriża ta’ assigurazzjoni;
in-numru tal-polza ta’ assigurazzjoni; u
l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet tal-impriża ta’ assigurazzjoni fl-Istat tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara.
Iċ-ċentri ta’ informazzjoni għandhom jikkooperaw ma’ xulxin.
Iċ-ċentru ta’ informazzjoni għandu jipprovdi lill-parti li tkun sofriet ħsara bl-isem u l-indirizz tas-sid jew ix-xufier normali jew id-detentur tal-vettura jekk il-parti li tkun sofriet ħsara jkollha interess leġittimu fl-akkwist ta’ din l-informazzjoni. Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, iċ-ċentru ta’ informazzjoni għandu jindirizza partikolarment:
l-impriża ta’ assigurazzjoni, jew
l-aġenzija tar-reġistrazzjoni tal-vettura.
Jekk il-vettura tibbenefika mid-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1), iċ-ċentru ta’ informazzjoni għandu jinforma lill-parti li tkun sofriet ħsara, bl-isem tal-awtorità jew tal-korp innominat skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(1) bħala responsabbli biex tikkumpensa l-partijiet li jkunu sofrew ħsara meta l-proċedura prevista fl-Artikolu 2(a) ma tkunx tapplika.
Jekk il-vettura tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 5(2), iċ-ċentru ta’ informazzjoni għandu jinforma lill-parti li tkun sofriet ħsara bl-isem tal-korp li jkopri l-vettura fil-pajjiż fejn normalment tkun ibbażata.
Artikolu 24
Il-Korpi ta’ kumpens
Dawk il-partijiet li kunu sofrew ħsara jistgħu jippreżentaw talba lill-korp ta’ kumpens fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom:
jekk, fi żmien tliet xhur mid-data meta l-parti li tkun sofriet ħsara tkun ippreżentat it-talba tagħha għal kumpens lil impriża ta’ assigurazzjoni tal-vettura li l-użu tagħha jkun ikkawża l-inċident jew lir-rappreżentant għall-pretensjonijiet, l-impriża ta’ assigurazzjoni jew ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet tagħha ma jkunux ipprovdew tweġiba raġunata għal punti magħmula fit-talba; jew
jekk l-impriża ta’ assigurazzjoni tkun naqset milli taħtar rappreżentant għall-pretensjonijiet fl-Istat Membru tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara skont l-Artikolu 20(1). F’dan il-każ, il-partijiet li jkunu sofrew ħsara ma jkunux jistgħu jippreżentaw talba lill-korp ta’ kumpens jekk huma jkunu ppreżentaw talba għal kumpens direttament lill-impriża ta’ assigurazzjoni tal-vettura li l-użu tagħha jkun ikkawża l-inċident u jekk ikunu rċevew tweġiba raġunata fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tat-talba.
Il-partijiet li jsofru d-danni ma jistgħux madanakollu jippreżentaw talba lill-korp ta’ kumpens jekk huma jkunu ħadu azzjoni legali direttament kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni.
Il-korp ta’ kumpens għandu jieħu azzjoni fi żmien xahrejn mid-data meta l-parti li tkun sofriet ħsara tippreżenta talba għal kumpens lilu imma għandu jwaqqaf l-intervent tiegħu jekk l-impriża ta’ assigurazzjoni, jew ir-rappreżentant tagħha għat-talba tagħha, sussegwentament jagħti tweġiba raġunata għat-talba.
Il-korp ta’ kumpens għandu minnufih jinforma:
lill-impriża ta’ assigurazzjoni tal-vettura li l-użu tagħha kkawża l-inċident jew lir-rappreżentant għall-pretensjonijiet;
lill-korp ta’ kumpens fl-Istat Membru tal-istabbiliment tal-impriża ta’ assigurazzjoni li tkun ħarġet il-polza;
jekk magħrufa, il-persuna li tkun ikkaġunat l-inċident;
li jkunu irċevew talba mill-parti li tkun sofriet ħsara u li ser jagħti tweġiba fi żmien xahrejn mill-preżentazzjonita’ din it-talba.
