EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0065

Kawża T-65/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill (“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran — Iffriżar tal-fondi — Reġistrazzjoni ġdida ta’ isem ir-rikorrenti wara l-annullament tar-reġistrazzjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali — Żball ta’ liġi — Żball ta’ fatt — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Proporzjonalità”)

OJ C 22, 23.1.2017, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill

(Kawża T-65/14) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran - Iffriżar tal-fondi - Reġistrazzjoni ġdida ta’ isem ir-rikorrenti wara l-annullament tar-reġistrazzjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali - Żball ta’ liġi - Żball ta’ fatt - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Proporzjonalità”))

(2017/C 022/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bank Refah Kargaran (Tehran, l-Iran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux, M. Bishop u B. Driessen, aġenti)

Parti konvenuta in sostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u D. Gauci, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 306, p. 18), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 306, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għall-annullament tad-Deċiżjoni 2013/661 u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 1154/2013 sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti mill-20 ta’ Jannar 2014.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bank Refah Kargaran għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 135, 05.05.2014.


Top