EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0736

Kawża T-736/14: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Ottubru 2014 – Monster Energy vs UASI – Home Focus (MoMo Monsters)

OJ C 448, 15.12.2014, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/36


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2014 – Monster Energy vs UASI – Home Focus (MoMo Monsters)

(Kawża T-736/14)

(2014/C 448/45)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Home Focus Developement Ltd (Tortola, Gżejjer Verġni Brittaniċi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark verbali “MoMo Monsters”- applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 5 13  372

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Awwissu 2014 fil-Każ R 1167/2013-2

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top