Din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jittrattaw il-kumpens minn dan il-korp bħala sussidjarju jew mhux sussidjarju u d-dritt li jipprovdu għall-pagament ta’ pretensjonijiet bejn dak il-korp u l-persuna jew persuni li kkawżaw l-inċident u l-impriżi ta’ assigurazzjoni jew korpi tas-sigurtà soċjali oħrajn meħtieġa li jikkumpensaw lill-parti li tkun sofriet ħsara fir-rigward tal-istess inċident. Madanakollu, l-Istati Membri ma jistgħux jippermettu li l-korp jagħmel il-ħlas ta’ kumpens suġġett għal xi kundizzjonijiet barra minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, b’mod partikolari l-istabbiliment mill-parti li tkun sofriet ħsara b’tali mod li l-persuna responsabbli ma tkunx tista’ jew tirrifjuta li tħallas.
Dan il-korp tal-aħħar għandu jkun surrogat fid-drittijiet tal- parti li tkun sofriet ħsara kontra l-persuna li kkawżat l-inċident jew l-impriża ta’ assigurazzjoni tagħha safejn il-korp ta’ kumpens fl-Istat Membru tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara jkun ipprovda kumpens għat-telf jew għall-korriment subit.
Kull Stat Membru huwa obbligat li jirrikonoxxi din is-surroga kif prevista minn kull Stat Membru ieħor.
Dan l-Artikolu għandu jidħol fis-seħħ:
wara li jkun ġie konkluż ftehim bejn il-korpi ta’ kumpens stabbiliti jew approvati mill-Istati Membri rigward il-funzjonijiet tagħhom u l-obbligi u l-proċeduri għal rimborż;
mid-data ffissata mill-Kummissjoni, malli hi tkun aċċertat il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri li dan il-ftehim ikun ġie konkluż.
Artikolu 25
Kumpens
Jekk ikun impossibbli li tkun identifikata l-vettura jew jekk, fi żmien xahrejn wara l-inċident, ma jkunx possibbli li tkun identifikata l-impriża ta’ assigurazzjoni, il-parti li tkun sofriet ħsara tista’ tagħmel talba għal kumpens lill-korp ta’ kumpens fl-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha. L-kumpens għandu jkun ipprovdut skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 9 u 10. F’dan il-każ, il-korp ta’ kumpens għandu jkollu pretensjoni, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24(2):
meta l-impriża ta’ assigurazzjoni ma tkunx tista’ tiġi identifikata, kontra l-fond ta’ garanzija tal-Istat Membru li fih il-vettura normalment tkun ibbażata;
fil-każ ta’ vettura li ma tkunx identifikata, kontra l-fond ta’ garanzija tal-Istat Membru li fih ikun seħħ l-inċident;
fil-każ ta’ vetturi minn pajjiż terz: kontra l-fond ta’ garanzija tal-Istat Membru li fih ikun seħħ l-inċident.
