EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0095

Kawża F-95/14: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs BĊE

OJ C 421, 24.11.2014, p. 63–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/63


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs BĊE

(Kawża F-95/14)

2014/C 421/93

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE li r-rikorrent ma jingħatax żieda addizzjonali fis-salarju, fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni annwali tas-salarji u tal-bonuses, għas-sena 2014.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv, adottata fil-25 ta’ Frar 2014 u kkomunikata lill-persunal fit-3 ta’ Marzu 2014, li r-rikorrent ma jingħatax żieda addizzjonali fis-salarju għas-sena 2014;

jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-appell speċjali, iddatata l-1 ta’ Lulju 2014 u rċevuta fit-8 ta’ Lulju 2014;

jekk ikun neċessarju, jannulla d-deċiżjoni tal-kap tad-dipartiment kompetenti/DG-H li ma kkunsidrax u lanqas ippropona lir-rikorrenti għal ASA, ikkomunikata impliċitament permezz tad-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-25 ta’ Frar 2014 u permezz tad-deċiżjoni li tiċħad l-appell speċjali tal-1 ta’ Lulju 2014;

jordna l-kumpens għad-dannu materjali li jikkonsisti fit-telf ta’ opportunità li jinkiseb ASA fl-2014, ivvalutat fl-ammont ta’ EUR 54  635 jew alternattivament fl-annullament tal-proċedura li wasslet għad-deċiżjoni tal-25 ta’ Frar 2014 u l-organizzazzjoni mill-BĊE ta’ proċedura ġdida għall-għoti ta’ żidiet addizzjonali tas-salarju għas-sena 2014;

jikkundanna lill-konvenut jikkumpensa d-danni morali ivvalutati ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 5  000;

jikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż kollha.


Top