Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/153/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8001 — Pillarstone/Sirti) — Il-każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ C 153, 29.4.2016, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 153/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8001 — Pillarstone/Sirti)

Il-każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 153/10)

1.

It-22 ta’ April 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Pillarstone Italy SpA (“Pillarstone”, l-Italja) fond tal-investiment ikkontrollat indirettament minn KKR & Co LP (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerka), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża Sirti SpA. kollha kemm hi (“Sirti”, l-Italja), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Pillarstone: Pillarstone huwa fond ikkontrollat indirettament minn KKR. Pillarstone ġie stabbilit bħala strument ta’ investiment li jipprovdi lill-kumpaniji b’kapital ġdid,

—   għal KKR: KKR hija kumpanija ta’ investiment dinjija li tamministra investimenti f’diversi klassijiet ta’ assi, inklużi l-ekwità privata, l-enerġija, l-infrastruttura, il-proprjetà immobbli, l-istrateġiji ta’ kreditu u fondi tal-hedging,

—   għal Sirti: Sirti hija kumpanija bil-kwartieri ġenerali tagħha fl-Italja attiva fil-forniment ta’ servizzi ta’ inġinerija ċivili. Sirti tiffoka fuq id-disinn, l-inġinerija, l-implimentazzjoni, iż-żamma u l-ġestjoni ta’ netwerks u sistema tat-telekomunikazzjonijiet, l-enerġija, il-ferroviji, it-trasport u l-industriji tax-xandir tat-TV. Barra minn hekk, Sirti hija attiva fl-industrija tas-servizzi tal-IT u tipprovdi servizzi tal-IT fis-setturi tat-telekomunikazzjonijiet, tal-gvern kif ukoll fis-settur tal-utilitajiet. Sirti hija prinċipalment attiva fl-Italja, iżda għandha wkoll xi attivitajiet f’pajjiżi Ewropej oħra fosthom l-Iżvezja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8001 — Pillarstone/Sirti, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top