Artikolu 25a
Il-protezzjoni ta’ partijiet li jkunu sofrew ħsara fir-rigward ta’ ħsara li tirriżulta minn inċidenti li jseħħu fi Stat Membru għajr l-Istat Membru ta’ residenza tagħhom fil-każ tal-insolvenza ta’ impriża tal-assigurazzjoni
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jawtorizza korp inkarigat biex jipprovdi kumpens lill-partijiet li jkunu sofrew ħsara residenti fit-territorju tiegħu, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 20(1), mill-inqas fil-limiti tal-obbligu tal-assigurazzjoni, għal ħsara lill-proprjetà jew korriment personali kkawżati minn vettura assigurata minn impriża tal-assigurazzjoni, mill-mument meta:
l-impriża tal-assigurazzjoni tkun soġġetta għal proċeduri ta’ falliment; jew
l-impriża tal-assigurazzjoni tkun soġġetta għal proċeduri ta’ stralċ kif definiti fl-Artikolu 268(1), punt (d), tad-Direttiva 2009/138/KE.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-korp għandu:
jagħmel offerta ta’ kumpens motivata, meta jkun stabbilixxa li huwa responsabbli li jipprovdi kumpens skont il-paragrafu 1, punt (a) jew (b), il-pretensjoni ma tkunx ikkontestata u l-ħsarat ikunu ġew ikkwantifikati parzjalment jew kompletament;
jipprovdi tweġiba motivata għall-punti magħmula fil-pretensjoni, meta jkun stabbilixxa li ma jkunx responsabbli li jipprovdi kumpens skont il-paragrafu 1, punt (a) jew (b), jew meta r-responsabbiltà tiġi miċħuda jew ma tkunx ġiet iddeterminata b’mod ċar jew il-ħsarat ma jkunux ġew ikkwantifikati kompletament.
Meta l-ħsara tkun ġiet ikkwantifikata parzjalment biss, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-ħlas tal-kumpens stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw fir-rigward ta’ dik il-ħsara kwantifikata parzjalment, u mill-mument tal-aċċettazzjoni tal-offerta ta’ kumpens motivata korrispondenti.
Il-korp imsemmi fil-paragrafu 1 fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża tal-assigurazzjoni għandu jagħmel il-ħlas lill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 fl-Istat Membru li fih il-parti li tkun sofriet ħsara tirrisjedi li jkun ikkumpensa lill-parti li tkun sofriet ħsara skont il-paragrafu 8 fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx is-sitt xhur, dment li ma jkunx miftiehem mod ieħor bil-miktub minn dawk il-korpi, wara li jkun irċieva pretensjoni għal tali rimborż.
Il-korp li pprovda kumpens skont l-ewwel subparagrafu għandu jkun surrogat għall-parti li tkun sofriet ħsara fid-drittijiet tagħha fil-konfront tal-persuna li kkawżat l-inċident jew l-impriża tal-assigurazzjoni tagħha, ħlief fil-konfront tad-detentur tal-polza jew persuna assigurata oħra li kkawżat l-inċident sa fejn ir-responsabbiltà tad-detentur tal-polza jew tal-persuna assigurata tkun koperta mill-impriża tal-assigurazzjoni insolventi skont il-liġi nazzjonali applikabbli. Kull Stat Membru għandu jkun obbligat jirrikonoxxi din is-surroga kif previst minn kwalunkwe Stat Membru ieħor.
Il-paragrafi 1 sa 10 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li:
jqisu kumpens imħallas mill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 bħala sussidjarju jew mhux sussidjarju;
jipprevedu s-saldu ta’ pretensjonijiet fir-rigward tal-istess inċident bejn:
il-korp imsemmi fil-paragrafu 1;
il-persuna jew persuni responsabbli għall-inċident;
impriżi tal-assigurazzjoni oħra jew korpi tas-sigurtà soċjali li jridu jikkumpensaw il-parti li tkun sofriet ħsara.
Għal dak il-għan, sat-23 ta’ Ġunju 2023 kull Stat Membru għandu:
jistabbilixxi jew jawtorizza lill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 u jagħtih is-setgħa biex jinnegozja u jikkonkludi tali ftehim; jew
jaħtar entità u jagħtiha s-setgħat li tinnegozja u tikkonkludi tali ftehim, li l-korp imsemmi fil-paragrafu 1 isir parti għaliha ladarba jiġi stabbilit jew awtorizzat.
Il-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi nnotifikat minnufih lill-Kummissjoni.
Meta l-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jiġix konkluż sat-23 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 28b sabiex tispeċifika l-kompiti proċedurali u l-obbligi proċedurali tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tar-rimborż.
