EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/047/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6019 – APMT/Bolloré/Meridian Port Services) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ C 47, 15.2.2011, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6019 – APMT/Bolloré/Meridian Port Services)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 47/06

1.

Fit-8 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi APM Terminals BV (“APMT”), proprjetà tal-grupp AP Møller-Maersk A/S (“APMM”, id-Danimarka) u Bolloré SA (“Bolloré”, Franza) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Meridian Port Services Limited (“Meridian Port Services”, il-Gana) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal APMM: l-iżvilupp u t-tħaddim ta' terminals tal-kontejners u attivitajiet relatati madwar id-dinja, tbaħħir tal-linja fil-kontejners, trasportazzjoni fuq l-art u loġistika, irmunkar fil-portijiet, tankers, esplorazzjoni u produzzjoni taż-żejt u tal-gass, trasport bl-imnut kif ukoll bl-ajru,

għal Bolloré: servizzi madwar id-dinja ta’ trasport u ta’ loġistika, manifattura ta’ pellikoli tal-plastik, terminals tal-magni għall-biljetti, vetturi li jaħdmu bil-batteriji u bl-elettriku, distribuzzjoni tal-karburant fl-Ewropa, komunikazzjoni u midja, reklamar u kummerċjalizzazzjoni tal-pjantaġġuni fil-Kamerun, l-Istati Uniti u Franza,

għal Meridian Port Services: l-iżvilupp, ġestjoni u tħaddim ta’ terminal tal-kontejners fil-Port ta’ Tema fil-Gana, kif ukoll servizzi assoċjati.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6019 – APMT/Bolloré/Meridian Port Services, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top