Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0294

Kawża T-294/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2017 – Kaane American International Tobacco vs EUIPO – Global Tobacco (GOLD MOUNT) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GOLD MOUNT — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark — Assenza ta’ raġuni valida għan-nuqqas ta’ użu — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

ĠU C 239, 24.7.2017, pp. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 239/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2017 – Kaane American International Tobacco vs EUIPO – Global Tobacco (GOLD MOUNT)

(Kawża T-294/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GOLD MOUNT - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark - Assenza ta’ raġuni valida għan-nuqqas ta’ użu - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

(2017/C 239/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kaane American International Tobacco Company FZE, li qabel kienet Kaane American International Tobacco Co. Ltd. (Jebel Ali, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: G. Hinarejos Mulliez u I. Valdelomar, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Global Tobacco FZCO (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: G. Hussey, solicitor u B. Brandreth, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ April 2016 (Każ R 1857/2015-4) dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Global Tobacco u Kaane American International Tobacco.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kaane American International Tobacco Company FZE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C ##, ##


Top