Artikolu 26
Korp Ċentrali
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiffaċilitaw l-għoti f’waqtu tad-data bażika meħtieġa għas-saldu tal-pretensjonijiet lill-partijiet li jkunu sofrew ħsara, lill-assiguraturi tagħhom jew lir-rappreżentanti legali tagħhom.
Fejn ikun xieraq, din id-data bażika għandha tkun magħmula disponibbli f’forma elettronika f’post għall-ħażna ċentrali f’kull Stat Membru, u tkun aċċessibli mill-partijiet involuti fil-każ fuq talba espressa tagħhom.
Artikolu 26a
Informazzjoni lill-partijiet li jkunu sofrew ħsara
L-Istati Membri li jistabbilixxu jew jawtorizzaw korpi ta’ kumpens differenti skont l-Artikolu 10(1), l-Artikolu 10a(1), l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 25a(1) għandhom jiżguraw li l-partijiet li jkunu sofrew ħsara jkollhom aċċess għal informazzjoni essenzjali dwar modi possibbli biex japplikaw għal kumpens.
Artikolu 27
Pieni
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pieni għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li huma jadottaw fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw l-applikazzjoni tagħhom. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull emenda għad-dispożizzjonijiet adottati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu malajr kemm jista’ jkun.
KAPITOLU 8
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 28
Dispożizzjonijiet nazzjonali
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva għal kwalunkwe tagħmir bil-mutur użat fuq l-art li mhuwiex kopert bid-definizzjoni ta’ “vettura” fl-Artikolu 1, punt 1, u li għalih l-Artikolu 3 ma japplikax.
Artikolu 28a
Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 28b
Eżerċizzju tas-setgħat delegati
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 10a(13), ir-raba’ subparagrafu, u l-Artikolu 25a(13), ir-raba’ subparagrafu, għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ seba’ snin mit-22 ta’ Diċembru 2021. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
Artikolu 28c
Evalwazzjoni u rieżami
Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dati rispettivi ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 10a u 25a kif imsemmi fl-Artikolu 30, it-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament u l-finanzjament tal-korpi msemmija fl-Artikoli 10a u 25a u l-kooperazzjoni bejniethom. Meta jkun xieraq, ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva. Fir-rigward tal-finanzjament ta’ dawk il-korpi, dak ir-rapport għandu jinkludi mill-inqas:
valutazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ finanzjament u l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-korpi ta’ kumpens fir-rigward tar-responsabbiltajiet potenzjali tagħhom, filwaqt li jitqies ir-riskju ta’ insolvenza tal-assiguraturi tal-vetturi bil-mutur fis-swieq tal-Istati Membri;
valutazzjoni tal-armonizzazzjoni tal-approċċ ta’ finanzjament tal-korpi ta’ kumpens;
jekk ir-rapport ikun akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva, valutazzjoni tal-impatt tal-kontribuzzjonijiet fuq il-primjums tal-kuntratti tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur.
Mhux aktar tard mill-24 ta’ Diċembru 2030, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li jevalwa l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-elementi li huma kkonċernati bl-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż fir-rigward ta’:
l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-iżviluppi teknoloġiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-vetturi awtonomi u semiawtonomi;
l-adegwatezza tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, meta jitqiesu r-riskji ta’ inċidenti minn vetturi bil-mutur differenti;
l-effikaċja ta’ sistemi ta’ skambju ta’ informazzjoni għall-finijiet ta’ spezzjonijiet fuq l-assigurazzjoni f’sitwazzjonijiet transfruntieri, li tkun fil-forma ta’ rieżami, inkluża, jekk tkun meħtieġa, valutazzjoni, għal tali każijiet, tal-fattibbiltà tal-użu ta’ sistemi eżistenti ta’ skambju ta’ informazzjoni, u fi kwalunkwe każ, analiżi tal-objettivi tas-sistemi ta’ skambju ta’ informazzjoni u valutazzjoni tal-ispejjeż tagħhom; u
l-użu minn impriżi tal-assigurazzjoni ta’ sistemi li fihom il-primjums huma influwenzati mid-dikjarazzjonijiet ta’ pretensjonijiet preċedenti tad-detenturi tal-poloz, fost l-oħrajn sistemi ta’ bonus-malus jew “bonus fin-nuqqas ta’ pretensjonijiet”.
Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, meta jkun xieraq, bi proposta leġiżlattiva.
Artikolu 29
Tħassir
Id-Direttivi 72/166/KEE, 84/5/KEE, 90/232/KEE, 2000/26/KE u 2005/14/KE, kif emendati mid-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti A huma mħassrin, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 30
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 10a(1) sa (12) għandu japplika mid-data tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 10a(13), l-ewwel subparagrafu, jew mid-data ta’ applikazzjoni tal-att delegat tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 10a(13), ir-raba’ subparagrafu.
L-Artikolu 25a(1) sa (12) għandu japplika mid-data tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 25a(13), l-ewwel subparagrafu, jew mid-data ta’ applikazzjoni tal-att delegat tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 25a(13), ir-raba’ subparagrafu.
Madankollu, l-Artikoli 10a(1) sa (12) u l-Artikolu 25a(1) sa (12) ma għandhomx japplikaw qabel it-23 ta’ Diċembru 2023.
L-Artikolu 16, it-tieni paragrafu, it-tieni sentenza, u t-tielet, ir-raba’ u l-ħames paragrafi għandhom japplikaw mit-23 ta’ April 2024 jew mid-data ta’ applikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 16, is-sitt paragrafu, skont liema data tkun l-aktar tard.
Artikolu 31
Id-Destinatarji
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien mal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 29)
|
Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE (ĠU L 103, 2.5.1972, p. 1) |
|
|
Direttiva tal-Kunsill 72/430/KEE (ĠU L 291, 28.12.1972, p. 162) |
|
|
Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE (ĠU L 8, 11.1.1984, p. 17) |
Artikolu 4 biss |
|
Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14) |
Artikolu 1 biss |
|
Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE (ĠU L 8, 11.1.1984, p. 17) |
|
|
Anness I, Punt IX.F tal-Att tal-Adeżjoni tal-1985 (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 218) |
|
|
Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE (ĠU L 129, 19.5.1990, p. 33) |
Artikolu 4 biss |
|
Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14) |
Artikolu 2 biss |
|
Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE (ĠU L 129, 19.5.1990, p. 33) |
|
|
Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14) |
Artikolu 4 biss |
|
Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 20.7.2000, p. 65) |
|
|
Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14) |
Artikolu 5 biss |
|
Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14) |
|
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni
(imsemmija fl-Artikolu 29)
|
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Data ta’ applikazzjoni |
|
72/166/KEE |
fil-31 ta’ Diċembru 1973. |
— |
|
72/430/KEE |
— |
fl-1 ta’ Jannar 1973. |
|
84/5/KEE |
fil-31 ta’ Diċembru 1987. |
fil-31 ta’ Diċembru 1988. |
|
90/232/KEE |
fil-31 ta’ Diċembru 1992. |
— |
|
2000/26/KE |
fid-19 ta’ Lulju 2002. |
fid-19 ta’ Jannar 2003. |
|
2005/14/KE |
fil-11 ta’ Ġunju 2007. |
— |
ANNESS II
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Direttiva 72/166/KEE |
Direttiva 84/5/KEE |
Direttiva 90/232/KEE |
