EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0293
Case C-293/18: Request for a preliminary ruling from the Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spain) lodged on 26 April 2018 — Sindicato Nacional de CCOO de Galicia v Unión General de Trabajadores de Galicia (UGT), Universidad de Santiago de Compostela, Confederación Intersindical Galega
Kawża C-293/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis-26 ta’ April 2018 – Sindicato Nacional de CCOO de Galicia vs Unión General de Trabajadores de Galicia (UGT), Universidad de Santiago de Compostela, Confederación Intersindical Gallega

OJ C 259, 23.7.2018, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Kawża C-293/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis-26 ta’ April 2018 – Sindicato Nacional de CCOO de Galicia vs Unión General de Trabajadores de Galicia (UGT), Universidad de Santiago de Compostela, Confederación Intersindical Gallega
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis-26 ta’ April 2018 – Sindicato Nacional de CCOO de Galicia vs Unión General de Trabajadores de Galicia (UGT), Universidad de Santiago de Compostela, Confederación Intersindical Gallega
(Kawża C-293/18)
2018/C 259/37Lingwa tal-kawża: l-IspanjolQorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Galicia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Sindicato Nacional de CCOO de Galicia
Konvenuti: Unión General de Trabajadores de Galicia (UGT), Universidad de Santiago de Compostela, Confederación Intersindical Gallega
Domandi preliminari
1) |
Għandu jitqies li l-ħaddiema rreklutati skont l-Artikolu 20 tal-Ley 14/20[1]1, de 1 de junio, de la Ciencia, [la] Tecnología y la Innovación, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Qafas dwar Xogħol għal Żmien Determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, li ta lok għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 ( 1 )? |
2) |
Il-kumpens għax-xoljiment tal-kuntratti ta’ xogħol għandu jitqies bħala kundizzjoni tax-xogħol skont il-[Klawżola 4] tal-Ftehim Qafas? |
3) |
Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fl-affermattiv għad-domandi preċedenti, ix-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol tal-ħaddiema rreklutati skont il-Ley 14/20[1]1, de 1 de junio, de la Ciencia, [la] Tecnología y la Innovación, u x-xoljiment tal-kuntratti għal żmien indeterminat għal raġunijiet oġġettivi skont l-Artikolu 52 tal-Estatuto de los Trabajadores, għandhom jitqiesu bħala paragunabbli? |
4) |
Jekk ir-risposta għat-tielet domanda tkun fl-affermattiv, teżisti xi raġuni leġiżlattiva li tiġġustifika d-differenzi? |
( 1 ) Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).