Direttiva 2000/26/KE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1, punti 1 sa 3 |
|
|
|
Artikolu 1, punti 1 sa 3 |
|
Artikolu 1, punt 4, l-ewwel inċiż |
|
|
|
Artikolu 1, punt 4(a) |
|
Artikolu 1, punt 4, it-tieni inċiż |
|
|
|
Artikolu 1, punt 4(b) |
|
Artikolu 1, punt 4, it-tielet inċiż |
|
|
|
Artikolu 1, punt 4(c) |
|
Artikolu 1, punt 4, ir-raba’ inċiż |
|
|
|
Artikolu 1, punt 4(d) |
|
Artikolu 1, punt 5 |
|
|
|
Artikolu 1, punt 5 |
|
Artikolu 2(1) |
|
|
|
Artikolu 4 |
|
Artikolu 2(2), kliem tal-bidu |
|
|
|
Artikolu 2, kliem tal-bidu |
|
Artikolu 2(2), l-ewwel inċiż |
|
|
|
Artikolu 2, punt (a) |
|
Artikolu 2(2), it-tieni inċiż |
|
|
|
Artikolu 2, punt (b) |
|
Artikolu 2(2), it-tielet inċiż |
|
|
|
Artikolu 2, punt (c) |
|
Artikolu 3(1), l-ewwel frażi |
|
|
|
Artikolu 3, l-ewwel paragrafu |
|
Artikolu 3(1), it-tieni frażi |
|
|
|
Artikolu 3, it-tieni paragrafu |
|
Artikolu 3(2), kliem tal-bidu |
|
|
|
Artikolu 3, it-tielet paragrafu, kliem tal-bidu |
|
Artikolu 3(2), l-ewwel inċiż |
|
|
|
Artikolu 3, it-tielet paragrafu, punt (a) |
|
Artikolu 3(2), it-tieni inċiż |
|
|
|
Artikolu 3, it-tielet subparagrafu, punt (b) |
|
Artikolu 4, kliem tal-bidu |
|
|
|
Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 4, punt (a), l-ewwel subparagrafu |
|
|
|
Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 4, punt (a), it-tieni subparagrafu, l-ewwel frażi |
|
|
|
Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 4, punt (a), it-tieni subparagrafu, it-tieni frażi |
|
|
|
Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 4, punt (a), it-tieni subparagrafu, it-tielet frażi |
|
|
|
Artikolu 5(1), ir-raba’ subparagrafu |
|
Artikolu 4, punt (a), it-tieni subparagrafu, ir-raba’ frażi |
|
|
|
Artikolu 5(1), il-ħames subparagrafu |
|
Artikolu 4, punt (b), l-ewwel subparagrafu |
|
|
|
Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 4, punt (b), it-tieni subparagrafu, l-ewwel frażi |
|
|
|
Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 4, punt (b), it-tieni subparagrafu, it-tieni frażi |
|
|
|
Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 4, punt (b), it-tielet subparagrafu, l-ewwel frażi |
|
|
|
Artikolu 5(2), ir-raba’ subparagrafu |
|
Artikolu 4, punt (b), it-tielet subparagrafu, it-tieni frażi |
|
|
|
Artikolu 5(2), il-ħames subparagrafu |
|
Artikolu 5, kliem tal-bidu |
|
|
|
Artikolu 6, l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu |
|
Artikolu 5, l-ewwel inċiż |
|
|
|
Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, punt (a) |
|
Artikolu 5, it-tieni inċiż |
|
|
|
Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, punt (b) |
|
Artikolu 5, kliem tal-aħħar |
|
|
|
Artikolu 6, it-tieni paragrafu |
|
Artikolu 6 |
|
|
|
Artikolu 7 |
|
Artikolu 7(1) |
|
|
|
Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 7(2) |
|
|
|
Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 7(3) |
|
|
|
Artikolu 8(2) |
|
Artikolu 8 |
|
|
|
— |
|
|
Artikolu 1(1) |
|
|
Artikolu 3, ir-raba’ paragrafu |
|
|
Artikolu 1(2) |
|
|
Artikolu 9(1) |
|
|
Artikolu 1(3) |
|
|
Artikolu 9(2) |
|
|
Artikolu 1(4) |
|
|
Artikolu 10(1) |
|
|
Artikolu 1(5) |
|
|
Artikolu 10(2) |
|
|
Artikolu 1(6) |
|
|
Artikolu 10(3) |
|
|
Artikolu 1(7) |
|
|
Artikolu 10(4) |
|
|
Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu |
|
|
Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu |
|
|
Artikolu 2(1), l-ewwel inċiż |
|
|
Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
|
|
Artikolu 2(1), it-tieni inċiż |
|
|
Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
|
|
Artikolu 2(1), it-tielet inċiż |
|
|
Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, punt (c) |
|
|
Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-aħħar |
|
|
Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu |
|
|
Artikolu 2(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi |
|
|
Artikolu 13(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi |
|
|
Artikolu 2(2) |
|
|
Artikolu 13(2) |
|
|
Artikolu 3 |
|
|
Artikolu 12(2) |
|
|
Artikolu 4 |
|
|
— |
|
|
Artikolu 5 |
|
|
— |
|
|
Artikolu 6 |
|
|
— |
|
|
|
Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 12(1) |
|
|
|
Artikolu 1, it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 13(3) |
|
|
|
Artikolu 1, it-tielet subparagrafu |
|
— |
|
|
|
Artikolu 1(a), l-ewwel frażi |
|
Artikolu 12(3), l-ewwel subparagrafu |
|
|
|
Artikolu 1(a), it-tieni frażi |
|
Artikolu 12(3), it-tieni subparagrafu |
|
|
|
Artikolu 2, kliem tal-bidu |
|
Artikolu 14, kliem tal-bidu |
|
|
|
Artikolu 2, l-ewwel inċiż |
|
Artikolu 14, punt (a) |
|
|
|
Artikolu 2, it-tieni inċiż |
|
Artikolu 14, punt (b) |
|
|
|
Artikolu 3 |
|
— |
|
|
|
Artikolu 4 |
|
Artikolu 11 |
|
|
|
Artikolu 4(a) |
|
Artikolu 15 |
|
|
|
Artikolu 4(b), l-ewwel frażi |
|
Artikolu 16, l-ewwel paragrafu |
|
|
|
Artikolu 4(b), it-tieni frażi |
|
Artikolu 16, it-tieni paragrafu |
|
|
|
Artikolu 4(c) |
|
Artikolu 17 |
|
|
|
Artikolu 4(d) |
Artikolu 3 |
Artikolu 18 |
|
|
|
Artikolu 4(e), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 19, l-ewwel paragrafu |
|
|
|
Artikolu 4(e), it-tieni subparagrafu, l-ewwel frażi |
|
Artikolu 19, it-tieni paragrafu |
|
|
|
Artikolu 4(e), it-tieni subparagrafu, it-tieni frażi |
|
Artikolu 19, it-tielet paragrafu |
|
|
|
Artikolu 5(1) |
|
Artikolu 23(5) |
|
|
|
Artikolu 5(2) |
|
— |
|
|
|
Artikolu 6 |
|
— |
|
|
|
|
Artikolu 1(1) |
Artikolu 20(1) |
|
|
|
|
Artikolu 1(2) |
Artikolu 20(2) |
|
|
|
|
Artikolu 1(3) |
Artikolu 25(2) |
|
|
|
|
Artikolu 2, kliem tal-bidu |
— |
|
|
|
|
Artikolu 2, punt (a) |
Artikolu 1, punt (6) |
|
|
|
|
Artikolu 2, punt (b) |
Artikolu 1, punt (7) |
|
|
|
|
Artikolu 2, punt (c), (d) u (e) |
— |
|
|
|
|
Artikolu 4(1), l-ewwel frażi |
Artikolu 21(1), l-ewwel subparagrafu |
|
|
|
|
Artikolu 4(1), it-tieni frażi |
Artikolu 21(1), it-tieni subparagrafu |
|
|
|
|
Artikolu 4(1), it-tielet frażi |
Artikolu 21(1), it-tielet subparagrafu |
|
|
|
|
Artikolu 4(2), l-ewwel frażi |
Artikolu 21(2), l-ewwel subparagrafu |
|
|
|
|
Artikolu 4(2), it-tieni frażi |
Artikolu 21(2), it-tieni subparagrafu |
|
|
|
|
Artikolu 4(3) |
Artikolu 21(3) |
|
|
|
|
Artikolu 4(4), l-ewwel frażi |
Artikolu 21(4), l-ewwel subparagrafu |
|
|
|
|
Artikolu 4(4), it-tieni frażi |
Artikolu 21(4), it-tieni subparagrafu |
|
|
|
|
Artikolu 4(5), l-ewwel frażi |
Artikolu 21(5), l-ewwel subparagrafu |
|
|
|
|
Artikolu 4(5), it-tieni frażi |
Artikolu 21(5), it-tieni subparagrafu |
|
|
|
|
Artikolu 4(6) |
Artikolu 22 |
|
|
|
|
Artikolu 4(7) |
- |
|
|
|
|
Artikolu 4(8) |
Artikolu 21(6) |
|
|
|
|
Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu |
Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu |
|
|
|
|
Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a), kliem tal-bidu |
Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a), kliem tal-bidu |
|
|
|
|
Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(1) |
Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(i) |
|
|
|
|
Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(2) |
Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(ii) |
|
|
|
|
Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(3) |
Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(iii) |
|
|
|
|
Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(4) |
Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(iv) |
|
|
|
|
Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(5), kliem tal-bidu |
Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(v), kliem tal-bidu |
|
|
|
|
Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(5)(i) |
Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(v), l-ewwel inċiż |
|
|
|
|
Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(5)(ii) |
Artikolu 23(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(v), it-tieni inċiż |
|
|
|
|
Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 23(1), it-tieni subparagrafu |
|
|
|
|
Artikolu 5(2), (3) u (4) |
Artikolu 23(2), (3) u (4) |
|
|
|
|
Artikolu 5(5) |
Artikolu 23(6) |
|
|
|
|
Artikolu 6(1) |
Artikolu 24(1) |
|
|
|
|
Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 24(2), l-ewwel subparagrafu |
|
|
|
|
Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel frażi |
Artikolu 24(2), it-tieni subparagrafu |
|
|
|
|
Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni frażi |
Artikolu 24(2), it-tielet subparagrafu |
|
|
|
|
Artikolu 6(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 24(3) |
|
|
|
|
Artikolu 6(3), it-tieni subparagrafu |
— |
|
|
|
|
Artikolu 6a |
Artikolu 26 |
|
|
|
|
Artikolu 7, kliem tal-bidu |
Artikolu 25(1), kliem tal-bidu |
|
|
|
|
Artikolu 7, punt (a) |
Artikolu 25(1), punt (a) |
|
|
|
|
Artikolu 7, punt (b) |
Artikolu 25(1), punt (b) |
|
|
|
|
Artikolu 7, punt (c) |
Artikolu 25(1), punt (c) |
|
|
|
|
Artikolu 8 |
— |
|
|
|
|
Artikolu 9 |
— |
|
|
|
|
Artikolu 10(1) sa (3) |
— |
|
|
|
|
Artikolu 10(4) |
Artikolu 28(1) |
|
|
|
|
Artikolu 10(5) |
Artikolu 28(2) |
|
|
|
|
|
Artikolu 29 |
|
|
|
|
Artikolu 11 |
Artikolu 30 |
|
|
|
|
Artikolu 12 |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 13 |
Artikolu 31 |
|
|
|
|
|
Anness I |
|
|
|
|
|
Anness II |
( 1 ) ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1.
( 2 ) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2016/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tad-djar, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 11).
( 5 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/9/KE tal-5 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi Kumitat tal-Assigurazzjonijiet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (ĠU L 3, 7.1.2004, p. 34).
( 6 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
( 7 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.